Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sena skolastika 2023-2024 –Assenteiżmu — Taħrikiet

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi data dwar kemm ħarġu taħrikiet matul is-sena skolastika attwali lill-ġenituri li mhumiex jibagħtu lit-tfal tagħhom jew li huma taħt il-kustodja tagħhom, l-iskola? Jista' wkoll jipprovdi din id-data skont l-iskola u l-Kulleġġ għal kull student/a?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena skolastika s’issa ħarġu total ta’ 170 taħrika lill-ġenituri. Għal fini ta’ sigurta u privatezza, il-kumplament tal-informazzjoni mhux se tiġi ppublikata.

Ħal Għaxaq – Skola — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-ġenituri u lill-edukaturi li x-xogħlijiet li saru fl-iskola ta' Ħal Għaxaq huma ċertifikabbli u siguri kompletament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li x-xogħlijiet li saru mill-FTS fl-iskola msemmija huma ċertifikabbli u siguri.

Kalkara – Skola Primarja — Soqfa ta’ periklu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti dwar xi saqaf jew parti minnu / soqfa jew partijiet minnhom li jista' jkun / jistgħu jkunu perikoluż/i fl-iskola primarja tal-Kalkara?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MATSEC – Answer Sheet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti li għalihom il-Matsec tipprovdi answer sheet dettaljata fil-livell ta' O'Level, Intermediate u A'Level tal-karti passati u jekk le, jista' jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dan ma jsirx?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’qed ifisser bil-kelma answer sheet.

MATSEC — Recordings tal-listening comprehension

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-recordings tal-listening comprehension tal-eżamijiet tal-MATSEC mhumiex aċċessibbli fuq is-sit bħalma jkunu aċċessibbli l-komponenti l-oħrajn kollha tal-karti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara kull sessjoni tal-eżamijiet, il-Bord tal-MATSEC jippubblika l-karti ta’ dik is-sessjoni fuq is-sit tiegħu. Għalkemm ir-reġistrazzjoni tal-eżami tas-smigħ ma tiġix imtellgħa, it-traskrizzjoni tat-test tiġi mtellgħa fuq is-sit. Għaldaqstant, dan il-komponent huwa aċċessibbli bħall-komponenti l-oħra.

Skejjel Statali – Sena skolastika 2023-2024 — Riżenji ta’ Edukaturi fil-livell primarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fil-grad ta' għalliema fil-livell primarju fl-iskejjel statali li rriżenjaw matul l-ewwel term skolastiku tas-sena 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-livell primarju, fl-iskejjel statali, kien hemm total ta’ 6 edukaturi li rriżenjaw matul l-ewwel term skolastiku 2023/2024. Fil-livell primarju, fl-iskejjel statali, kull edukatur li rriżenja ġie ngaġġat edukatur ieħor.

Skejjel Statali – Sena skolastika 2023-2024 – Riżenji ta’ Edukaturi fil-livell sekondarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fil-grad ta' għalliema fil-livell medju/sekondarju fl-iskejjel statali li rriżenjaw matul l-ewwel term skolastiku tas-sena 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-livell medju/sekondarju, fl-iskejjel statali, kien hemm total ta’ 7 edukaturi li rriżenjaw matul l-ewwel term skolastiku tas-2023/2024. Kull edukatur li rriżenja ġie ngaġġat edukatur ieħor, għajr edukatur wieħed li mistenni jiġi ngaġġat fil-ġranet li ġejjin.

Birkirkara — Ta' Paris – Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ta' Paris Birkirkara li fihom qed isir ix-xogħol bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex ix-xogħol ikun komplut u jekk hux it-toroq se jkunu asfaltati mill-ġdid ladarba jitlesta x-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara — Triq Ħal Qormi u Fleur-De-Lys junction - Studju ta' Traffic Management

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur sarux studji ta' traffic management alternattiv għal Triq Ħal Qormi u Fluer-De-Lys junction (fejn il-venda Birkirkara) u jekk le, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir, sabiex it-toroq li jmissu mal-junction ikunu aktar siguri għall-vetturi, roti u għan-nies li jagħmlu użu minnhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tikkonsulta mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara biex jaraw x’jista’ jsir.

Ħal Lija — Triq Tabor – Pressa tal-ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx problema bil-pressa tal-ilma tal-Gvern fi Triq Tabor f'Ħal Lija? Jekk iva, tista' tgħid meta se tkun solvuta u jekk le, tista' tikkonferma li l-pressa hija dik adegwata għar-residenti tat-triq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda rapport dwar problema ta’ pressa fl-akkwata indikata, u li l-pressa fit-triq imsemmija hija adegwata u skont l-istandards stabbiliti. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jistgħu jċemplu fuq 8007 6400 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku www.wsc.com.mt

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Irkupru ta’ flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ġabarx it-€300,000 li tilef il-Ministeru tal-Edukazzjoni fi scam f'April li għadda u jekk le, fiex waslu l-proċeduri dixxiplinari li nbdew u kemm-il persuna qed tkun investigata u minn min?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel statali — Livell Primarju - Trasport bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel statali primarji li qed jużaw it-trasport bla ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 22,017 student hemm 4,225 student li jgħamel użu mit-trasport bla ħlas fl-iskejjel statali primarji.

Skejjel statali – Livell Medju — Trasport bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel statali medji li qed jużaw it-trasport bla ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 5,108 student hemm 4,858 student li jgħamel użu mit-trasport bla ħlas fl-iskejjel statali medji.

Skejjel statali – Livell Sekondarju — Trasport bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel statali sekondarji li qed jużaw it-trasport bla ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 7,693 student hemm 5,401 student li jgħamel użu mit-trasport bla ħlas fl-iskejjel statali sekondarji.

Skejjel tal-Knisja — Livell Primarju - Trasport bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel primarji tal-Knisja li qed jużaw it-trasport bla ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 7,075 student li jgħamel użu mit-trasport bla ħlas fl-iskejjel primarji tal-Knisja.

Skejjel tal-Knisja – Livell Sekondarju — Trasport bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Knisja li qed jużaw it-trasport bla ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 6,535 student li jgħamel użu mit-trasport bla ħlas fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja.

Lockers fl-iskejjel – Rifużjoni tad-depożitu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat b'xi skola jew skejjel li għadhom ma tawx lura d-depożitu għall-użu tal-locker matul is-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.