Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għalliema – Warrant

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ għalliema li ngħataw warrant permanenti u temporanju fis-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Tip ta’ warrant Numru t’għalliema li ngħataw warrant fis-sena 2023 Permanenti 168 Temporanju 359 Temporanju mġedded 874

Investigazzjonijiet dwar mġieba ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ investigazzjonijiet ta’ mġieba professjonali ħażina, negliġenza serja jew inkompetenza minn xi għalliem għall-perjodu 2013-2023 maqsuma sena sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi sar total ta’ 16-il investigazzjoni.

Warrants — sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ warrants permanenti u temporanji li ġew sospiżi, ikkanċellati u integrati mill-ġdid għall-perjodu 2018-2023, maqsuma sena sena u r-raġuni għal kull sospensjoni, tħassir u re-integrazzjoni ta’ warrant?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi kien hemm total ta’ 2 warrants permanenti li ġew sospiżi, 5 ikanċellati filwaqt li warrant 1 ġie integrat mill-ġdid. Fir-rigward tal-warrants temporanji kien hemm 3 li ma ġewx imġedda. Għal raġunijiet ta’ sigurta u privatezza, l-Ministeru mhux ser jippublika iżjed informazzjoni fuq dawn il-każijiet.

Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema – Online database ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf milli jkun aċċessibbli online d-database tal-għalliema fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema u meta jkun aċċessibbli għal min irid jaċċessah permess ta’ https://education.gov.mt/ctp/?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikjarifika d-domanda tiegħu.

Birkirkara — Ta' Paris – Xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14213, jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq fl-inħawi Ta' Paris f’Birkirkara li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet fihom, hux se jkunu asfaltati kompletament ladarba dawn jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14213.

Birkirkara — Ta' Paris – Xogħlijiet fuq toroq

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma t-toroq ġewwa Ta' Paris f’Birkirkara li fihom qed isir ix-xogħol bħalissa? Tista’ tgħid ukoll kemm se jdum biex ix-xogħol ikun komplut u jekk għandhiex informazzjoni dwar jekk it-toroq hux se jkunu asfaltati mill-ġdid ladarba jitlesta x-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona indikata qegħdin isiru xogħlijiet mill-Enemalta biex tiġi kummissjonata substation ġdida biex tiġi msaħħa s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku għall-benefiċċju tar-residenti u l-attivitajiet kummerċjali fil-madwar. It-toroq li fihom qegħdin jew se jsiru dawn ix-xogħolijiet huma Triq Kalċidon Gatt, Triq L Casolani, Triq Cannataci, Triq Tumas Galea u Triq Ċensu Costa. Infurmata li dan ix-xogħol huwa previst li jkun komplut sal-ewwel kwart ta’ din is-sena u t-toroq ser jiġu asfalti hekk kif mitlub fil-kundizzjonijiet tal-permess maħruġ mill-Awtorità tat-Trasport.

Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-bidu u t-tmiem tat-terminu tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema kurrenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri għandhom terminu ta’ tliet snin iżda ma jistgħux iservu għal aktar minn tliet termini konsekuttivi li dan jibda meta l-membri jiġu appuntati ai termini tal-artikolu 26 tal-Kap. 327 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema – Elezzjoni ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-aħħar elezzjoni tal-erba' għalliema reġistrati, maħtura minn fost l-għalliema reġistrati kollha, tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema kurrenti, u d-data tal-elezzjoni li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-erba’ għalliema kienu nnominati f’Ġunju tas-sena 2021.

Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-membri tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin u kemm ilu kull membru fil-kunsill? Kategorija Membru A President maħtur mill-Ministru; B1 Għalliem reġistrat maħtur mill-Ministru li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem; B2 Kategorija B2: Għalliem reġistrat maħtur mill-Ministru magħ¿ul minn fost l-uffiċjali tad-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem; B3 Kategorija B3: Għalliem reġistrat maħtur mill-Ministru magħ¿ul minn fost l-uffiċjali tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem; C1 Kategorija C1: Għalliem reġistrat maħtur minn u minn fost l-għalliema reġistrati kollha, li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem u li jgħallem fil-livell primarju tal-edukazzjoni fis-settur statali; C2 Kategorija C2: Għalliem reġistrat maħtur minn u minn fost l-għalliema reġistrati kollha, li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem u li jgħallem fil-livell primarju tal-edukazzjoni fis-settur mhux statali; C3 Kategorija C3: Għalliem reġistrat maħtur minn u minn fost l-għalliema reġistrati kollha, li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem u li jgħallem fil-livell sekondarju tal-edukazzjoni fis-settur statali; C4 Kategorija C4: Għalliem reġistrat maħtur minn u minn fost l-għalliema reġistrati kollha, li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem u li jgħallem fil-livell sekondarju tal-edukazzjoni fis-settur mhux statali; D1 Kategorija D1: Għalliem reġistrat minn fost l-għalliema reġistrati li qed jipprattikaw, maħtur mill-MUT li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem; D2 Kategorija D2: Għalliem reġistrat minn fost l-għalliema reġistrati li qed jipprattikaw, maħtur mill-MUT li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem; E1 Kategorija E1: Membru nominati mill-Università minn fost l-istaff akkademiku permanenti tal-fakultà responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema; E2 Kategorija E2: Membru nominati mill-Università minn fost l-staff akkademiku permanenti tal-fakultà responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema; F Kategorija F: Ġenitur nominat minn assoċjazzjonijiet ta’ ġenituri.

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Kategorija Membru Kemm ilu membru A Dr. Simon Cachia Lulju 2023 B1 Mr. Karl Parnis Ottubru 2023 B2 Vakanti B3 Mr. Anton Falzon Ottubru 2023 C1 Vakanti C2 Ms. Mary Grace Gerada April 2015 C3 Ms. Roberta Ann Caruana April 2018 C4 Ms. Nicky Azzopardi Ġunju 2021 D1 Ms. Terry Duca Ottubru 2023 D2 Ms. Elaine Germani Ottubru 2020 E1 Prof. Sandro Caruana Awwissu 2016 E2 Prof. Suzanne Piscopo Awwissu 2016 F Dr. Glorianne Borg Axisa April 2015

Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-laqgħat li saru tal-membri tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema għal kull sena għall-perjodu 2018-2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi saru total ta’ 116-il laqgħa.

Skejjel – tagħlim tas-CPR

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li fiż-żmien li ġej, il-proċedura tas-CPR tiġi mgħallma lit-tfal kollha fl-iskejjel? Jekk iva, x'inhu l-pjan u lil liema etajiet ser ikun qed jiġi introdott dan it-tagħlim?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema peripatetiċi tas-Saħħa u s-Sigurtà ngħataw it-taħriġ neċessarju sabiex ikunu jistgħu jgħallmu l-proċedura tac-CPR. Diġà hemm numru ta’ skejjel fejn dan it-taħriġ qed jingħata lill-istudenti. Il-pjan hu li dan it-taħriġ jingħata b’mod kontinwu sabiex jilħaq l-istudenti kollha.

Kulleġġ ta’ Għawdex – Sejħa għal Educational Officer Curriculum

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3871 u jgħid jekk għall-Kulleġġ ta' Għawdex b'mod speċifiku, ħarġitx sejħa għal EO (Educational Officer) Curriculum? Jekk iva, jista' jgħid jekk din il-vakanza mtlietx u f'każ li iva, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ħadet dan il-post hux qarib ta' Ministru fil-kabinett attwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa msemmija ħarġet u l-vakanza mtliet.

