Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel Statali, tal-Knisja u tal-Privat – Laptop għall-istudenti tas-7 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħataw il-laptop dawk l-istudenti (fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Privat) li tul din is-sena skolastika jinsabu fis-7 sena skolastika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa ġie mħabbar, dawn ser jitqasmu matul din is-sena skolastika.

Skejjel Statali, tal-Knisja u tal-Privat – Laptop għall-istudenti tat-8 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux l-istudenti kollha (fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Privat) li tul din is-sena skolastika jinsabu fit-8 sena, ħadux il-laptop matul is-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2673.

Laptop — għalliema u edukaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema u edukaturi oħrajn (ingaġġati issa jew le) li għadhom qed jistennew li jingħataw laptop għall-użu tal-professjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa m’hemm l-ebda għalliem jew edukatur li qegħdin jistennew li jingħataw laptop. Infurmat ukoll li kull għalliem jew edukatur li għandu laptop eqdem minn ħames snin, ġew infurmati permezz ta’ email biex jiġbor laptop ġdid.

Policy dwar lockers fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx politika ġenerali li tirregolarizza l-użu tal-lockers fl-iskejjel, id-depożiti mitluba, meta jintalbu u kif jingħataw lura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jemmen li l-iskejjel fil-Kulleġġi rispettivi tagħhom, għandhom ikollhom element t’awtonomija. Kull skola tfassal il-politika tagħha li tirregolarizza l-użu tal-lockers fl-iskejjel, id-depożiti mitluba, meta jintalbu u kif jingħataw lura.

Breakfast Club — Sena skolastika 2023-2024

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Breakfast Club tul din is-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm 9,728 student li rreġistraw biex matul din is-sena skolastika jgħamlu użu mis-servizz tal-Breakfast Club.

Klabb 3-16 – Snin skolastiċi 2020-2021 / 2021-2022

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li għamlu użu mis-servizzi tal-Klabb 3-16 matul l-aħħar sentejn skolastiċi, jiġifieri tul is-snin 2020-2021 / 2021-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin msemmija kien hemm total ta’ 8,520 student li għamlu użu mis-servizz tal-Klabb 3-16

Breakfast Club — Snin skolastiċi 2020-2021 / 2021-2022

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li għamlu użu mis-servizzi tal-Breakfast Club matul l-aħħar sentejn skolastiċi, jiġifieri tul is-snin 2020-2021 / 2021-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin msemmija kien hemm total ta’ 15,992 student li rreġistraw biex jgħamlu użu mill-Breakfast Club.

Breakfast Club — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jagħtu s-servizz tagħhom lill-Breakfast Club tul din is-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal matul din is-sena skolastika ġew approvati 636 point ta’ superviżjoni għal waqt il-Breakfast Club. Dan ix-xogħol isir fuq bażi ta’ roster.

Birkirkara – Triq Kalċidon Gatt — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fi Triq Kalċidon Gatt, f'Birkirkara, min hu responsabbli mix-xogħlijiet u meta huma mistennija jitlestew? Jista' jgħid ukoll x'miżuri qed jittieħdu biex ikunu mħarsa r-residenti li joqogħdu fil-qrib u l-istudenti tal-iskola medja f'Ta' Paris?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq Fleur de Lys

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Fleur de Lys, f'Birkirkara, hux se tkun magħluqa għal perjodu ta' żmien din is-sena? Jekk iva, jista' jgħid għaliex u għal kemm-il jum?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq Ġ. Dimech Debono – Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa l-lift f'Binja Vista, Entratura I, fi Triq Ġ. Dimech Debono, f'Birkirkara li ilu wieqaf xhur sħaħ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-residenti ta’ dan il-blokk issottomettew applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar biex jiġi nstallat lift ġdid fil-blokka tagħhom minħabba li l-lift eżistenti ma setax jissewwa. L-applikazzjoni ġiet sottomessa f’Settembru 2023. Il-manutenzjoni ta’ dawn il-liftijiet tibqa’ dejjem dmir tal-inkwilini.

Skejjel statali fil-livell primarju — Studenti ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12433, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' nazzjonalità barranija fil-livell primarju fl-iskejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel primarji hemm total ta’ 5,525 student barrani.

Skejjel statali fil-livell medju — Studenti ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12434, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' nazzjonalità barranija fil-livell medju fl-iskejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel medji hemm total ta’ 1,089 student barrani.

Skejjel statali fil-livell sekondarju — Studenti ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12435, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' nazzjonalità barranija fil-livell sekondarju fl-iskejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji hemm total ta’ 1,498 student barrani.

Skola Guardian Angel – Abbuż fiżiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każ ta' abbuż fiżiku minn tliet edukaturi fuq xi studenti fl-Iskola Guardian Angel fi Frar tal-2023 u jekk sarx rapport mal-Pulizija għal dan? Jekk iva, jista' jgħid x'passi ttieħdu sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari jew x'passi ser jittieħdu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin l-investigazzjonijiet neċessarji. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li għalissa l-Ministeru ma jistax jikkumenta sabiex ma jiġix preġudikat il-każ. F’każijiet simili fejn huwa neċessarju jsiru r-rapporti lill-Pulizija.

Marsaskala – Skola Primarja San Ġwakkin — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titranġa s-sala tal-Iskola Primarja San Ġwakkin f'Wied il-Għajn, peress li s-suffett kien waqa’ bl-ilma tax-xita li daħal xhur ilu, u jgħid meta se tkun disponibbli għat-tfal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fis-sala msemmija huma lesti u s-sala tista’ tintuża skont il-ħtiġijiet tal-iskola.

Bullying — Każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy li għandu d-Direttorat meta edukatur jirrapporta każ ta' bullying minn edukaturi stess, jiġifieri meta edukatur jibbulja edukatur ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.