Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u s-CTP
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta' konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u s-CTP? Jista' jispeċifika meta kienu u min kienu l-membri preżenti min-naħa tal-Core Team?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħa saret fi Frar ta’ din is-sena u l-Core Team kien mgħamul minn Mr. Josef Borg, Ms. Cheryl Curmi, Ms. Marguerite Agius u Ms. Lindsay Zarb.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il call għal HoD ħarġet matul dawn l-aħħar 3 snin kalendarji u ma kinitx qed tispeċifika jekk il-post hux għas-sekondarja jew għall-primarja? Jista' jgħid ukoll fejn qed iservu dawn l-HoDs kollha li ġew ingaġġati b'tali calls?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Birkirkara — Triq Ganu - Miżura biex titnaqqas il-veloċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni ma' Transport Malta (TM) mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara biex saret sleeping police waħda biss fi Triq Ganu bħala miżura biex titnaqqas il-veloċità? Jista' jgħid ukoll jekk TM tapprovax din il-miżura ta' traffic calming measure li tista' tikkawża periklu u inkonvenjent ladarba tqiegħdet waħda biss fi triq li ttul aktar minn 250 metru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtorita’ rċeviet talba mingħand il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għal Road Hump fi Triq Ganu Birkirkara, fejn ġie irrapurtat illi qed ikun ‘’hemm problema li vetturi jgħaddu volum għoli ta’ sewqan.
Din it-talba qiegħda tiġi proċessata skond it-talbiet kif magħmulha mill-kunsill rispettiv.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Papa Urbanu VIII, f'Birkirkara u kemm se jdum biex ikun komplut? Tista’ tgħid ukoll jekk hux se jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut dan ix-xogħol? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Stefano Erardi fl-Iklin, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Idmejda f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Sisner f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq San Franġisk f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 15911 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u ċjoè: B'referenza għall-paġna 30 tad-Diskors tal-Baġit għall-2023, taħt is-sottotitlu 'Tax Credit għal Terapiji', jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenifika minn tax credit refund ta' €200 minn Jannar 2023 sa Diċembru 2023? Jista' jgħid ukoll kemm kienet tammonta l-ispiża totali biex dawn it-tax credits ingħataw lura lill-ġenituri ta' tfal b'diżabilità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-formola/l-applikazzjoni li kienet qed timtela mill-ġenituri biex kienu eleġibbli għal dan it-tax credit u jindika wkoll minn liema sit setgħet titniżżel?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kwalunkwe tax credit refund jiskatta ġaladarba din tiġi kkomputata flimkien mal-Formola tat-taxxa fuq Income u Self Assessment. Li ġara sa issa hu li l-Kummissjoni għad-Drittijet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) irċeviet l-applikazzjonijiet ta’ ġenituri li ħassew li l-iskema tapplika lilhom u dawn ġew mgħarbula għal fini ta’ konformità mal-linji gwida tal-iskema. Dawn l-applikazzjoni ġew mgħoddija lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi. Sa issa, hemm 200 applikazzjoni li ġew milqugħa, dan ifisser li l-kreditu jammonta għal €40,000.
Is-CRPD irreklamat ukoll din l-iskema ta’ kreditu ta’ taxxa fuq il-mezzi soċjali kollha (Facebook, Instagram, Twitter, LinkedIn, TikTok) fit-13 ta’ Novembru, 2023. Intbagħtet mailshot lil kull membru tas-CRPD fl-14 ta’ Novembru.
Ninfurmah ukoll li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-formola/l-applikazzjoni li kienet qed timtela mill-ġenituri biex kienu eliġibbli għal dan it-tax credit, li setgħet titniżżel mis-sit
https://www.crpd.org.mt
.
