Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dokument għall-konsultazzjoni dwar it-tagħlim tal-Malti għall-Barranin

Question

Peress li fl-2019 kien ħareġ dokument għall-konsultazzjoni dwar it-tagħlim tal-Malti għall-Barranin (MLB), jista’ l-Ministru jgħid jekk dan id-dokument ġiex finalizzat jew le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument imsemmi ġie ffinalizzat.

Imrieħel – Skola sekondarja – forn bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jissewwa l-forn bil-ħsara (li jintuża għall-fuħħar mill-istudenti tal-Life-Long Learning) fl-Iskola tal-Imrieħel (Sekondarja Kulleġġ Santa Tereża)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16788.

MVPA – investiment kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment kapitali fl-Iskola Nazzjonali tal-Arti Viżwali u Performattiva (MVPA), sena b’sena, minn mindu twaqqfet u jelenka wkoll fiex kien jikkonsisti l-investiment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul is-snin, fl-iskola msemmija, saru x-xogħlijiet neċessarji bħar-rinovazzjoni tal-faċċatta, tal-klassijiet u tal-kuruturi. Sar it-tiling tad-daħla tal-iskola u tal-blokk amministrattiv kollu, ġiet miżbugħa l-bitħa l-kbira, saret sejħa għall-offerti għall-Kiln u mistennija tiġi nstallata fix-xhur li ġejjin.

Head of Department — Skejjel statali fil-livell sekondarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm HoDs impjegati mal-iskejjel tal-istat fis-sekondarja u liema suġġetti jkopru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel imsemmijja hawn 210 HoD u li dawn ikopru suġġetti varji matul is-sena skolastika.

Ħal Kirkop — Kulleġġ San Benedittu – Attività politika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-organizzazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex ittella' attività tal-Ħadd 10 ta' Marzu fl-iskola statali ta' Ħal Kirkop? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra evidenza ta' dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relatat.

Skejjel Statali – Attivitajiet politiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Direttorat għandux politika speċifika dwar l-użu ta' swali fl-iskejjel statali jew partijiet minn skejjel statali għal attivitajiet politiċi mtellgħa minn partiti politiċi? Jekk iva, jista' jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra, u jekk le, jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad-Direttorat fil-konfront ta' attivitajiet politiċi mtellgħa fl-iskejjel tal-poplu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ li ma jkun hemm xejn li jfixkel l-andament tal-iskola, u l-faċilità rikjesta tkun tippermetti, l-ispazju jkun jista’ jinkera lil terzi bi flus.

Community Works Scheme Enterprise — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm ħaddiema tal-Community Works Scheme Enterprise mal-Kunsilli Lokali ta' Birkirkara, tal-Mosta, ta' Ħal Qormi u ta' San Pawl il-Baħar, u jgħid kemm tħallsu salarju xahar b'xahar għas-sena 2023 u kemm tħallsu overtime xahar b'xahar għas-sena 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. Lokalità Nru. ta’ ħaddiema Ħal Qormi 6 Birkirkara 13 Mosta 2 San Pawl il-Baħar 2 Intant, fir-rigward ta’ salarji u ħlasijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Ħas-Sajjied – Qtugħ tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx problema fl-elettriku fl-inħawi ta' Ħas-Sajjied, Birkirkara, ladarba l-elettriku mar tliet darbiet tul il-ġimgħa li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, x'inhi l-problema u x'qed isir biex din tkun ratifikata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li ninsab infurmata li l-Enemalta ma kellha l-ebda rapport dwar ħsarat fi Triq Ħas-Sajjied u Sqaq Ħas-Sajjied, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika liema huma t-toroq li qed jirreferi għalihom. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt

Iklin – Triq Stefano Erardi – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16639 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Stefano Erardi fl-Iklin, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Jista’ wkoll jikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet infrastrutturali fi Triq Stefano Erardi, wara talba mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ biex it-triq tinbena mill-ġdid. Wara proċess ta’ kordinazzjoni mal-entitajiet konċernati qed isiru xogħlijiet fuq servizzi tal-ilma u t-telekomunikazzjoni, filwaqt li sar tisħiħ tal-pedamenti tat-triq eżistenti, ġew mgħoddija servizzi ġodda u xogħlijiet t’asfalt. Ix-xogħlijiet qed isiru fuq firxa ta’ 230 metru. F’każ li ma jiżviluppawx ċirkostanzi li ma jkollniex kontroll fuqhom, ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fix-xhur li ġejjin.

