Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taħdidiet bejn il-Gvern u l-MUT – sapport għal għaliema li mhumiex NQTs u NRTs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn il-Gvern u l-MUT sabiex l-Uffiċjali Edukattivi jkunu jistgħu jagħmlu żjarat lill-għalliema li mhumiex NQTs jew NRTs biex jagħtuhom is-sapport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħdidiet għadhom għaddejin.

Skema ta’ €500 għal kull wild li jkompli jistudja wara l-età obbligatorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tibda l-iskema li fiha l-Gvern jagħti €500 għal tliet snin għal kull wild li jkompli jistudja wara l-età obbligatorja tal-edukazzjoni skont kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu mandat ta’ ħames snin biex iwettaq il-manifest elettorali.

Water dispensers — Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-water dispensers humiex jingħataw il-manutenzjoni meħtieġa u kull kemm qed isir dan? Jista’ jgħid jekk huwiex infurmat li hemm dispensers milli ġew installati fix-xhur li għaddew, u li mhumiex jaħdmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kontra l-impressjoni li pprova jgħati b’mod irresponsabbli fl-aħħar jiem, dawn id-dispensers jiġu mantenuti b’mod regolari. Meta jidħol rapport dwar ħsara fil-water dispensers, dawn jiġu msewwija minnufih.

Studenti Barranin – assessjar tal-livell lingwistiku Malti u Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema kriterji qed ikunu assessjati studenti barranin sabiex ikun stabbilit il-livell lingwistiku fil-Malti u fl-Ingliż qabel jiddaħħlu fil-mainstream classes jew le? Dan it-tip ta' assessjar qiegħed isir online jew le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Lezzjonijiet tal-PE minn Kinder sal-year 6

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lezzjonijiet tal-PE li għandhom l-istudenti mil-livell ta' Kinder sas-6 sena kull ġimgħa għal din is-sena skolastika? Din l-informazzjoni jista' jagħtiha skont l-Iskejjel tal-Knisja u tal-Istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Lifelong Learning — Tnaqqis ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tnaqqis fis-sigħat tal-klassjiet tal-Lifelong Learning? U jekk iva, jista’ jagħti raġuni għala qed isir dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet li huma akkreditati mill-MFHEA ma kellhom l-ebda tnaqqis ta’ sigħat.

Lifelong Learning — Studenti ma tħallewx jieħdu l-kors li riedu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ċirkostanzi fejn studenti li applikaw għall-korsijiet tal-Lifelong Learning ma tħallewx jieħdu l-korsijiet li riedu? Jekk iva, jista’ jagħti raġuni għala sar dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti minn 15-il sena 'l fuq, jistgħu jsegwu kwalunkwe kors diment li l-istudent/i għandom jew jilħqu il-prerekwiżiti ta’ dak il-kors. F’każ li m’għandomx il-prerekwiżiti neċessarji, jingħataw gwida jew rakkomandazzjonijiet neċessarji x’tip ta’ kors għandhom jgħażlu.

Lifelong Learning – Kwalifikazzjonijiet — għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kwalifikazzjonijiet li mistennija jkollhom l-għalliema li jgħallmu l-korsijiet tal-Lifelong Learning u jekk hemmx għalliema li ma għandhomx dawn il-kwalifiki?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Edukaturi tal-adulti huma mitluba jkunu fil-pussess ta’ kwalifika ta’ Baċċellerat rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF, suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET ta’ credits jew ekwivalenti applikabli għas-suġġet jew qasam li qed japplikaw għalih.

Lifelong Teaching — għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema jagħtu servizz ta’ Lifelong Teaching? Jista’ l-Ministru jelenka jekk hemmx minnhom li huma full-time?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-edukaturi li jgħatu servizz ta’ Lifelong Teaching huma kollha ingaġġati abbażi part-time b’kuntratt li jista’ jiġġedded minn sena għal oħra.

Tagħlim tal-Malti lill-Barranin – Skema ta’ Qafas Komuni Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tagħlim tal-Malti għall-Barranin (MLB) hux qed ikun ibbażat fuq l-iskema tal-Qafas Komuni Ewropew (CEFR) u jekk dan il-Qafas ġiex applikat għal-lingwa Maltija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kurrikulu hu msawwar fuq prinċipji tal-Qafas Komuni Ewropew. L-iskop ta’ dan il-Qafas hu li l-istudenti dejjem isiru aktar indipendenti fl-użu tal-lingwa u jkunu kapaċi jieħdu f’idejhom il-proċess tat-tagħlim.

Dokument għall-konsultazzjoni dwar it-tagħlim tal-Malti għall-Barranin

Question

Peress li fl-2019 kien ħareġ dokument għall-konsultazzjoni dwar it-tagħlim tal-Malti għall-Barranin (MLB), jista’ l-Ministru jgħid jekk dan id-dokument ġiex finalizzat jew le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tal-Istat – twaħħil ta’ units ta’ arja kundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu units ta’ arja kundizzjonata fl-iskejjel tal-istat matul il-perjodu tas-sajf (minn Ġunju sa Settembru)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu tas-sajf (minn Ġunju sa Settembru) twaħħlu 47 units t’arja kkundizzjonata fl-iskejjel.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema regolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel primarji u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 59 għalliema regolari ġodda biex jgħallmu fl-iskejjel primarji.

Skejjel Medji u Sekondarji – ingaġġ ta’ għalliema regolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel medji u sekondarji u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 54 għalliema regolari ġodda biex jgħallmu fl-iskejjel medji u sekondarji.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Malti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema kollha jgħallmu l-Malti. B’kollox ġew ingaġġati 59 għalliema regolari ġodda fl-iskejjel tal-primarja.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Ingliż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 59 għalliem tal-Primarja. Wieħed mis-suġġetti li jgħallmu huwa l-Ingliż.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Physical Education

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Physical Education?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati sebgħa (7) għalliema ġodda fl-iskejjel tal-Primajra li qed jgħallmu l-Edukazzjoni Fiżika.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tat-Taljan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu t-Taljan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taljan ma jiġix mgħallem fl-iskejjel Primarji.