Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema tal-Frott u l-Ħaxix

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-Frott u l-Ħaxix fl-iskejjel hijiex timxi f'konformità mal-Istrateġija addottata fid-9 ta' Mejju tal-2023, jiġifieri 'Strategy for the Implementation of the School Scheme in Malta - From 2023/2024 to 2028/2029 School Year'? Jista' jagħti rendikont tal- ħaxix u frott li qiegħed jingħata lit-tfal fl-iskejjel, min qiegħed jissupplixxih u kemm hija l-ispiża xahar b’xahar minn Settembru tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskema għall-iskejjel qed tiġi implimentata b’konformità mal-Istrateġija għall-Implementazzjoni tal-Iskema għall-Iskejjel f’Malta. Din l-implimentazzjoni qed issir permezz ta’ serje ta’ ‘Roadshows’ li matulhom qed jiġi mqassam frott, ħaxix u ħalib lil studenti eliġibbli. Dawn ir-Roadshows bdew f’Ġunju 2023, u koprew sal-aħħar ta’ Skola Sajf, u komplew ukoll fis-sena skolastika attwali (2023-2024) minn Ottubru 2023 ‘il quddiem. Il-fornitur ta’ dawn ir-Roadshows huwa Outlook Coop u kien jinvolvi l-infiq elenkat hawn taħt: Sett-23 € 1,032.50 Ott-23 € 15,572.25 Nov-23 € 28,892.35 Diċ-23 € 19,200.40 Jan-24 € 31,590.80 Frar-24 € 31,645.50 Mar-24 € 27,545.95 Total € 155,479.75 Apparti dawn ir-Roadshows, qed isir ukoll tqassim regolari ta’ frott u ħaxix f’iskejjel primarji, u għall-ewwel darba ġewwa skejjel sekondarji wkoll. Din id-distribuzzjoni qed titwettaq mingħand James Caterers Ltd sa mill-bidu ta’ Jannar 2024 ‘il quddiem. L-infiq għal din id-distribuzzjoni huwa kif ġej: Jan-24 € 80,182.96 Frar-24 € 198,352.69 Mar-24 € 198,547.91 Total € 477,083.56

Iklin – Triq Stefano Erardi — Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16803, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet, jekk hemmx kumplikazzjonijiet u jekk hux fi stadju li jagħti data definittiva ta' meta ser ikunu qed jitlestew ix-xogħlijiet fit-Triq Stefano Erardi fl-Iklin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Stefano Erardi fl-Iklin ġiet indikata mis- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kultarali (SCH) li hija sensittiva minħabba l-possibilta’ ta’ sejbiet arkeoloġiċi taħt l-art. Għaldaqstant ix-xogħlijiet tat-tqattigħ tat-trinek saru taħt il-ħarsien tal-monitor kif indikat mill-SCH, fejn dawn tnaddfu u tħejjew għall-ispezzjonijiet biex jiġu ċertifikati li x-xogħlijiet jistgħu jitkomplew. S’issa saru xogħlijiet relatati ma’ servizzi tal-ilma, b’ħafna mill-meddet tal-ilma fil-parti t’isfel tat-triq tlestew. Tlestiet ukoll il-ħidma fuq it-tiswija tad-drenaġġ. Iżda fil-parti tat-triq minn kantuniera ma’ Triq Ċensu Bugeja sa kantuniera ma’ Triq il-Kalkara kellhom jieqfu ħesrem minħabba sejba ta’ ġibjun li aktarx imur lura għal Żmien Ruman. Is-Sovrintendenza ġiet notifikata b’din l-iskoperta u qed titwettaq ħidma skont direzzjoni u linji gwida mill-SCH biex tiġi ppreservata din l-iskoperta. F'dan l-istadju, din is-sejba tagħmilha diffiċli biex tiġi determinata data ta’ tlestija għaliex qabel jissukktaw ix-xogħlijiet, l-ewwel irid jitlesta ix-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr.

Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — LSEs li m’għandhomx l-O'Level fil-Matematika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs fl-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat li m’għandhomx l-O'Level (tal-MATSEC) fil-Matematika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18070.

Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — LSEs li m’għandhomx l-O'Level fl-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs fl-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat li m’għandhomx l-O'Level (tal-MATSEC) fl-Ingliż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18070.

Skejjel primarji tal-Istat – Water fountains

Question

Jista' l-Ministru jelenka lista tal-iskejjel primarji tal-Istat li m’għandhomx water fountains għad-dispożizzjoni tal-għalliema u l-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li m’hemm l-ebda skola primarja tal-Istat li m’għandiex water fountain.

Skejjel sekondarji tal-Istat – Water fountains

Question

Jista' l-Ministru jelenka lista tal-iskejjel sekondarji tal-Istat li m’għandhomx water fountains għad-dispożizzjoni tal-għalliema u l-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li m’hemm l-ebda skola sekondarja tal-Istat li m’għandiex water fountain.