Baġit 2024 –'Żieda fit-Tax Credit għal Terapiji ta' tfal b'diżabilita'
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 15912 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u ċjoè: B'referenza għall-paġna 31 tad-Diskors tal-Budget għall-2024, taħt is-sottotitlu 'Żieda fit-Tax Credit għal Terapiji ta' tfal b'diżabilita', jista' l-Ministru jgħid, kemm huwa l-fond allokat għal dan, għal din is-sena kalendarja, jiġifieri l-2024, u kemm jistma li ser jidħlu applikazzjonijiet għal tax credit refund, ibbażat fuq is-sena preċedenti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2024 il-kreditu ta’ taxxa se jiżdied minn €200 għal €500 għal kull wild b’diżabilità.
Fil-bidu tas-sena 2025 inkunu nafu kemm applikaw għal din l-iskema. Dan għaliex kif jaf l-Onor. Interpellant l-iskema tiftaħ aktar tard din is-sena biex wieħed jippreżenta rċevuti ta' servizzi li jkunu ngħataw tul is-sena kurrenti li ttemm f'Diċembru 2024.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9034, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx External Review tal-iskola Guardian Angel f'dawn l-aħħar tliet snin, u jekk iva, jista' jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk, le, jista' jgħid meta huwa skedat l-external review li jmiss?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6232, jista' l-Ministru jgħid jekk il-forn (li jintuża għall-fuħħar mill-istudenti tal-Life-Long Learning) fl-Iskola tal-Imrieħel (Sekondarja Kulleġġ Santa Tereża) hux qiegħed jaħdem u jekk il-ħsara li kellu ssewwietx?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-berġa f'Ħal Balzan hijiex temporanjament magħluqa u jekk iva, jgħid meta ser tiftaħ u tkun qiegħda tagħti servizz lin-nies? F'każ li għalqet definittivament, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li illum il-Kliniċi tal-Komunità huma kliniċi moderni f’dik li hija dehra u huma mgħammra bl-aħjar apparat mediku biex ikun possibbli li jiġi offrut servizz ta’ kura primarja multidixxiplinaru tal-ogħla livell.
Illum, il-Kliniċi tal-Komunità huma ukoll imqabbda mas-sistema tal-electronic patient recrod biex l-istorja medika tal-pazjent tkun aċċessibbli f’ħin rejali minn kullimkien fil-Primary HealthCare.
Għaldaqstant, ir-residenti fil-lokalità ta’ Ħal Balzan jistg]u jinqdew tajjeb minn dawn il-lokalitajiet kif ġej:
Miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ B’Kara
Mill-Klinika tal-Komunità ta’ Ħ’Attard
Mill-Klinika tal-Komunità tal-Ilkin
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sit tant importanti teleskola hux se tkun qed titwaqqaf milli topera? Jekk iva, jista' jgħid minn meta, għaliex u x'se jsir mill-kontenut imtellgħa fuq dan is-sit f'dawn l-aħħar snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-paġna 30 tad-Diskors tal-Baġit għall-2023, taħt is-sottotitlu 'Tax Credit għal Terapiji', jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenifika minn tax credit refund ta' €200 minn Jannar 2023 sa Diċembru 2023? Jista' jgħid ukoll kemm kienet tammonta l-ispiża totali biex dawn it-tax credits ingħataw lura lill-ġenituri ta' tfal b'diżabilità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-formola/l-applikazzjoni li kienet qed timtela mill-ġenituri biex kienu eleġibbli għal dan it-tax credit u jindika wkoll minn liema sit setgħet titniżżel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Baġit 2024 –'Żieda fit-Tax Credit għal Terapiji ta' tfal b'diżabilita'
Question
B'referenza għall-paġna 31 tad-Diskors tal-Budget għall-2024, taħt is-sottotitlu 'Żieda fit-Tax Credit għal Terapiji ta' tfal b'diżabilita', jista' l-Ministru jgħid, kemm huwa l-fond allokat għal dan, għal din is-sena kalendarja, jiġifieri l-2024, u kemm jistma li ser jidħlu applikazzjonijiet għal tax credit refund, ibbażat fuq is-sena preċedenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.