Skejjel statali — Sena skolastika 2023-2024 –Skema 9
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex huma intitolati t-tfal tal-iskejjel statali li japplikaw għal Skema 9 għal din is-sena skolastika 2023-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk it-tfal li huma eligibbli għal Skema 9 matul din is-sena skolastika huma intitolati għall-vawċer għall-uniformi (studenti li jattendu skola tal-Istat biss), pakett ta’ stationery u għażla t’attività extrakurrikulari li jinkludu FES Skolasajf, FES Klabb 3-16, Sportmalta programm tas-sajf jew programm tax-xitwa.
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2430 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 161 nhar it-Tnejn, 30 ta Ottubru 2023)
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux ikun offrut it-trasport door-to-door għal tfal partikolari, tfal b'diżabilità jew tfal li joħorġu out-of-locality minħabba li jkunu taħt care order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tip ta’ trasport jiġi offrut f’każijiet fejn hemm problemi ta’ mobbiltà u kif ukoll skont ħtieġa soċjali ġustifikata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sala ta’ The Malta Visual and Performing Arts School (MVPA) mhix f'kundizzjoni li tintuża? Xi ħsarat għandha u kemm se ddum biex tkun kompluta u tibda tintuża mill-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sala msemmijja tintuża b’mod regolari iżda teħtieġ li jkollha l-faċilitajiet aġġornati u b’hekk bħalissa għaddejin diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji sabiex isir proġett ħolistiku f’dan ir-rigward. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li jekk għal xi raġuni din is-sala ma tistax tintuża, fl-istess kampus hemm swali oħrajn li jistgħu jgħamlu użu minnhom.
MVPA — Sena skolastika 2023-2024 - Fondi għal xiri ta’ kostumi tad-drama
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk The Malta Visual and Performing Arts School (MVPA) għandhiex fondi allokati speċifikament biex jinxtraw kostumi tad-drama biex jintużaw mill-istudenti? Jekk iva, kemm hemm allokati għal din is-sena skolastika 2023-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollaborazzjoni kontinwa mal-Ministeru, l-iskola msemmija tingħata l-għajnuna finanzjarja skont il-bżonn akkademiku li jinkludi wkoll xiri ta’ kostumi.
MVPA – Studio għal-lezzjonijiet taż-żfin jew drama
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il studio speċifiku għandha l-iskola The Malta Visual and Performing Arts School (MVPA) li jista’ jintuża għal lezzjonijiet taż-żfin jew drama?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija għandha żewġ studios, wiħed jintuża għaż-zfin u l-ieħor għad-drama.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa qed imorru l-Inspire flimkien mal-LSEs fil-ħin tal-iskola t-tfal li jeħtieġu s-servizzi terapewtiċi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-istudenti li jeħtieġu servizz terapewtiku mill-Inspire, jattendu għal tmien sigħat u għoxrin minuta fil-ġimgħa.
Għalliema impjegati mal-Istat fil-livell sekondarju li ġew redundant matul is-sena skolastika li għaddiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema impjegati mal-Istat li ġew redundant mill-iskola li kienu qed jgħallmu fiha matul is-sena skolastika li għaddiet fil-livell sekondarju u jgħid liema suġġetti kienu jgħallmu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema li jiġu redundant f’dawn l-iskejjel, jiġu assenjati fi skejjel oħrajn li jeħtieġ is-servizz tagħhom. L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Suġġett
Numru ta’ Għalliema
Ingliż
2
Etika
1
Franċiż
1
Ġografija
1
Graphical Communications
1
Storja
1
Home Economics
2
ICT
1
Xjenza
1
Taljan
1
Malti
3
Matematika
2
Fiżika
2
Spanjol
2
Woodwork
1
Skejjel primarji jew sekondarji tal-Istat, f'Malta jew f'Għawdex li ma għandhomx Assistent Kap
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx skejjel primarji jew sekondarji tal-Istat, f'Malta jew f'Għawdex li ma għandhomx lanqas Assistent Kap wieħed jew waħda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka liema xogħlijiet fadal isiru fl-iskola primarja tan-Nadur biex tkun kompletament lesta u jekk hemmx time-frames biex isir dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija hi waħda mill-proġetti edukattivi importanti li qed isiru fil-pajjiż, b’investiment sostanzjali maħsub biex ninvestu fl-esperjenza edukattiva tat-tfal Maltin u Għawdxin, filwaqt li noffru anke ambjent aħjar lil min jaħdem fl-iskejjel.
Fin-Nadur, minn din is-sena l-istudenti bdew is-sena skolastika f’ambjent ferm isbaħ u iktar komdu. Irrid ngħid li kienet tassew okkażjoni sabiħa li l-Prim Ministru tagħna u l-President tal-Kummissjoni Ewropea żaru l-iskola fl-aħħar ġimgħat, għax hija eżempju ta’ proġett edukattiv mill-isbaħ u ambjentalment sostenibbli.
Saħansitra, kif juri d-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, il-President tal-Kummissjoni Ewropea iddikjarat proprju hekk: “This school is indeed brand new. The hull building, the historic building has been preserved, it has been completely renovated with funds from NextGenerationEU. And I am very glad to see that it is now highly energy efficient, it has spacious classrooms, it has a better air quality, the air condition is powered by the school's own solar panels – that is smart, you have sun in abundance, you can use it –, and we could see the new digital equipment – it was amazing to also see how modern and digitised the school is now.”.
Kapijiet ta' skejjel sekondarji tal-Istat — Deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Kapijiet ta' skejjel sekondarji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 3 Kapijiet fl-iskejjel sekondarji tal-Istat li ngħataw deployment.
Assistenti Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat — Deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Assistenti Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 25 Assistenti Kapijiet fl-iskejjel primarji tal-Istat li ngħataw deployment.
Assistenti Kapijiet ta' skejjel medji tal-Istat — Deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-Assistenti Kapijiet ta' skejjel medji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 4 Assistenti Kapijiet fl-iskejjel medji tal-Istat li ngħataw deployment.
Assistenti Kapijiet ta' skejjel sekondarji tal-Istat — Deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Assistenti Kapijiet ta' skejjel sekondarji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 2 Assistenti Kapijiet fl-iskejjel sekondarji tal-Istat li ngħataw deployment.
Sena skolastika 2023-2024 — Għalliema ġodda mal-Istat fil-livell primarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati għalliema ġodda (jgħallmu l-ewwel sena skolastika 2023-2024 bħala Newly Qualified Teachers (NQTs) mal-Istat fil-livell primarju?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel primarji ġew ingaġġati 39 għalliem ġdid bħala NQT.
Sena skolastika 2023-2024 — Għalliema ġodda mal-Istat fil-livell medju u sekondarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati għalliema ġodda (jgħallmu l-ewwel sena skolastika 2023-2024 bħala Newly Qualified Teachers (NQTs) mal-Istat fil-livell medju u sekondarju?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel medji u sekondarji ġew ingaġġati 69 għalliem ġdid bħala NQT.
Skola tal-Imrieħel – Nefqa għall-pitch artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-pitch artifiċjali tal-iskola tal-Imrieħel u jekk dan sarx b'fondi tal-Foundation for Tomorrow's Schools (FTS)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Peress li l-lift fl-iskola sekondarja tal-Mrieħel, parti mill-Kulleġġ Santa Tereża, ilu bil-ħsara għal aktar minn sena, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru huwiex infurmat b’dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat — Deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.