Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex kwalunkwe rapport li jiddetermina l-kwalità tal-arja f’Birkirkara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja programm ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja mifrux ma’ Malta u Għawdex, li jkopri mitt sit għad-diossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili. Dawn il-kampjuni jittieħdu kull xahar u jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat. Id-data minn dan it-tip ta’ monitoraġġ tiġi proċessata u hija disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ mapep li juru d-distribuzzjoni tal-livelli ta’ tniġġiż fil-gżejjer Maltin għal dawn iż-żewġ sustanzi. Il-lokalità ta’ Birkirkara hija koperta b’din is-sistema ta’ monitoraġġ.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex kwalunkwe rapport li jiddetermina l-kwalità tal-arja f’Ħal Lija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja programm ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja mifrux ma’ Malta u Għawdex, li jkopri mitt sit għad-diossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili. Dawn il-kampjuni jittieħdu kull xahar u jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat. Id-data minn dan it-tip ta’ monitoraġġ tiġi proċessata u hija disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ mapep li juru d-distribuzzjoni tal-livelli ta’ tniġġiż fil-gżejjer Maltin għal dawn iż-żewġ sustanzi. Il-lokalità ta’ Ħal Lija hija koperta b’din is-sistema ta’ monitoraġġ.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex kwalunkwe rapport li jiddetermina l-kwalità tal-arja f’Ħal Balzan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja programm ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja mifrux ma’ Malta u Għawdex, li jkopri mitt sit għad-diossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili. Dawn il-kampjuni jittieħdu kull xahar u jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat. Id-data minn dan it-tip ta’ monitoraġġ tiġi proċessata u hija disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ mapep li juru d-distribuzzjoni tal-livelli ta’ tniġġiż fil-gżejjer Maltin għal dawn iż-żewġ sustanzi. Il-lokalità ta’ Ħal Balzan hija koperta b’din is-sistema ta’ monitoraġġ.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex kwalunkwe rapport li jiddetermina l-kwalità tal-arja fl-Iklin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja programm ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja mifrux ma’ Malta u Għawdex, li jkopri mitt sit għad-diossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili. Dawn il-kampjuni jittieħdu kull xahar u jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat. Id-data minn dan it-tip ta’ monitoraġġ tiġi proċessata u hija disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ mapep li juru d-distribuzzjoni tal-livelli ta’ tniġġiż fil-gżejjer Maltin għal dawn iż-żewg sustanzi. Il-lokalità tal-Iklin hija koperta b’din is-sistema ta’ monitoraġġ.
Infurmata li fis-Sajf tal-2023, il-Kunsill Lokali tal-Iklin kien ikkummissjona rapport li janalizza l-livelli tal-benzin fost komposti organiċi volatili oħra.
Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja– Arja kkundizzjonata
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18080, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet bejn l-istakeholders konċernati huma magħluqin u l-pass li jmiss huwa li joħroġ it-tender.
Kulleġġi f'Malta u f’Għawdex — Arja kkundizzjonata
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il unit tal-arja kkundizzjonata twaħħal għal kull Kulleġġ f'Malta u f’Għawdex matul din is-sena kalendarja, jiġifieri minn Jannar tal-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jelenka l-informazzjoni għal kull skola skont il-Kulleġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li matul din is-sena skolastika bdew jintużaw 577 unit ġdid t’arja kkundizjonata f’diversi skejjel.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha fit-toroq ta' Ħal Balzan hux se jkunu lesti kompletament qabel tkun iċċelebrata l-festa f'din il-lokalità, bħalma kienet affermat mal-Kunsill Lokali f'komunikat b'email?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet tat-tqegħid tal-cables fit-toroq tlestew u t-trinek imtlew bil-konkos kif intqal mill-Enemalta fl-email li qed issir referenza għaliha. Kif spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 20126, iridu jsiru t-testijiet neċessarji li jieħdu madwar xahar, waqt li x-xogħlijiet min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se jissuktaw wara li tkun iċċelebrata l-festa fil-lokalità.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 3971 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 254 ta' nhar l-Erbgħa 3 ta' Lulju 2024)
