Jista’ l-Ministru jelenka l-gradi differenti tal-impjegati fl-iskejjel tal-Istat, inkluż dawk li jservu fid-Direttorati responsabbli mill-edukazzjoni u kemm huma l-impjegati f’kull grad?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studenti li jattendu l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Istat skont il-livell (Kindergarten, Primarju, Medju u Sekondarju), tal-Knisja skont il-livell (Kindergarten, Primarju, Medju u Sekondarju), u Indipendenti skont il-livell (Kindergarten, Primarju, Medju u Sekondarju)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Stat
Knisja
Indipendenti
Kindergarten
5,919
1,009
1,583
Primarju
15,909
7,577
3,814
Medju
4,903
3,008
939
Sekondarju
7,457
4,491
1,293
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar bejn l-MCAST u Teatru Malta biex dawn tal-aħħar jużaw partijiet mill-MCAST bħala uffiċini? Jista’ jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwiex fuq il-Bord tat-Teatru Manoel u jekk iva, jgħid jekk dan hux ikkunsidrat bħala kunflitt ta’ interess ladarba kien l-istess individwu li nnegozja sabiex Teatru Malta jużaw partijiet mill-MCAST għall-użu tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt imsemmi qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Filwaqt li l-individwu msemmi jgħamel parti mill-Bord Maniġerjali ta’ Teatru Manoel, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda kunflitt t’interess, għaliex waqt li qed jiġi massimizzat l-ispazzju tal-MCAST għal benefiċċju tal-istudenti, Teatru Malta kif ukoll l-MCAST ser ikunu qed joħolqu aktar opportunitajiet għall-istudenti.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-MCAST u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST f’Raħal Ġdid u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST f’Raħal Ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jelenka l-gradi differenti tal-impjegati fl-iskejjel Indipendenti u tal-Knisja ta’ dawk kollha li s-salarji tagħhom huma rimborsati mill-Gvern u kemm huma l-impjegati f’kull grad?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-manutenzjoni fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq u meta huwa ppjanat li dan ix-xogħol jitlesta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fl-iskola msemmija, apparti li ser isir xogħol ta’ tisbieħ, qed jinbena wkoll sular ġdid. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jkunu lesti matul ix-xhur li ġejjin sabiex b’hekk tiftaħ għas-sena skolastika l-ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura, jekk hemm, ta' meta jidħlu rapporti fuq membri tal-SLT tal-iskejjel tal-Istat? Jista' jgħid ukoll min jinvestiga tali rapporti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali rapporti jiġu evalwati fuq livell ta’ skola u kulleġġ, u jekk ikun hemm il-ħtieġa, jiġu referuti lid-Dipartiment għas-Servizzi Edukattivi.
Studenti Barranin – assessjar tal-livell lingwistiku Malti u Ingliż
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3208 u jgħid b'liema kriterji qed ikunu assessjati studenti barranin sabiex ikun stabbilit il-livell lingwistiku fil-Malti u fl-Ingliż qabel jiddaħħlu fil-mainstream classes jew le? Dan it-tip ta' assessjar qiegħed isir online jew le?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-assessjar isir b’sistema apposta kemm online u kif ukoll wiċċ imb wiċċ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3203 u jgħid jekk hemmx mekkaniżmu stabbilit mill-MATSEC, li permezz tiegħu t-30% mill-marka totali għall-eżamijiet tal-O’Level, li jinkisbu matul l-aħħar tliet snin tas-sekondarja u li se jibdew japplikaw mis-sena skolastika li jmiss (2023-2024), sabiex il-marki jkunu standardizzati bejn l-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Privat? Jekk hemm, min se jkun qiegħed jissorveljah?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istakeholders neċessarji kollha qablu li t-30% tal-marki fis-SEC għandhom jiġu minn xogħol mogħti u kkoreġut mill-għalliema stess. Mhu se jkun hemm l-ebda tip ta’ restrizzjoni fuq x’tip ta’ xogħol ser jingħata għaliex l-għalliem innifsu jista’ jagħraf il-bżonnijiet speċifiċi tal-istudenti tiegħu.
