Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjonijiet għal LSEs pendenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14041, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-180 student li l-applikazzjoni tagħhom għal-LSE għadha qed tiġi pproċessata, huma fil-Year 1, fil-Year 2 u fil-Year 3 maqsuma rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sigurta u l-privatezza tal-istudenti, tali nformazzjoni ma tistax tiġi ppublikata.

Università – Kors tal-MTL

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm studenti jsegwu l-kors tal-MTL fl-Università (part-time u/jew full-time fejn hu l-każ) f'dawn is-suġġetti: a. Geography; b. Ethics Education; ċ. Home Economics; d. Health and Social Care; e. Textiles and Fashion; f. Retailing; ġ. Media Literacy; g. Science; għ. Computing; h. PSCD; ħ. PE; j. Design and Technology; k. Art; u l. Hospitality?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm total ta’ 182 student isegwu l-kors imsemmi.

Ħal Tarxien – Skola medja – lockers mhux aċċessibbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minħabba fiha, il-lockers fl-Iskola Medja ta' Ħal Tarxien mhumiex aċċessibbli għall-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija l-lockers kienu tneħħew bħala parti mill-proċeduri relatati mal-pandemija. Dawn il-lockers ġew ritornati lura u għaldaqstant jistgħu jintużaw mill-istudenti.

Skejjel primarji – adaptive papers

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamanetari 5851, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-primarja li qabel kienu jagħmlu l-karta alternattiva (li hija l-karta ta' eżami ta' livell iktar baxx li kienet tkun komuni għat-tfal kollha li jagħżlu li jagħmluha – liema karta mhux se tkun qed titkompla u l-istudenti se jkunu mħeġġa jagħmlu tal-anqas partijiet mill-karti prinċipali) u li issa mhux se jkunu qed joqogħdu għal eżami, humiex ser ikunu mitluba jibqgħu d-dar fil-jiem li fihom ikunu qed isiru l-eżamijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tfal mhux ser ikunu mitluba jibqgħu d-dar fil-jiem li fihom ikunu qed isiru l-eżamijiet, iżda ser ikunu qed isegwu programm t’attivitajiet edukattivi adattati għalihom.

Skola Primarja Ħal Għaxaq –– Air Conditioners bil-ħsara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu qed jissewwew l-Air Conditioners fl-Iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq u xi pjan temporanju hemm sadanittant?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija m’hemm l-ebda air condition bi ħsara.

Skejjel medji/sekondarji tal-Istat — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel medji/sekondarji tal-Istat rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14613.

Skejjel sekondarji tal-Knisja — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14614.

Skejjel sekondarji tal-privat — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel sekondarji tal-privat rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14615.

Fleur de Lys — Triq Fleur de Lys - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser idumu x-xogħlijiet li bħalissa għaddejjin fi Triq Fleur de Lys fi Fleur de Lys u min hu responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Water Services Corporation hija l-entità responsabbli mix-xogħlijiet fuq is-servizzi tal-ilma li għaddejjin bħalissa fi Triq Fleur de Lys. Skont il-pjan sottomess lil Transport Malta ix-xogħol huwa mqassam f’fażijiet b’total ta’ erbgħin ġimgħa. Ix-xogħol beda fis-7 ta’ Novembru 2023.

Ta’ Paris — Triq Tumas Galea - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fadlilhom ix-xogħlijiet fit-toroq f'Ta' Paris fl-akkwati ta' Triq Tumas Galea u jekk hux se jkunu mogħtija asfalt mill-ġdid ladarba jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Skejjel Statali – Sena skolastika 2023-2024 – Warrants ta’ Edukaturi fil-livell sekondarju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14376, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-edukaturi ngaġġati minflok dawk li rriżenjaw għandhomx warrant permanenti, temporanja jew jekk humiex ingaġġati bħala Supply?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-edukaturi ingaġġati kollha għandhom warrant.

MATSEC – Answer Sheet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14373, jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti li għalihom il-MATSEC tipprovdi answer sheet (karta bit-tweġibiet skont kif jiġu kkoreġuti l-karti mill-eżaminaturi tal-MATSEC) dettaljata fil-livell ta' O'Level u A'Level u jekk din hix aċċessibbli għall-edukaturi, għall-istudenti u għall-ġenituri li jaċċessaw is-sit?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-MATSEC kien iddeċieda li kull sena jippubblika skemi ta’ assessjar (marking schemes) f’ċertu suġġetti. Dawn mhumiex answer sheets. Jista jgħati l-każ li ċertu skemi jkollhom fihom xi risposti li jkunu mistennija mill-eżaminaturi, iżda dan ma jfissirx li ma hemmx risposti oħrajn li huma daqstant tajbin. L-iskop tal-pubblikazzjoni tal-iskema tal-assessjar hu li wieħed jista’ jara kif ingħataw il-marki għal domanda partikolari sabiex b’hekk il-kandidati u l-għalliema tagħhom ikollhom idea ċara tal-istruttura tal-eżami u kif ukoll ta’ kif ingħataw il-marki. Din tgħin fil-preparazzjoni tal-kandidati waqt li tinżamm l-integrità tal-assessjar. Jekk jiġu ppubblikati answer sheets, hemm il-possibbiltà li jiżdied it-tagħlim bl-amment, fejn il-kandidati jitgħallmu risposti diretti minflok jippruvaw jifhmu l-kunċett. Il-Bord tal-MATSEC jara li perjodikament tiġi ppubblikata l-iskema tal-assessjar ta’ kull suġġett li jkun qiegħed joffri.

Skejjel primarji tal-Istat — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel primarji tal-Istat rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat kollha hemm total ta’ 5,356 student li għandhom ‘ADHD’, ‘Awtiżmu’ jew ‘Down Syndrome’.

Skejjel primarji tal-knisja — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel primarji tal-knisja rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-knisja kollha hemm total ta’ 1,834 student li għandhom ‘ADHD’, ‘Awtiżmu’ jew ‘Down Syndrome’.

Skejjel primarji tal-privat — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel primarji tal-privat rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-privat kollha hemm total ta’ 498 student li għandhom ‘ADHD’, ‘Awtiżmu’ jew ‘Down Syndrome’.

Tagħlim ta’ lezzjonijiet privati — Regolamentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed iħejji politika li tirregola t-tagħlim tal-lezzjonijiet privati mhux fil-ħin tal-iskola biex ikunu restritti għall-għalliema kwalifikati u liċenzjati biss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema – Laqgħat — Konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta` persuni li ġew mistiedna biex jattendu laqgħat tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema kurrenti għall-fini ta' konsultazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ċar li l-kompożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti rappreżentanza ta’ diversi stakeholders.

Għalliema detenturi — Warrant

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ għalliema detenturi ta’ warrant permanenti u temporanju rispettivament li huma mniżżla fir-reġistru tal-għalliema għas-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Tip ta’ warrant Numru t’għalliema Permanenti 12602 Temporanju 109 Temporanju mġedded 673