Birkirkara – Triq Papa Urbanu – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16483 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Papa Urbanu VIII, f'Birkirkara u kemm se jdum biex ikun komplut? Jista’ tgħid ukoll jekk hux se jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut dan ix-xogħol? Jista’ wkoll jikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet fi Triq Papa Urbanu VIII, Birkirkara. Ix-xogħlijiet jinkludu s-sostituzzjoni tal-ilma tax-xorb u l-konnessjonijiet tad-djar, tiġdid ta’ meded antiki ta’ drenaġġ, żidiet fin-network ta’ telekomunikazzjoni taħt l-art u mogħdijiet ġodda. Ser titranġa s- sistema ta’ ġbir tal-ilma tax-xita u ser jingħata wiċċ ġdid bl-asfalt, inkluż iffurmar ta’ spazji għall-parkeġġi. Ix-xogħlijiet stmati li jitlestew fix-xhur li ġejjin u qed jiġu sorveljati minn professjonisti ta’ Infrastructure Malta, il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma u mill-Awtorita’ għas-Saħħa u -Sigurtá.

Fleur de Lys — Triq il-Passju - iBins

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iBins li tqiegħdu fi Triq il-Passju fi Fleur de Lys għandhomx l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill għamilx konsultazzjoni mar-residenti tal-akkwata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-iBiNs ġew installati bl-approvazzjoni tal-istess Kunsill Lokali. Intant infurmat mill-istess Kunsill li r-residenti ma ġewx ikkonsultati minhabba li ġew pożizzjonati ’l bogħod minn żoni residenzjali.

Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta' konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università? Jista' jispeċifika meta kienu u min kienu l-membri preżenti min-naħa tal-Core Team?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru żewġ laqgħat, waħda f’Lulju u oħra f’Ottubru tal-2023. Il-Core Team kien mgħamul minn Mr. Josef Borg, Mr. Roderick Vella u s-Sa Milaine Buhagiar.

Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-IFE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta' konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-IFE? Jista' jispeċifika meta kienu u min kienu l-membri preżenti min-naħa tal-Core Team?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħa saret f’Ġunju tal-2023. Il-Core Team kien mgħamul minn Ms. Ritianne Borg Saliba, Mr. Josef Borg, Mr. Roderick Vella u s-Sa Milaine Buhagiar.

Ħal Balzan — Triq San Franġisk - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16642 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq San Franġisk f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Jista’ wkoll jikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet infrastrutturali fi Triq San Franġisk, wara talba mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ biex it-triq tinbena mill-ġdid. Wara proċess ta’ kordinazzjoni mal-entitajiet konċernati qed isiru xogħlijiet fuq servizzi tal-ilma u t-telekomunikazzjoni, filwaqt li sar tisħiħ tal-pedamenti tat-triq eżistenti, ġew mgħoddija servizzi ġodda u xogħlijiet t’asfalt. Ix-xogħlijiet, li qed isiru fuq firxa ta’ 630 metru, saru f’fażijiet differenti. Dan sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent waqt l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet u jkun hemm aċċess għall-vetturi fil-qrib u madwar din it-triq. F’każ li ma jiżviluppawx ċirkostanzi li ma jkollniex kontroll fuqhom, ix-xogħlijiet mistennija jitlestew sa tmiem fix-xhur li ġejjin.