Kulleġġ ta’ Għawdex – Sejħa għal Educational Officer Curriculum
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3871 u jgħid jekk għall-Kulleġġ ta' Għawdex b'mod speċifiku, ħarġitx sejħa għal EO (Educational Officer) Curriculum? Jekk iva, jista' jgħid jekk din il-vakanza mtlietx u f'każ li iva, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ħadet dan il-post hux qarib ta' Ministru fil-kabinett attwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3303 u jgħid meta saru l-aħħar audits min-naħa tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) tal-entitajiet tal-Gvern li joffru edukazzjoni terzjarja jew għall-adulti, l-Università ta' Malta, l-MCAST, l-ITS, il-Jobsplus, l-Akkademja tal-Pulizija, l-Akkademja tal-Forzi Armati, id-Direttorat tal-Edukazzjoni tal-Adulti (li jaqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni) u l-IFE? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audits għal kull entità u jgħid meta se jkunu qed isiru l-audits li jmiss għal kull entità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel f’Malta u Għawdex – First Aiders bil-korsijiet aġġornati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3872 u jgħid jekk hemmx first aider (bil-korsijiet aġġornati) għal kull skola f'Malta u Għawdex, kemm primarji, medji kif ukoll sekondarji? Jista' jagħti rendikont ta' kemm hawn first aiders bil-korsijiet aġġornati fil-livell primarju, medju u sekondarju? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu msejħa l-first aiders attwali biex jaġġornaw il-korsijiet li għandhom bħalissa (u li ta' wħud huma skaduti)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għaliha ma hemmx dawl fil-bozoz tal-inħawi ta’ Triq Ħal Qormi f’Birkirkara? Tista’ tgħid meta dan is-servizz se jkun qed jerġa’ lura għan-normal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-post inkwistjoni nstabet linja maqtugħa u din diġà ġiet irranġata mill-ħaddiema tal-Enemalta.
Ministeru għall-Edukazzjoni – sistema tal-Blockcerts
Question
Fir-rigward tal-kumpanija li qed tħaddem u topera s-sistema tal-Blockcerts li juża l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (is-sistema li permezz tagħha l-istudenti jkunu ċċertifikati b'format diġitali), jista’ l-Ministru jgħid:
a. jekk din kinitx magħżula b'direct order jew b'sejħa pubblika għal kull sena mis-sitt snin li ilha topera;
b. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt;
ċ. kemm-il persuna timpjega f'Malta;
d. jekk il-Ministeru għandux rendikont ta' kemm-il student ippreżenta dan iċ-ċertifikat b'format diġitali biex applikaw għall-MCAST, għall-Junior College, għall-ITS u għall-Higħer Secondary għal kull istituzzjoni u għal kull sena u jekk iva, jagħti dan ir-rendikont u jekk le, jista' jgħid għala l-Ministeru m’għandux tali data?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ġiet magħżula permezz ta’ Negotiated Procedure fl-2018. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fl-2020 l-assi tal-kumpanija nxtraw kollha minn kumpanija oħra. Kemm il-kuntratt oriġinali kif ukoll l-addendum tal-kumpanija l-ġdida qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward iċ-ċertifikati jiġux preżentati jew le, il-Ministeru ma jidħolx fil-mertu ta’ fejn u meta jintużaw.
Attachments:PQ6236_Paper Laid - Hyland Addendum.pdfPQ6236_Paper Laid - Blockchain contract.pdf
Sannat, Għawdex – binjiet tal-Iskola Primarja u Resource Centre
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-iskola Ta’ Sannat Għawdex, fejn seħħ l-inċident li fih student kiser id Assistent Kap ta' Skola, hemm Resource Centre fl-istess binja flimkien mal-Iskola Primarja bl-istess amministrazzjoni? Jekk iva, għaliex huwa dan u jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex dawn ikunu separati u b'amministrazzjoni differenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħjar interess tal-komunità edukattiva f’Għawdex, l-amministrazzjoni tibqa’ taħt tmexxija waħda u mingħajr tibdil. Huwa ta’ ġid għall-istudenti kollha li jkun hemm integrazzjoni bejniethom.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun qed jissewwa l-lift bil-ħsara li hemm fil-parti l-antika tal-binja tal-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel (Kulleġġ Santa Tereża)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej ix-xogħol neċessarju biex il-lift jissewwa f’qasir żmien.
Ministeru għall-Edukazzjoni – politika tal-inklużjoni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-politika tal-inklużjoni mħabbra nhar it-Tnejn, 6 ta' Frar 2023, u jpoġġi wkoll kull politika li tikkonċerna l-inklużjoni mnedija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar 20 sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ħareġ dokument fis-sena 2000 fuq Politika dwar Edukazzjoni Inklussiva immirat għal studenti b’diżabilità qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar il-Ministeru organizza konferenza bis-sehem ta’ dawk kollha involuti dwar l-implimentazzjoni tal-Politika dwar Edukazzjoni Inklussiva fl-Iskejjel bil-viżjoni ġenerali li jiġi żgurat li l-istudenti kollha jkollhom aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità u appoġġ biex ikollhom suċċess fit-tagħlim fi ħdan Sistema ta’ Edukazzjoni Inklussiva ta’ kwalità għolja. Id-dokument qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.
Attachments:Paper Laid_PQ6233 - Inclusive Education - policy regarding students with a disability.pdfPaper Laid_PQ6233 - A Policy on Inclusive Education in Schools.pdf
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li fiż-żmien li ġej, il-proċedura tas-CPR tiġi mgħallma lit-tfal kollha fl-iskejjel? Jekk iva, x'inhu l-pjan u lil liema etajiet ser ikun qed jiġi introdott dan it-tagħlim?