B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6707, jista' l-Ministru jgħid kemm hu proġettat li tiggwadanja l-MCAST minn Fondi Ewropej għall-perjodu mill-2023 sal-2030, sena b'sena?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6706 u jagħti rendikont ta’ kemm ħadet Fondi Ewropej l-Università ta’ Malta, sena b’sena mill-2013 sal-2022, u jgħid ukoll kemm hu proġettat li tieħu (għal kull sena) mill-2023 sal-2030?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 l-Universita ta’ Malta bbenefikaw total ta’ €116,916,055.73 minn fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6705 u jelenka:
a. lista ta’ safar li sar mir-Rettur tal-Università matul dawn l-aħħar tliet snin;
b. meta kien dan is-safar;
ċ. kemm sewa flus;
d. għal liema raġunijiet sar dan is-safar; u
e. min kienu l-persuni li attendew miegħu u xi rwoli għandhom fl-Università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Destinazzjoni
Dati tas-safar
Valur Totali
Informazzjoni addizzjonali
Kroazja
7 – 8 ta’ Ottubru 2021
€1,426.96 *
Informal SEA-EU Recotrs and Presidents’ meeting.
Ungerija
27 – 29 ta’ April 2022
€1,197.36
EUA Annual Conference fejn ġie akkumpanjat minn Academic Registrar.
Ġermanja
1 – 3 ta’ Ġunju 2022
€1,115.72 *
Governing Board meeting of SEA-EU
Franza
19 – 23 ta’ Settembru 2022
€940.01 *
Governing Board meeting of SEA-EU
* Tali spejjeż kienu koperti minn fondi tal-istess SEA-EU
Skola Higher Secondary – prezzijiet tal-ikel u x-xorb
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6703 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Higher Secondary School?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Higher Secondary School – ftehim mal-operatur tal-vending machines
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6702 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn il-Higher Secondary School u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Higher Secondary School u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt eżistenti qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6701 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Junior College?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament, l-operatur li jbiegħ l-ikel u x-xorb m’għandux vending machines fil-Junior College.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7385 u jgħid jekk is-6th Form Sir M.A. Refalo għandhiex it-titlu ta' Institute for Further Education? Jekk iva, dan meta ngħata u għaliex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terminu “Institute for Further Education” huwa riferut bħala sotto titlu, bħal kull sotto titlu ieħor li kellha l-iskola msemmija matul is-snin. Dan is-sotto tilu ġie miżjud fis-sena skolastika 2014/15 fuq inizjattiva tat-tmexxija tal-iskola ta’ dak iż-żmien.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6959 u jgħid jekk il-kamra multisensorja fil-Guardian Angel hijiex tintuża u jekk hemmx għalliema speċifikament biex taħdem mat-tfal f'din il-kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħall kull kamra u riżorsi oħrajn, il-kamra msemmija hi disponibbli għal dawk l-edukaturi mħarrġa biex jgħamlu użu minnha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6715 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-evidenza li permezz tagħha ttieħdet id-deċiżjoni li tingħalaq l-Iskola tal-Imtarfa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija ġarrbet ħsarat estensivi u b’hekk għas-sigurtà ta’ kull impjegat u student, l-iskola ngħalqet biex jitkomplew l-istudji neċessarji b’mod sigur.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6712, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-ispazju miftuħ ġdid fil-Higher Secondary School fin-Naxxar li jinkludu faċilitajiet sportivi ġodda kif ukoll parkeġġ skont kif imħabbar fil-klawsola 238 tal-Manifest Elettorali 2022 tal-Partit Laburista?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett imsemmi se jsir, kif imwiegħed, u mistenni jitlesta sa tmiem is-sena 2026.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6714 u jgħid kemm kien hemm studenti jattendu f’kull Learning Centre (jippreżenta lista għal kull ċentru) fis-sentejn skolastiċi li għaddew (2020-2021 u 2021-2022) u kemm minnhom ġew integrati lura fl-iskejjel rispettivi minn fejn intbagħtu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Għalliema Għawdxin li għamlu r-Reading Recovery course
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-għalliema mill-iskejjel Għawdxin li ntbagħtu għal Reading Recovery course fis-sena skolastika attwali (2022-2023), u jekk dan hux isir waqt il-ħin tal-iskola u jekk il-klassijiet humiex jitħallew bla għalliem fiss matul dal-perjodu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 7 għalliema mill-iskejjel Għawdxin li qed isegwu l-course msemmi u li jsir waqt il-ħinijiet tal-iskola. Dawk il-klassijiet li jkollhom l-għalliem/a għaddej bil-kors, jingħatalom għalliem ieħor.
MCAST — Engineering and Electronics Course – apprenticeship
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li qed jagħmlu l-kors tal-Engineering and Electronics fl-MCAST humiex jagħmlu l-apprenticeship (li kellu jibda fi Frar tal-2023)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema kors qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kamra multisensorja fil-Guardian Angel hijiex tintuża u jekk hemmx għalliema speċifikament biex taħdem mat-tfal f'din il-kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi diffikultajiet fil-MOCKS (Year 11) tal-Chemistry tal-iskejjel tal-Istat? Jista’ jgħid jekk jekk hux minnu li l-għalliema rċevew ċirkolari biex ma jinħarġux il-marki u biex il-karti tal-eżamijiet ma jinħadmux fil-klassi? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni u jgħid x'ser ikun qed isir?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Kuntrarjament għal dak li qed jallega l-Onor. Interpellant, ma kien hemm l-ebda diffikultà fil-karta tal-eżami msemmija filwaqt li ċ-ċirkulari msemmija ma teżistix.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan speċifiku biex jibdew jitneħħew il-wires imdendlin mal-arbli fit-toroq interni fil-lokalitajiet tagħna bħalma kien imwiegħed mill-Partit Laburista?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1097.