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fis-Swatar? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minħabba li s-Swatar tagħmel parti minn zewġ lokalitajiet differenti, nitlob lill Onor. Interpellant biex jikkjarifika għal liema parti tas- Swatar qed jirreferi għaliha f'din il-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien ippjanat li titlesta l-binja tas-Sustainable Living Complex (SLC) tal-Università ta' Malta u kemm kienet stmata li tiġi tiswa? Jista' jgħid ukoll jekk il-proġett marx over-budget u jekk kienx hemmx direzzjoni biex ix-xogħol jieqaf minħabba nuqqas ta' fondi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont u tgħid fiex jinsab ix-xogħol li għaddej fi Triq Balaguer, f'Ħal Balzan? Tista’ tgħid ukoll meta se jitlesta u t-triq se titwitta mill-ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena Enemalta diġà kkummissjonat madwar 28 substation ġdida f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex. Biex tkompli tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni, għaddej il-proċess biex tiġi kkumisjonata substation ġdida anke fiż-żona indikata. Kif jitlesta x-xogħol ta’ tqegħid tal-cables, it-trinek jimtlew bil-konkos u jsiru t-testijiet neċessarji li jieħdu madwar xahar. Infurmata li fit-triq imsemmija u f’toroq oħra tal-madwar qed tintervjeni wkoll il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tbiddel l-infrastruttura tal-ilma. Huwa mmirat li x-xogħlijiet kolha jitlestew lejn l-aħħar tat-tielet kwart tas-sena.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont u tgħid fiex jinsab ix-xogħol li għaddej fi Triq Grosseto, fis-Swatar? Tista’ tgħid ukoll meta se jitlesta u t-triq se titwitta mill-ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena Enemalta diġà kkummissjonat madwar 28 substation ġdida f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex. Biex tkompli tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni, għaddej il-proċess biex tiġi kkumisjonata substation ġdida anke fiż-żona indikata. Kif jitlesta x-xogħol ta’ tqegħid tal-cables, it-trinek jimtlew bil-konkos u jsiru t-testijiet neċessarji li jieħdu madwar xahar. Infurmata li fit-triq imsemmija se tkun qed tintervjeni wkoll il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tbiddel l-infrastruttura tal-ilma. Huwa mmirat li x-xogħlijiet kolha jitlestew lejn l-aħħar tat-tielet kwart tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fil-lokalità ta' Birkirkara (li mhumiex fis-Swatar, Birkirkara)? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Giovanni Papaffy, Triq Emanuel Benjamin Vella, Triq Borg, Triq Il-Venerabbli Nazju Falzon, Triq Santa Marija, Triq Papa Piju XII u Triq Santa Rokku jinsabu fil-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qrib. Ix-xogħlijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fil-lokalità ta' Ħal Balzan? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Kbira hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qrib. Ix-xogħlijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fil-lokalità ta' Ħal Lija? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Sqaq il-Kuncizzjoni; Triq Dun Karm Lia; Triq Preziozi u Sqaq numru 2; Triq il-Forn u Sqaq numru 1, 3 u 6; Triq Mabel Strickland; Pjazza fuq il-Borg; Triq Annibale Preca Sqaq numru 2 huma fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Hal Lija ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogholijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħolijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fil-lokalità tal-Iklin? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq L-Iklin hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ L-Iklin ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogholijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħolijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja– Arja kkundizzjonata
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18080, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kulleġġi f'Malta u f’Għawdex — Arja kkundizzjonata
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il unit tal-arja kkundizzjonata twaħħal għal kull Kulleġġ f'Malta u f’Għawdex matul din is-sena kalendarja, jiġifieri minn Jannar tal-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jelenka l-informazzjoni għal kull skola skont il-Kulleġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
L-Iklin — Triq Geronimo Abos - Trakkijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li minn Triq Geronimo Abos, fl-Iklin jgħaddu 'l fuq u 'l isfel trakkijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni li jkunu telgħin jew neżlin lejn u min-Naxxar, mingħajr ma jkollhom servizz x'jagħtu fil-lokal?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-records li għandha l-Awtorità huwa projbit li jgħaddu vetturi kbar minn Triq Geronimo Abos, l-Ikin, sakemm mhux biex jagħtu servizz. It-tabelli ta’ restrizzjoni li hemm fuq il-post jirriflettu dan u għandhom jiġu rrispettati mis-sewwieqa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17821, jista' l-Ministru jagħti update dwar Triq San Ġiljan, f'Birkirkara?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq it-tiġdid tas-sistema tad-drenaġġ fl-imsemmija triq tlesta mill-Water Services Corporation. Ix-xogħlijiet fuq it-triq ser jissukktaw minn IM fil-ġimgħat li ġejjin.