Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara — Triq Olaf Gollcher

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet imminenti li Triq Olaf Gollcher, f’Birkirkara ssir mill-ġdid minħabba li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Ħal Balzan — Triq il-Kbira

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet imminenti li Triq il-Kbira f;Ħal Balzan issir mill-ġdid?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Kbira, f’Ħal Balzan hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħolijiet jikkonsistu f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Birkirkara — Triq P.P. Castagna u Triq B. Bontadini - Traffic management

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx jew hux qed isir studju ta' traffic management li jikkonċerna Triq P.P. Castagna u Triq B. Bontadini f’Birkirkara minħabba li din tal-ewwel qed tkun iġġamjata bit-traffiku b'mod kostanti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward ta’ Triq B. Bontadini f’Birkirkara, l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għamlet studju ta’ traffic management, analizzat l-informazzjoni li nġabret, u ħejjiet proposti sabiex jiġu diskussi mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

Birkirkara, Fleur-de-Lys – Triq Borg – Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jitlesta x-xogħol li għaddej fi Triq Borg fi Fleur-de-Lys, Birkirkara, li minħabba f’dawn ix-xogħlijiet hemm gandott mgħotti bi pjanċi tal-ħadid li qed jagħmel ħafna storbju għar-residenti tal-akkwati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-pjanċi tneħħew malli ssewwiet il-ħsara li kien hemm.

Skola Primarja tal-Imġarr – Studenti tal-Year 6

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-Year 6 li matul din is-sena skolastika (2023-2024) qed jattendu fl-Iskola Primarja tal-Imġarr u huma minn Burmarrad, humiex se jkunu qed ikomplu l-Year 7 fil-Middle School tar-Rabat jew jekk hux se jkomplu f'kulleġġ ieħor? Jekk mhux se jkomplu fl-istess Kulleġġ ta' San Nikola, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-istudenti hux se jkollhom it-trasport provdut f'kull każ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MCAST — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-passi dixxiplinarji li ttieħdu fil-konfront tal-istudent li ftit ġimgħat ilu aggredixxa lettur fl-MCAST u li minħabba f'hekk sar rapport lill-pulizija? Jista' jgħid ukoll jekk l-MCAST waqqgħetx il-passi fil-konfront tal-istudent inkwistjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-MCAST qed joffri kull għajnuna kemm lill-istudent kif ukoll lill-għalliem sabiex tinstab soluzzjoni fl-aħjar interess taż-żewg partijiet. Infurmat ukoll li l-Kulleġġ ħa passi dixxiplinari u qed jara kif jindirizza s-sitwazzjoni fl-ambitu edukkativ.

Skejjel tal-Gvern – Użu tat-Tablets

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar statistika relatata mal-użu tat-tablets li jintużaw fl-iskejjel primarji tal-Istat tar-raba', il-ħames u s-sitt sena, għal dawn l-aħħar sentejn skolastiċi, jiġifieri 2022-2023 u 2021-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Iklin — Triq Erin Serracino Inglott - Trakkijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li minn Triq Erin Serracino Inglott, fl-Iklin jgħaddu 'l fuq u 'l isfel trakkijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni, mingħajr ma jkollhom servizz x'jagħtu fit-triq imsemmija?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

L-Iklin — Triq Geronimo Abos - Trakkijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li minn Triq Geronimo Abos, fl-Iklin jgħaddu 'l fuq u 'l isfel trakkijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni li jkunu telgħin jew neżlin lejn u min-Naxxar, mingħajr ma jkollhom servizz x'jagħtu fil-lokal?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Statementing Board – Applikazzjonijiet ta’ tfal – lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' tfal li qed jistennew biex jarahom l-iStatementing Board?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-board jiltaqa' b’mod kontinwu u l-ipproċessar ta’ dawn l-applikazzjonijiet hu wieħed kontinwu u rigoruż.

Skola Hand in Hand – studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu fl-Iskola Hand in Hand li ġejjin minn skejjel Indipendenti, Statali u tal-Knisja? Jista' jgħid ukoll jekk dawn humiex sussidjati mill-Gvern?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din l-istutuzzjoni privata hemm 24 student li jattendu l-programm imsemmi.

Skola Nazzjonali tal-Isport – SEC Performance Statistic

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-SEC Performance Statistic mhux updated fuq il-website tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan it-tali rapport sena b'sena għall-perjodu mill-2014 sal-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jiġi evitat li titqabbel skola m’oħra, dawn ir-rapporti ma jiġux ippublikati. L-iskejjel jiġu mħeġġa biex din l-istatistika tintuża bħala eżerċizzju sabiex l-iskola tibni development aħjar sena wara sena.

Kalkara – Skola Primarja — Soqfa ta’ periklu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti dwar xi saqaf jew parti minnu / soqfa jew partijiet minnhom li jista' jkun / jistgħu jkunu perikoluż/i fl-iskola primarja tal-Kalkara?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17573.

Head of Department — Sejħiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il call għal HoD ħarġet matul dawn l-aħħar 3 snin kalendarji u ma kinitx qed tispeċifika jekk il-post hux għas-sekondarja jew għall-primarja? Jista' jgħid ukoll fejn qed iservu dawn l-HoDs kollha li ġew ingaġġati b'tali calls?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar 3 snin ħarġu 9 calls.

Skejjel primarji tal-Istat — Għalliema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema (fil-grad ta' Teacher) li rriżenjaw mill-iskejjel primarji tal-Istat fit-tieni term tas-sena skolastika attwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel primarji tal-Istat kien hemm ħames edukaturi fil-grad ta’ għalliem li rriżenjaw. Kull edukatur li rriżenja ġie ngaġġat edukatur ieħor.

Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — Għalliema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema (fil-grad ta' Teacher) li rriżenjaw mill-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat fit-tieni term tas-sena skolastika attwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel medji/sekondarji tal-Istat kien hemm ħames edukaturi fil-grad ta’ għalliem li rriżenjaw. Kull edukatur li rriżenja ġie ngaġġat edukatur ieħor.

Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja– Arja kkundizzjonata

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11711, jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra u jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11711.

Birkirkara — Ta' Paris – Xogħlijiet fuq it-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14372, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fit-Toroq Kalċidon Gatt, Casolani, Cannataci, Tumas Galea u Ċensu Costa f'Ta' Paris f'Birkirkara u meta ser ikunu qed jiġu asfaltati kompletament hekk kif ġie mgħarraf fl-istess tweġiba? Tista’ tgħid ukoll jekk hijiex f'pożizzjoni li tagħti data?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku b’rabta ma’ dan il-proġett fit-toroq indikati tlesta u huwa previst li x-xogħol t’asfaltar se jsir fil-ġimgħat li ġejjin.