Skejjel fornuti bil-water fountains — Tender

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tender li bih illum l-iskejjel huma fornuti bil-water fountains?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel primarji tal-Istat – LSEs li m’għandhomx l-O'Level fil-Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs fl-iskejjel primarji tal-Istat li m’għandhomx l-O'Level (tal-MATSEC) fil-Malti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li r-rekwiżiti għall-ingaġġ ta’ LSEs min żmien għal żmien inbidlu, illum kull LSE għandu r-rekwiżiti meħtieġa kif imwieġeb diġà fil-mistoqsija parlamentari 16216.

Skejjel primarji tal-Istat – LSEs li m’għandhomx l-O'Level fil-Matematika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs fl-iskejjel primarji tal-Istat li m’għandhomx l-O'Level (tal-MATSEC) fil-Matematika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18070.

Skejjel primarji tal-Istat – LSEs li m’għandhomx l-O'Level fl-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs fl-iskejjel primarji tal-Istat li m’għandhomx l-O'Level (tal-MATSEC) fl-Ingliż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18070.

Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — LSEs li m’għandhomx l-O'Level fil-Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs fl-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat li m’għandhomx l-O'Level (tal-MATSEC) fil-Malti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18070.

Skejjel primarji tal-Istat — Għalliema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema (fil-grad ta' Teacher) li rriżenjaw mill-iskejjel primarji tal-Istat fit-tieni term tas-sena skolastika attwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — Għalliema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema (fil-grad ta' Teacher) li rriżenjaw mill-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat fit-tieni term tas-sena skolastika attwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Birkirkara — Triq San Ġiljan - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq San Ġiljan, f'Birkirkara se tkun lesta kompletament u x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol ilu wieqaf numru ta' ġimgħat b'konsegwenza li dan qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti u għat-traffiku? Jista' wkoll jagħti rendikont ta’ x’xogħol sar u għaliex?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija għaddejjin xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ. Wara t-tlestija ta’ din il-ħidma, Infrastructure Malta tibda b’xogħlijiet infrastrutturali, inkluż il-bini mill-ġdid tat-triq u mogħdija ta’ servizzi oħra.

Birkirkara — Triq Tumas Fenech - Sprall

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta (IM) jew Transport Malta (TM) humiex inkarigati mill-isprall li jinsab jaqsam Triq Tumas Fenech f'Birkirkara (quddiem iċ-Ċentru Ċiviku) u jekk le, jista’ jgħid jekk huwiex il-Kunsill inkarigat minn dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Accelerated progression – Għalliema li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li bbenefikaw mill-accelerated progression għal kull sena minn meta ddaħħlet fis-sistema u jaqsamha skont skala 8 u 9 rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 480 għalliem mill-iskali msemmijja li bbenefikaw minn accelerated progression.

Ħal Balzan — Għassa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa kienet miftuħa l-għassa ta' Ħal Balzan mill-1 ta' Marzu tal-2023 sal-1 ta' Marzu tal-2024? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx l-intenzjoni li din l-għassa tkun miftuħa kuljum jew jekk hux se tingħalaq kompletament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija f'Ħal Balzan tospita lill-uffiċċjali tal-Pulzija tal-Komunita, li ħafna mill-ħin, kif titlob in-natura tax-xogħol tagħhom, ikunu barra fuq ronda u għaldaqstant ma tkunx miftuħa kontinwament. Preżentament wkoll qed isir xogħol ta' manutenzjoni u restawr. L-għassa prinċipali li tkun miftuħa kontinwament hi dik ta’ Birkirkara. Barra milli hija koperta mill-Pulizija tal-Komunità, din il-lokalita hija milħuqa wkoll permezz ta’ ronda minn uffiċċjali b’vetturi tad-distrett u dawk tal-Rapid Intervention Unit.

Pulizija tal-Komunità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija tal-Komunità allokati għal dawn il-lokalitajiet rispettivament: Birkirkara, Ħal Balzan, Ħal Lija u L-Iklin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi għal-lokalitajiet imsemmija, inkluż in-Naxxar, il-Għargħur u Ħ’Attard hemm allokati għaxar uffiċċjali mit-Taqsima tal-Pulizija tal-Komunità taħt id-direzzjoni ta’ Spettur.

Skejjel Statali – Attivitajiet politiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-organizzazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex ittella' attività tal-Ħadd 17 ta' Marzu fl-iskola statali tal-Qawra? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra evidenza ta' dan? Jista' jgħid ukoll min ħareġ dan il-permess, jekk hux il-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Kap tal-Kulleġġ jew l-amministrazzjoni tal-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.