Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola ALP — tfal li attendew għall-interview u ġew aċċettati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew għall-interview biex jidħlu fl-iskola ALP u ġew aċċettati fl-aħħar tliet snin skolastiċi, jiġifieri fis-snin skolastiċi 2022-2023, 2021-2022 u 2020-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena skolastika 2020-2021 u 2021-2022 l-intervisiti ma sarux minħabba l-pandemija, filwaqt li għas-sena skolastika 2022-2023 għaddew 92.

Skola ALP — tfal li attendew għall-interview u ma ġewx aċċettati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew għall-interview biex jidħlu fl-iskola ALP u ma ġewx aċċettati fl-aħħar tliet snin skolastiċi, jiġifieri fis-sena skolastika 2022-2023, 2021-2022 u 2020-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena skolastika 2020-2021 u s-sena skolastika 2021-2022, l-intervisiti ma sarux minħabba l-pandemija, filwaqt għas-sena skolastika 2022-2023 kienu 11 li ma ġewx misjuba idonei mill-Board responsabbli biex jattendu l-ALP.

Skola ALP – kriterji tal-interview

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li bihom l-istudenti li jagħmlu l-interview tal-ALP ikunu jew ma jkunux aċċettati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji jinkludu l-inklinazzjoni u l-passjoni ġenwina, il-motivazzjoni lejn is-suġġetti u kif ukoll kemm l-applikant hu ħerqan u kurjuż li jkompli jiskopri u jitgħallem.

Skola ALP – interviewing board – assessuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-assessuri tal-interviewing board li jassessja lit-tfal li jagħmlu l-interview biex jidħlu fl-iskola ALP?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assessuri tal-interviewing board huma l-Kap tal-Iskola, l-Assistenti Kapijiet, Counsellor u żewġ għalliema tal-Guidance.

Skola ALP – rapport dwar ir-rifjut ta’ applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jingħatax rapport bir-raġunijiet li għalihom tkun rifjutata applikazzjoni għall-iskola ALP lill-istudenti kkonċernati u lill-iskejjel rispettivi li minnhom ikunu ġejjin l-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali rapport jingħata biss meta jkun mitlub.

Skola ALP – membri tal-SLT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha membri tal-SLT l-iskola tal-ALP u x’inhuma l-inkarigi tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 3 membri tal-SLT. Il-karigi jinvolvu li jaraw li l-eżerċizzju tal-Applied Career Exposure Experience (ACEE) jitmexxa b’għaqal u bi professjonalità għall-benefiċċju ta’ kull student/a, jieħdu ħsieb l-assenjazzjoni tal-Edukaturi fi rwoli ta’ mentors u jmexxu wkoll l-intervisiti tal-istudenti prospettivi b’ċertu kontabilità, inklużjoni u ġustizzja soċjali.

Skola ALP – suġġetti mgħallma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suġġetti mgħallma fis-sena skolastika 2022-2023 fl-iskola tal-ALP, jelenka liema huma u kemm kien hemm studenti jattendu għal kull suġġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Suġġetti Numru ta’ Studenti Mathematics 91 Maltese 91 English 91 ICT 91 PE 91 PSCD 91 Religion 91 Home Economics 91 Agribusiness & Gardening 6 Art & Design 7 Auto Mechanics 25 Automotive Repair (Body & Paint) 22 Basic Engineering 9 Building Services Trades 7 Care Work 7 Carpentry/Woodwork 3 Customer Care & Sales 7 Dancing 3 Electrical Installations & Basic Electronics 8 Hairdressing Lab 17 Hospitality Labs 8 Multimedia 9 Personal Beauty & Care 16 Plumbing 4 Sports 3 Welding & Fabrication 13

ĠEM16+ – suġġetti mgħallma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suġġetti mgħallma fis-sena skolastika 2022-2023 fl-iskola ĠEM16+, jelenka liema huma u kemm kien hemm studenti jattendu għal kull suġġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Suġġett Numru ta’ studenti English 80 Mathematics 84 Maltese 80 Physics 33 Biology 25 PE 85 PSCD 85 ICT 23 Information Technology 3

Skola ALP – għalliema redundant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edukatur fil-grad ta' għalliem ġie redundant mill-iskola ALP fi tmiem is-sena skolastika li qed tintemm (2022/2023) u jagħti elenku ta’ x'suġġetti kienu jgħallmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema ma jiġux redundant iżda jibqgħu fl-impjieg u jiġu ngaġġati fi skejjel oħra skont il-ħtieġa.

ĠEM16+ – għalliema redundant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edukatur fil-grad ta' għalliem ġie redundant mill-iskola ĠEM16+ fi tmiem is-sena skolastika li qed tintemm (2022/2023) u jagħti elenku ta’ x'suġġetti kienu jgħallmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10886.

Edukaturi fil-livell medju li se jkunu redundant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edukatur fil-grad ta' għalliem (fil-livell medju) ser ikun qed jiġi redundant mill-iskola (kemm Malta u kemm Għawdex) li kien fiha matul is-sena skolastika li għaddiet (2022/2023)? Jista’ jagħti elenku ta’ x'suġġetti kienu jgħallmu u jgħid minn liema skola qed ikunu redundant?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10886.

Edukaturi fil-livell sekondarju li se jkunu redundant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edukatur fil-grad ta' għalliem (fil-livell sekondarju) ser ikun qed jiġi redundant mill-iskola (kemm Malta u kemm Għawdex) li kien fiha matul is-sena skolastika li għaddiet (2022/2023)? Jista’ jagħti elenku ta’ x'suġġetti kienu jgħallmu u jgħid minn liema skola qed ikunu redundant?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10886.

MCAST — Studenti li ma komplewx il-kors

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi d-data, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin skolastiċi (minbarra 2023-2024) ta' kemm daħlu studenti fil-korsijiet tal-MCAST u ma komplewx telgħin għat-tieni sena tal-kors (jiġifieri kemm kien hemm drop-outs waqt l-ewwel sena)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dan il-perjodu l-MCAST żamm medja ta’ 88% tal-istudenti kollha full-time.

Bullying — Każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy li għandu d-Direttorat meta edukatur jirrapporta każ ta' bullying minn edukaturi stess, jiġifieri meta edukatur jibbulja edukatur ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każijiet bħal dawn jittieħdu l-passi neċessarji filwaqt li jsegwu l-proċeduri mniżżla fil-manwal tal-Employee Wellbeing.

Lockers fl-iskejjel – Rifużjoni tad-depożitu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat b'xi skola jew skejjel li għadhom ma tawx lura d-depożitu għall-użu tal-locker matul is-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13216.

Skejjel tal-Privat — Livell Primarju - Trasport bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel primarji tal-Privat li qed jużaw it-trasport bla ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 3,475 student li jgħamel użu mit-trasport bla ħlas fl-iskejjel primarji tal-Privat.

Skejjel tal-Privat– Livell Sekondarju — Trasport bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Privat li qed jużaw it-trasport bla ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 2,356 student li jgħamel użu mit-trasport bla ħlas fl-iskejjel sekondarji tal-Privat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Irkupru ta’ flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ġabarx it-€300,000 li tilef il-Ministeru tal-Edukazzjoni fi scam f'April li għadda u jekk le, fiex waslu l-proċeduri dixxiplinari li nbdew u kemm-il persuna qed tkun investigata u minn min?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti li b'mod immedjat kien sar rapport lill-Pulizija, ġejt infurmat li l-proċeduri ta’ dixxiplina għadhom qed jinstemgħu quddiem il-Bord. Sabiex ma jiġix preġudikat il-każ, il-Ministeru ma jistax jippublika iżjed informazzjoni.