MFHEA — audits

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3303 u jgħid meta saru l-aħħar audits min-naħa tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) tal-entitajiet tal-Gvern li joffru edukazzjoni terzjarja jew għall-adulti, l-Università ta' Malta, l-MCAST, l-ITS, il-Jobsplus, l-Akkademja tal-Pulizija, l-Akkademja tal-Forzi Armati, id-Direttorat tal-Edukazzjoni tal-Adulti (li jaqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni) u l-IFE? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audits għal kull entità u jgħid meta se jkunu qed isiru l-audits li jmiss għal kull entità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-institutional audits li saru s’issa jinsabu kollha aċċessibli minn fuq il-website tal-MFHEA.

Skejjel f’Malta u Għawdex – First Aiders bil-korsijiet aġġornati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3872 u jgħid jekk hemmx first aider (bil-korsijiet aġġornati) għal kull skola f'Malta u Għawdex, kemm primarji, medji kif ukoll sekondarji? Jista' jagħti rendikont ta' kemm hawn first aiders bil-korsijiet aġġornati fil-livell primarju, medju u sekondarju? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu msejħa l-first aiders attwali biex jaġġornaw il-korsijiet li għandhom bħalissa (u li ta' wħud huma skaduti)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet msemmija jsiru skont il-ħtieġa.

Skejjel Indipendenti u tal-Knisja – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-gradi differenti tal-impjegati fl-iskejjel Indipendenti u tal-Knisja ta’ dawk kollha li s-salarji tagħhom huma rimborsati mill-Gvern u kemm huma l-impjegati f’kull grad?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jgħaddi l-fondi neċessarji kemm lill-Kurja u kif ukoll lill-iskejjel indipendenti sabiex jiġu rimborsati.

Skejjel – studenti f’learning centres

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6714 u jgħid kemm kien hemm studenti jattendu f’kull Learning Centre (jippreżenta lista għal kull ċentru) fis-sentejn skolastiċi li għaddew (2020-2021 u 2021-2022) u kemm minnhom ġew integrati lura fl-iskejjel rispettivi minn fejn intbagħtu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Learning Support Centre Sena skolastika Numru ta’ studenti Numru ta’ studenti ntegrati Żebbuġ 2020/2021 6 1 2021/2022 6 3 Fortini Boys 2020/2021 9 0 2021/2022 9 0 Ħamrun Boys 2020/2021 13 0 2021/2022 14 0 Naxxar Girls 2020/2021 8 0 2021/2022 6 0 Gzira 2020/2021 19 0 2021/2022 10 0 Cospicua 2020/2021 4 0 2021/2022 4 0

Vannijiet li qed joffru trasport għall-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vannijiet 8+1 seater li qed jagħtu servizz u li huma reġistrati mal-Gvern biex joffru trasport bla ħlas għall-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li llum il-ġurnata ma hemmx tali vannijiet joffru dan is-servizz.

Skola Nazzjonali tal-Isport – studenti li ma komplewx bl-istudji tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ma komplewx il-perkors kollu tal-iskola fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija, matul dawn l-aħħar 5 snin, 11-il student ma komplewx il-perkors kollu tal-iskola.

Skola Nazzjonali tal-Isport – għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika jew sport ieħor

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema full-time li jgħallmu l-Edukazzjoni Fiżika jew xi sport ieħor fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' l-Ministru jelenka l-għalliema, il-kwalifiki tagħhom u jgħid kemm-il lezzjoni għandhom b'mod individwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija hemm 15-il għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika. L-għalliema kollha huma gradwati mill-Università ta’ Malta għajr għalliem supplenti wieħed li gradwa mill-MCAST. Għalliem minnhom għandu 23 lezzjoni, 7 għalliema għandhom 22 lezzjoni, 4 għalliema għandhom 20 lezzjoni, 2 għalliema għandhom 18-il lezzjoni u għalliem ieħor għandu 16-il lezzjoni.

Skola ALP – studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-iskola ALP fl-aħħar tliet snin skolastiċi, jiġifieri fis-snin skolastiċi 2022-2023, 2021-2022 u 2020-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; 2020 – 2021 Total ta’ 140 student 2021 – 2022 Total ta’ 148 student 2022 – 2023 Total ta’ 91 student