B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamanetari 5851, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-primarja li qabel kienu jagħmlu l-karta alternattiva (li hija l-karta ta' eżami ta' livell iktar baxx li kienet tkun komuni għat-tfal kollha li jagħżlu li jagħmluha – liema karta mhux se tkun qed titkompla u l-istudenti se jkunu mħeġġa jagħmlu tal-anqas partijiet mill-karti prinċipali) u li issa mhux se jkunu qed joqogħdu għal eżami, humiex ser ikunu mitluba jibqgħu d-dar fil-jiem li fihom ikunu qed isiru l-eżamijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jissewwa l-forn bil-ħsara (li jintuża għall-fuħħar mill-istudenti tal-Life-Long Learning) fl-Iskola tal-Imrieħel (Sekondarja Kulleġġ Santa Tereża)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħat f'seduta oħra.
Birkirkara – Kulleġġ Santa Tereża – għalliem għal klassi 5.2
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5505 u jgħid jekk l-Iskola Primarja ta' Birkirkara (Kulleġġ Santa Tereża) hux se tingħata għalliem/a sabiex il-klassi 5.2 ma tibqax mingħajr għalliem? Jekk le, x'inhi r-raġuni u x'inhu l-pjan biex it-tfal f'din il-klassi jingħataw l-edukazzjoni tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija m’hemm l-ebda klassi b’post vakanti.
Birkirkara – Kulleġġ Santa Tereża – xogħol fuq l-aperturi u l-bibien
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5506 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-aperturi u l-bibien fl-Iskola Primarja ta' Birkirkara (Kulleġġ Santa Tereża)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol jibda skont l-urġenza, il-ħtiġijiet, u n-neċessitajiet fis-settur kollu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li qabel kienu jagħmlu l-adaptive papers fl-iskola primarja u li issa mhux se jkunu qed joqogħdu għal eżami, humiex se jkunu mitlubin jibqgħu d-dar fil-jiem li fihom ikunu qed isiru l-eżamijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li adaptive paper, kif staqsa hu, ma teżistix. F’każ li qed jirreferi għal karta alternattiva din hija karta ta’ eżami ta’ livell iktar baxx li kienet tkun komuni għat-tfal kollha li jagħżlu li jagħmluha. Din il-karta mhux se titkompla u l-istudenti se jkunu mħeġġa li jagħmlu tal-inqas partijiet mill-karti prinċipali bħal eżempju s-smigħ. Filwaqt li karta addatta hi karta preparata għal kull individwu skont il-bżonnijiet individwali, din il-karta għandha titkompla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda għal Child Care Centres matul dawn l-aħħar tliet xhur, jiġifieri fix-xahar ta' Jannar 2023, Diċembru 2022 u Novembru 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ħarġu tlett reġistrazzjonijiet temporanji matul ix-xhur imsemmija. Skond l-eżitu ta’ vista esterna li ssir mid-Direttorat għall-Istandards u l-Kwalita fl-edukazzjoni, jiġi deċiż tingħatax il-liċenjza jew le.
Birkirkara – Kulleġġ Santa Tereża – għalliem għal klassi 5.2
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Iskola Primarja ta' Birkirkara (Kulleġġ Santa Tereża) hux se tingħata għalliem/a sabiex il-klassi 5.2 ma tibqax mingħajr għalliem? Jekk le, x'inhi r-raġuni u x'inhu l-pjan biex it-tfal f'din il-klassi jingħataw l-edukazzjoni tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pixxina fl-Iskola San Miguel hijiex bil-ħsara? Jekk iva, jista’ jgħid meta se tkun qed tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex tibda tintuża mit-tfal li jattendu fl-iskola in partikolari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li qed ikunu mitluba mill-Ministeru sabiex permezz tagħhom jimpjega LSEs u Supply LSEs?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji ta’ eliġibilita u l-kwalifiki meħtieġa sabiex persuna tapplika għal LSE jew Supply LSEs huma skont il-ftehim kollettiv.
Eks Ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fi skejjel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li kienu mal-Air Malta u bl-agreement li ntlaħaq issa daħlu bħala għalliema fl-iskejjel Statali u tal-Knisja? Jekk hemm, jista' jgħid kemm hemm u x'salarju qegħdin jieħdu?