Ħal Balzan — Triq Sisner - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16641 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Sisner f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Jista' wkoll jikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet infrastrutturali fi Triq Sisner, wara talba mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ biex it-triq tinbena mill-ġdid. Wara proċess ta’ kordinazzjoni mal-entitajiet konċernati qed isiru xogħlijiet fuq servizzi tal-ilma u t-telekomunikazzjoni tul it-triq fuq medda ta’ 95 metru, filwaqt li sar tisħiħ tal-pedamenti tat-triq eżistenti, ġew mgħoddija servizzi ġodda u xogħlijiet t’asfalt. It-tibdil fis-sostituzzjoni tas-sistema tad-drenaġġ ġabet magħha numru ta’ sfidi kawża ta’ tibdil tal-pajp tal-asbestos li kellu l-ħsara. Għaddejja wkoll ħidma taħt is-superviżjoni tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma. fuq l-aħħar fażi tal-installazzjoni tas-sistema l-ġdida tad-drenaġġ. F’każ li ma jiżviluppawx ċirkostanzi li ma jkollniex kontroll fuqhom, ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fix-xhur li ġejjin.

Ħal Balzan — Triq Idmejda - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16640 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Idmejda f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Jista’ wkoll jikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet infrastrutturali fi Triq Idmejda, Ħal Balzan wara talba mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ biex it-triq tinbena mill-ġdid. Wara proċess ta’ kordinazzjoni mal-entitajiet konċernati qed isiru xogħlijiet fuq servizzi tal-ilma u t-telekomunikazzjoni, filwaqt li sar tisħiħ tal-pedamenti tat-triq eżistenti, ġew mgħoddija servizzi ġodda u xogħlijiet t’asfalt. Ix-xogħlijiet, li qed isiru fuq firxa ta’ 320 metru, saru f’fażijiet differenti. Dan sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent waqt l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet u jkun hemm aċċess għall-vetturi fil-qrib u madwar din it-triq. F’każ li ma jiżviluppawx ċirkostanzi li ma jkollniex kontroll fuqhom, ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fix-xhur illi ġejjin.

Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-MUT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta' konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni bejn il-Core Team u l-MUT? Jista' jispeċifika meta kienu u min kienu l-membri preżenti min-naħa tal-Core Team?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Lezzjonijiet tal-PE minn Kinder sal-year 6

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lezzjonijiet tal-PE li għandhom l-istudenti mil-livell ta' Kinder sas-6 sena kull ġimgħa għal din is-sena skolastika? Din l-informazzjoni jista' jagħtiha skont l-Iskejjel tal-Knisja u tal-Istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-klassijiet tal-Primarja, kemm fl-iskejjel tal-istat u kif ukoll f’tal-Knisja, mill-ewwel sas-sitt sena, jkollhom minimu ta’ żewġ lezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fiżika fil-ġimgħa. Filwaqt li fil-Kindergarten, l-attivita fizika hija ntegrata fl-attivitajiet skont il-kurrikulu emerġenti. Dan jikkumplimenta numru ta’ programmi u inizjattivi li diġa saru f’diversi kulleġġi biex jiġi assigurat li l-attivita fiżika tkun parti mill-ħajja tal-istudenti f’dawn l-iskejjel.

Sit teleskola

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15863 u jgħid jekk is-sit tant importanti teleskola hux se tkun qed titwaqqaf milli topera? Jekk iva, jista' jgħid minn meta, għaliex u x'se jsir mill-kontenut imtellgħa fuq dan is-sit f'dawn l-aħħar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.

Imrieħel – Skola sekondarja – forn bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16312 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6232, jista' l-Ministru jgħid jekk il-forn (li jintuża għall-fuħħar mill-istudenti tal-Life-Long Learning) fl-Iskola tal-Imrieħel (Sekondarja Kulleġġ Santa Tereża) hux qiegħed jaħdem u jekk il-ħsara li kellu ssewwietx?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jiġri meta jkun hemm ħsara f’xi apparat, mal-ewwel jibda’ l-proċess neċessarju biex dan jitranġa jew jissewwa.