Giovanni Curmi Naxxar Higher Secondary - Pjanijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għat-telgħa li minn fejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija twassal għal fejn l-Iskola Giovanni Curmi Higher Secondary fin-Naxxar, ġaladarba din tinsab fi stat diżastruż u hija ta’ periklu kontinwu għaż-żgħażagħ li jitilgħuha u jinżluha bil-mixi kuljum minħabba li jattendu din l-iskola?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li l-kommunikazzjonijiet meħtiega għadhom għaddejjin sabiex jitwettqu xogħlijiet ta’ wiċċ mill-ġdid u servizzi f’parti miż-żona imsemmija, li huma skedati jibdew għall-aħħar ta’ Ġunju 2026.
In-Naxxar - Triq il-Forġa u Triq Leli Falzon - Traffic management impact
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir jew jekk sarx traffic management impact assessment għall-akkwata ta’ Triq il-Forġa u Triq Leli Falzon fin-Naxxar, fid-dawl tal-konġestjoni kontinwa ta’ traffiku speċjalment minħabba l-iskejjel u l-eżamijiet li jsiru fihom f’dawn iż-żminijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet ulterjuri sabiex tittaffa din il-problema anke b’alternattivi oħrajn, u jekk iva, x’inhuma dawn il-pjanijiet u x’inhuma t-timeframes tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li min-naħa ta’ Transport Malta kienu taw l-assistenza kollha neċessarja lill-Kunsill Lokali bi pjan ta’ ġestjoni tat-traffiku fit-toroq imsemmija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34782 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid meta se terġa' tiftaħ l-iskema Get Qualified, fid-dawl li din l-iskema ilha magħluqa minn Diċembru tal-2025?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fis-sistema edukattiva fl-iskejjel primarji fil-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru tal-2025 u l-1 ta’ Marzu tal-2026, maqsuma skont il-Year group?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement għal xiex qed tintuża l-binja li minnha kienet topera l-iskola primarja tal-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-pjanijiet għal futur għal din il-binja u jekk din hijiex proprjetà esklussiva għall-fini ta’ edukazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Is-Swatar - Triq Olaf Gollcher, Triq it-Torri u Triq tal-Qattus - Tarmak
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jkun qiegħed jingħata l-aħħar saff tarmak fi Triq Olaf Gollcher, Triq it-Torri u Triq tal-Qattus, fis-Swatar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-aħħar saff ta’ asfalt fi Triq Gollcher u Triq it-Torri huwa mmirat li jingħata sal-aħħar t’April, filwaqt li Triq il-Qattus se tinżamm fuq il-bażi eżistenti sakemm jitlestew xogħlijiet min-naħa tal-Enemalta biex tiġi kummissjonata substation ġdida fiż-żona.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-periti li jiċċertifika li s-sala fl-Iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA) hija sigura biex tkun utilizzata mill-istudenti li jattendu din l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ġranet ta' vaganza (u li allura fihom ma joperax) Klabb 3-16 matul is-sena kollha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Klabb 3-16 jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa apparti fil-festi pubbliċi, l-għada tal-Għid il-Kbir il-ġimgħa ta’ Santa Marija, erbat ijiem fil-vaganzi tal-Milied, u meta l-iskola jkollha SDPs, cope sessions, parents’ day jew prize days.
