Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – ftehim dwar vannijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-vannijiet (8+1 seater) li għandhom ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni sa tmiem is-sena skolastika 2024/2025 (permezz ta' kuntratt iffirmat fl-2019 u mbagħad imġedded b'addendum) qed jintalbu jwaqqfu l-operat tagħhom fi tmiem din is-sena skolastika 2022/2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Vannijiet li qed joffru trasport għall-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vannijiet 8+1 seater li qed jagħtu servizz u li huma reġistrati mal-Gvern biex joffru trasport bla ħlas għall-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skejjel Post-Sekondarji – Junior College – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-Junior College kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema msemmija tapplika għall-istudenti kollha li mis-Sekondarja komplew b’mod immeddjat l-istudji tagħhom post-sekondarja.

Skejjel Post-Sekondarji – Higher Secondary – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-Higher Secondary kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.

Skejjel Post-Sekondarji – ĠEM16+ – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-ĠEM16+ kollha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.

Skejjel Post-Sekondarji – ITS – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-ITS kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interepellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.

Skejjel Post-Sekondarji – MCAST – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-MCAST kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interepellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.

Skejjel Post-Sekondarji – Università ta’ Malta – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-Università kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interepellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.

MCAST Paola – ftehim mal-operatur tal-vending machines

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6694 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-MCAST u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-MCAST f’Raħal Ġdid u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8135.

Skejjel – ġbir ta’ fondi minn attivitajiet biex issir manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet fejn biex issir il-manutenzjoni f’xi skejjel Statali, qed jinġabru fondi minn attivitajiet imtellgħin mill-iskejjel stess?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

FTS – impjiegi ta’ persuni għal SkolaSajf

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-irwoli/karigi li fihom il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) qed timpjega għal SkolaSajf flimkien mal-ħlasijiet għal kull irwol/kariga?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li SkolaSajf taqa’ taħt ir-responsabbilta ta’ l-FES (Foundation for Educational Services) u mhux l-FTS. L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Irwol/Kariga Rata (€)/hr Regional Coordinator € 12.07 Regional Coordinator (Inclusion) € 12.07 Centre Coordinator € 11.82 Centre Coordinator (Resource Centres) € 11.82 Playworker with Extra Responsibilities € 9.27 Playworker with Extra Responsibilities (Resource Centres) € 9.27 Child Support Worker (Resource Centres) € 8.51 Child Support Worker € 8.51 Playworker € 7.27 Sports Playworker € 7.27 Performing Arts Playworker € 7.27

SkolaSajf – taħriġ għall-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ se jkunu qed jingħataw dawk ingaġġati ma’ SkolaSajf li m'għandhomx teaching warrant?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma jsir kull sena, l-FES ser tofri taħriġ lil dawk il-ħaddiema prospettivi għal SkolaSajf. Għal din is-sena hemm programm ta’ taħriġ imfassal li jinkludu sessjonijiet prattiċi kemm fl-immaniġjar tal-klassi, inklużjoni, bżonnijiet speċjali, multikulturiżmu, diversità, fost taħriġ ieħor.

SkolaSajf – każ ta’ inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min se jkun responsabbli jekk jinqala’ x'inċident f’xi klassi ta’ SkolaSajf li tkun taħt is-superviżjoni ta’ playworker/s li m'għandhomx teaching warrant?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull inċident jiġi investigat skont iċ-ċirkustanzi. L-FES għandha kodiċi ta’ dixxiplina li kull ċentru jrid jimplimenta.

Malta Visual And Performing Arts school – manutenzjoni fis-sala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-manutenzjoni fis-sala tal-iskola Malta Visual and Performing Arts (MVPA), u meta hu stmat li din tkun lesta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin id-diskussjonijiet u l-istudji neċessarji mal-istakeholders konċernati.

Junior College – ftehim mal-operatur tal-vending machines

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6700 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn il-Junior College u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Junior College u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università – prezzijiet tal-ikel u x-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6699 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università – ftehim mal-operatur tal-vending machines

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6698 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-Università ta’ Malta u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Università u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8131.

MCAST Mosta – prezzijiet tal-ikel u x-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6697 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-MCAST fil-Mosta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-“Financial Bid Part i” li tinsab fil-kuntratt li se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8135.

MCAST Mosta – ftehim mal-operatur tal-vending machines

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6696 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-MCAST u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-MCAST fil-Mosta u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-kuntratt eżistenti qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST Paola – prezzijiet tal-ikel u x-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6695 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-MCAST f’Raħal Ġdid?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8134.