Kulleġġ ta’ Għawdex – Sejħa għal Educational Officer Curriculum
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għall-Kulleġġ ta' Għawdex b'mod speċifiku, ħarġitx sejħa għal EO (Educational Officer) Curriculum? Jekk iva, jista' jgħid jekk din il-vakanza mtlietx u f'każ li iva, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ħadet dan il-post hux qarib ta' Ministru fil-kabinett attwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel f’Malta u Għawdex – First Aiders bil-korsijiet aġġornati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jgħid jekk hemmx first aider (bil-korsijiet aġġornati) għal kull skola f'Malta u Għawdex, kemm primarji, medji kif ukoll sekondarji? Jista' jagħti rendikont ta' kemm hawn first aiders bil-korsijiet aġġornati fil-livell primarju, medju u sekondarju? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu msejħa l-first aiders attwali biex jaġġornaw il-korsijiet li għandhom bħalissa (u li ta' wħud huma skaduti)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B'referenza għad-diskors tal-Ministru Anton Refalo waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari tas-seduta 36, nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru, jista’ l-Ministru, permezz tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, jikkonferma jekk hux f'pożizzjoni li jgħid minn fejn oriġinat il-ġebla storika li għandu fil-ġnien privat tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1305.
B'referenza għad-diskors tal-Ministru Refalo waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari tas-seduta 36, nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru, jista' l-Ministru jgħid kif akkwista l-artifatt storiku li għandu fil-ġnien privat tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mal-istqarrija li ppubblikajt fit-18 ta’ Frar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid għal meta huwa skedat it-tmiem tax-xogħlijiet fi Triq in-Naxxar Birkirkara?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid din it-triq li hi twila madwar kilometru u għaldaqstant ix-xogħlijiet ġew ippjanati li jsiru f’erba’ fażijiet. Ix-xogħlijiet jinkludu tqegħid ta’ servizzi taħt l-art għall-ilma, drenaġġ, telekomunikazzjoni u dawl skont il-ħtieġa, kif ukoll qed jinbnew bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat qabel ma jissaħħu l-pedamenti u t-triq isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. It-triq għandha titlesta fil-bidu ta’ Diċembru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-irwol ġdid ta' Head of Department Post-Secondary u kif inhu differenti minn Head of Department ta' suġġett? Jista' jikkonferma jekk din hijiex kariga ġdida ladarba karigi simili jeżistu fil-livell ta' Education Officers biss? Jista' jgħid ukoll kemm-il persuna ġiet ingaġġata f'din it-tali kariga?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tal-Kap tad-Dipartiment hu li jassisti lill-Kapijiet tal-Iskejjel Post-Sekondarji fl-ippjanar kurrikulari ħolistiku mingħajr ma jkun marbut ma’ l-ebda suġġett partikulari.
Il-ħtieġa ta’ dan ir-rwol inħasset minħabba li l-qasam post-sekondarju ma jgawdix mis-servizz ta’ Uffiċjal Edukattiv li jaħdmu mal-iskejjel Primarji u Sekondarji. F’dan ir-rwol ġiet ingaġġata persuna waħda biss.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar audits min-naħa tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) tal-entitajiet tal-Gvern li joffru edukazzjoni terzjarja jew għall-adulti, l-Università ta' Malta, l-MCAST, l-ITS, il-Jobsplus, l-Akkademja tal-Pulizija, l-Akkademja tal-Forzi Armati, id-Direttorat tal-Edukazzjoni tal-Adulti (li jaqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni) u l-IFE? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audits għal kull entità u jgħid meta se jkunu qed isiru l-audits li jmiss għal kull entità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx mekkaniżmu stabbilit mill-MATSEC, li permezz tiegħu t-30% mill-marka totali għall-eżamijiet tal-O’Level, li jinkisbu matul l-aħħar tliet snin tas-sekondarja u li se jibdew japplikaw mis-sena skolastika li jmiss (2023-2024), sabiex il-marki jkunu standardizzati bejn l-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Privat? Jekk hemm, min se jkun qiegħed jissorveljah?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.