Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università ta’ Malta - Applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29012 u jgħid x’kienet l-ispiża totali mħallsa mill-Università ta’ Malta fl-2023 u fl-2024 sabiex applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor jiġu mgħarbla mill-Association of Commonwealth Universities f’Londra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali s’issa kienet ta’ £148,140

MCAST – Irkupru ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan biex jiġu rkuprati l-miljuni ta’ flus li allegatament insterqu mill-MCAST wara l-każ ta’ frodi li spiċċa l-Qorti aktar kmieni din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-MCAST għamlet it-talbiet tagħha bi proċeduri legali.

MCAST – Każ ta’ frodi – Passi dixxiplinarji

Question

Fid-dawl tal-allegat każ ta’ frodi fl-MCAST li spiċċa quddiem il-Qorti aktar kmieni din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ xi impjegati fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-MCAST għamlet it-talbiet tagħha bi proċeduri legali.

Klabb Naħla - Intervention Literacy Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Intervention Literacy Programme tal-Klabb Naħla hux ser ikun qed jingħata f’dan l-ewwel term skolastiku? Jekk le, jista’ jgħid għaliex u x’inhu l-pjan għat-tieni u t-tielet term?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel term ta’ din is-sena skolastika se jkun qed isir ristrutturar tal-programm Klabb Naħla u taħriġ tal-edukaturi. Il-programm jerġa’ jibda jiġi offrut minn Jannar 2026 ’il quddiem.  Dan ir-ristrutturar huwa meħtieġ biex l-istess programm jitjieb, jissaħħaħ u jkun aktar effettiv.

Università ta’ Malta – Staff non-akkademiku – Ħlas għal Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod totali l-impjegati non-akkademiċi full-time tal-Università ta’ Malta fi ħlasijiet għall-overtime għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Sena (€) 2023 €900,912.38 2024 €950,049.25 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-sena 2025 l-ammont komplessiv jista’ jingħata wara l-aħħar tas-sena

Università ta’ Malta – Staff non-akkademiku – Lectures part time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat non-akkademiku fl-Università jagħti lectures fuq bażi part-time wara l-ħin tal-impjieg full-time tiegħu għas-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jgħid kemm tħallsu b’mod totali l-impjegati non-akkademiċi li jagħtu lectures part-time għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena Spiża 2023 €53,711.40 2024 €47,447.66 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-sena 2025 l-ammont komplessiv jista’ jingħata wara l-aħħar tas-sena

Università ta’ Malta – Staff akkademiku – Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta’ overtime saret, jekk kien hemm, u kemm kienet l-ispiża finanzjarja għal dawn is-sigħat minn staff akkademiku fl-Università ta’ Malta għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-istaff akkademiku fl-Università ma jaqax taħt gradi sabiex jitħallsu l-overtime.

Università ta’ Malta – Staff akkademiku – Nefqa fuq salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fis-salarji tal-istaff akkademiku fl-Università ta’ Malta għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena (€) 2023 €66,823,798.28 2024 €66,388,079.51 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-sena 2025 l-ammont komplessiv jista’ jingħata wara l-aħħar tas-sena

Università ta’ Malta – Pożizzjonijiet maniġerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call inħarġet għal staff f’pożizzjoni maniġerjali fl-Università ta’ Malta matul l-2023, 2024 u 2025, u jelenka liema kienu u x’salarji kellha kull kariga li ngħatat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-2023 l-Universita mpjegat 4 persuni f’pożizzjoni maniġerjali li s-salarju tagħhom ivarja bejn €29,942 u €31,950. Fl-2024 ġew impjegati 2 persuni f’pożizzjoni maniġerjali, persuna b’salarju ta’ €55,099  u persuna oħra b’salarju ta’ €42,459. Fl-2025 impjegaw 8 persuni f’pożizzjoni maniġerjali li s-salarju tagħhom ivarja bejn €33,284 u €35,861.

Università ta’ Malta – Staff akkademiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call inħarġet għal staff akkademiku fl-Università ta’ Malta matul is-sena 2023, 2024 u 2025, u jelenka liema kienu u x’salarji kellha kull kariga li ngħatat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-2023 ġew impjegati 22 lecturer b’salarju ta’ €48,273, 3 Teaching Associates b’salarju ta’ €34,095 u 3 Junior College lecturers b’salarju ta’ €33,213. Fl-2024 ġew impjegati 17 il-lecturer b’salarju ta’ €48,940, 5 Teaching Associates b’salarju ta’ €35,533 u 4 Junior College lecturers b’salarju ta’ €38,997. Fl-2025 ġew impjegati 8 lecturers b’salarju ta’ € 49,215, 4 Teaching Associates b’salarju ta’ €35,808 u 6 Junior College lecturers b’salarju ta’ €39,272.

MCAST – Ftehim settorjali – Ħlas ta’ arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu qed jitħallsu l-arretrati lill-istaff tal-MCAST skont il-Ftehim Kollettiv il-ġdid?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-arretrati, skont il-Ftehim Kollettiv il-ġdid bejn l-MCAST u l-MUT, se jitħallsu f’Ottubru.

MCAST – Xogħlijiet ta’ infrastruttura - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal xogħlijiet ta’ infrastruttura fl-MCAST matul l-2023, 2024 u 2025, maqsuma proġett proġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST – Irkupru ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan biex jiġu rkuprati l-miljuni ta’ flus li allegatament insterqu mill-MCAST wara l-każ ta’ frodi li spiċċa l-Qorti aktar kmieni din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST - Deputy Director – Human Resources

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-job description tad-Deputy Director – Human Resources fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST – Każ ta’ frodi – Passi dixxiplinarji

Question

Fid-dawl tal-allegat każ ta’ frodi fl-MCAST li spiċċa quddiem il-Qorti aktar kmieni din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ xi impjegati fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST – Każ ta’ frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu internament fl-MCAST sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet li wasslu għall-każ ta’ frodi li spiċċa fil-Qorti aktar kmieni din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ San Benedettu - L-Iskola ta’ Ħal Kirkop - Għalliema tal-Chemistry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-Iskola ta’ Ħal Kirkop fi ħdan il-Kulleġġ San Benedettu, hemmx nuqqas ta’ għalliema tal-Chemistry? Jekk iva, jista’ jgħid meta se jintbagħat għalliem jew għalliema għal din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament m’hemmx għalliema neqsin.

Skejjel statali - Għalliema mhux Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem mhux Malti u li m’għandux livell 3 fil-lingwa Maltija jgħallem fi skejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx distinzjoni bejn min hu Malti u min mhux Malti sakemm għandhom il-kwalifiċi neċessarji li jgħallmu.

MCAST – Staff non-akkademiku - Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod totali l-impjegati non-akkademiċi full-time tal-MCAST fi ħlasijiet għall-overtime, għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.