Kulleġġ San Tumas More – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Tumas More?
Skejjel statali – rata ta’ ħlas għas-servizzi ta' photocopying
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx rata fissa stabbilita għall-iskejjel statali li biha jkunu ċċarġjati l-edukaturi li jagħmlu użu minn servizzi ta' photocopying fl-iskejjel stess? Jekk iva, din kemm hi? Jekk le, jista’ jgħid jekk humiex l-amministrazzjonijiet tal-iskejjel li qed jistabbilixxu r-rata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ ħlas qatt ma kienet fissa u dejjem ġiet stabbilita mill-amministrazzjoni tal-Iskola.
Skola Nazzjonali tal-Isport – skema post-sekondarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li applikaw għall-iskema post-sekondarja offruta mill-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Fejn qiegħed isir dan it-taħriġ u kif ġew magħżula l-coaches li qed jgħallmu din l-iskema u x'kuntratt għandhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
Skola Nazzjonali tal-Isport – studenti li applikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li applikaw biex jissieħbu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport (sena b'sena) għal dawn l-aħħar ħames snin u liema kienu d-dixxiplini sportivi li għażlu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu fl-Iskola Hand in Hand li ġejjin minn skejjel Indipendenti, Statali u tal-Knisja? Jista' jgħid ukoll jekk dawn humiex sussidjati mill-Gvern?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kulleġġ Santa Tereża – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Tereża?
Kulleġġ San Ġorġ Preca – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca?
Kulleġġ Santa Margerita – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Margerita?
Kulleġġ San Benedittu – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu?
Kulleġġ Santa Klara – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Klara?
Kulleġġ Maria Reġina – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Maria Reġina?
Kulleġġ San Injazju – Skola Sekondarja – Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs li talbu għal deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Assistenti Kapijiet, għalliema u LSEs talbu għal deployment biex ma jibqgħux fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Injazju?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu li qed jirreferi għalih.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi direttivi min-naħa tal-Malta Union of Teachers (MUT) fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel u jekk iva, liema huma, għaliex inħarġu u kemm ilhom fis-seħħ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Membri Parlamentari humiex jingħataw il-permess biex iżuru skejjel statali u jiltaqgħu mal-amministrazzjonijiet fuq talba tagħhom stess?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment kapitali fl-Iskola Nazzjonali tal-Arti Viżwali u Performattiva (MVPA), sena b’sena, minn mindu twaqqfet u jelenka wkoll fiex kien jikkonsisti l-investiment?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Birkirkara — Triq Monsinjur Emanuel Vella - responsabilità ta' manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli minn Triq Monsinjur Emanuel Vella, f'Birkirkara, ġaladarba din it-triq qed tisfronda u l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara qiegħed jabdika mir-responsabbiltajiet li jieħu f'idu dan il-każ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni kontinwa mal-Kunsilli Lokali sabiex isir pjan ta’ xogħol f’toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, inkluż dik ta’ Birkirkara. Triq Mons. Emanuel Vella, Birkirkara hija waħda mit-toroq li tinsab fuq il-lista li ressaq il-Kunsill Lokali sabiex isir xogħol infrastrutturali fiha. Fl-istess waqt, sakemm din it-triq terġa’ tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabbiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-kunsilli lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli minn Triq Kanonku Karm Pirotta, ġewwa Birkirkara, peress li hemm ħsarat estensivi fit-triq u huma ta' periklu serju?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija ntalbet assistenza mill-Kunsill Lokali biex isir rapport fuq ħsarat li ġarrbet din it-triq wara żvilupp fl-inħawi. Dan ir-rapport ġie mgħoddi lill-kunsill biex tittieħed l-azzjoni neċessarja.