Tista' l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fil-parti ta' isfel ta' Triq San Mikiel fl-Iklin u mil-liema entità? Tista’ tgħid ukoll meta huwa mistenni li jitlesta x-xogħol u x'miżuri qed jittieħdu sabiex ma jikkawżax periklu għas-sewwieqa u għar-residenti fl-akkwata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi proġett li mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin u li jikkonsisti f’xogħlijiet ta’ tkabbir u rerouting tal-mejn li qed jilqa’ d-drenaġġ minn Naxxar u t-telgħa tal-Iklin fi Triq Ġeronimo Abos, l-Iklin. Bħalma jsir f’kull proġett li twettaq, il-Korporazzjoni dejjem tassigura li jiġi evitat kull periklu għall-pubbliku u jkunu mħarsa r-regolamenti dwar saħħa u sigurtà.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-istudenti li qegħdin fil-livell post sekondarju se jkunu qed jieħdu l-inċentiv finanzjarju ta' €500, skont kif kien imwiegħed fil-baġit għas-sena 2026? Jista' jgħid ukoll kemm hemm familji eleġibbli għal dan l-inċentiv?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-ħidma tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, matul il-perjodu tal-kuntratt li se jiskadi fis-7 ta’ Frar 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-ħidma tal-individwu msemmi kienet tiffoka fuq koordinazzjoni strateġika u appoġġ dirett fit-twettiq tal-miri tal-Ministeru fejn huwa ta’ assistenza diretta fit-twettiq ta’ proġetti relatati mal-qasam tar-riċerka u innovazzjoni, filwaqt li żgura li l-miri tal-Ministeru jintlaħqu b’mod effiċjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux se jiġi mġedded għal sena oħra, peress li hu mistenni li jiskadi fis-7 ta’ Frar tal-2026 (fuq skala 3)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li abbażi tal-kontribut pożittiv u r-riżultati miksuba minnu, għaddej il-proċess sabiex il-kuntratt tiegħu jiġi mġedded u jkun jista' jkompli jagħti s-sehem tiegħu fi ħdan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk childcarers Maltin u li allura huma fluwenti fil-lingwa Maltija, humiex se jkunu intitolati għall-istess inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa ovvju li ċ-childcarers Maltin, u li allura kif qed jgħid hu jitkellmu bil-Malti, se jieħdu dan l-inċentiv finanzjarju li ntroduċejna bħala parti minn ftehim ġdid li kompla jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fiċ-ċentri li grazzi għall-għajnuna tal-gvern jipprovdu s-servizz taċ-childcare b’xejn f’pajjiżna.
Fil-każ ta’ persuni mhux Maltin l-aġenzija Jobsplus se tħaddem l-istess proċedura li tintuża f’kull każ ta’ allowance relatat ma’ kompetenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk liċ-childcarers barranin, li effettivament jiksbu l-livell rekwiżit sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv, humiex se jkunu assessjati b’mod kontinwu sabiex ikun assigurat li l-livell jinżamm wara li jkun inkiseb?
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun amministrat il-livell rikjest miċ-childcarers sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?
Jista’ l-Ministru jelenka fid-dettall x’jirrikjedu r-rekwiżiti mistennija miċ-childcarers sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti mistennija miċ-childcarers sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onov.Interpellant li dak li ffirmajna huwa l-aqwa ftehim għaċ-Childcare b'xejn li jkopri erba' snin u li jisboq il-kwart ta' biljun ewro.
Waħda mill-prijoritajiet li poġġejna quddiemna meta bdejna ninnegozjaw dan il-ftehim, mhux biss bħala Ministru responsabbli, iżda wkoll bħala missier ta' tifla li tgawdi miċ-Childcare u li nixtieqha titkellem Malti tajjeb, hu li childcarers li jitkellmu l-Malti mhux biss inżommuhom fis-settur iżda nħajru oħrajn li jagħżlu din il-karriera.
Għalhekk, ħloqna allowance addizzjonali ġdid ta’ €520 fis-sena biex nassiguraw li t-tfal tagħna jkunu esposti għal-lingwa Maltija minn eta żgħira.
Ninsab infurmat għalhekk, li din l-allowance ser tingħata lil dawk iċ-childcarers u childcare managers li għandhom tal-inqas livell A2 fil-lingwa Maltija.
Minħabba li seta kien hemm min qajjem ċertu dubji qed inkun ċar ħafna li din ser jieħduha l-persuni Maltin, għax jitkellmu l-Malti.