Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-appelli taċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki ta’ Malta (MQRIC) u meta ġew appuntati? Jista' jagħti wkoll it-terminu li għandhom fil-karigi rispettivi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ġiet ippublikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern. Tali dokument qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qiegħed jieħu l-Ministeru fid-dawl tar-rapport tal-Ombudsman dwar il-Malta Qualifications Recognition Information Centre Appeals Board (rapport imtella’ fuq is-sit tal-Ombudsman nhar il-15 ta' Lulju tal-2024)? Jista’ jgħid min huwa responsabbli għal dan in-nuqqas?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-board ġie maħtur u beda jopera.
Birkirkara — Triq il-Papa Urbanu - Irwejjaħ ta' drenaġġ - Ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ilmenti ta' rwejjaħ ta' drenaġġ tiela' mill-gutters fi Triq il-Papa Urbanu f'Birkirkara li reċentement tlestiet mix-xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet ta' Infrastructure Malta? Jekk iva, x'qed isir fuq dan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ħadmet fuq xogħlijiet infrastrutturali fi Triq il-Papa Urbanu VIII f’Birkirkara, liema investiment inkluda tbidil fis-servizz tal-main tal-ilma fuq kull naħa tat-triq, sistema ġdida tad-drenaġġ, tqegħid ta’ sistema ġdida għall-ġbir tal-ilma tax-xita u rranġat sistemi eżistenti ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita, bini mill-ġdid tal-bankini u l-parking bays, xogħol t’asfalt u linji taż-żebgħa. L-ilmenti li Infrastructure Malta tirċievi b’rabta ma’ rwejjaħ ta’ drenaġġ qegħdin jiġu rrappurtati lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-ispezzjoni u d-direzzjoni tagħhom.
Birkirkara — Triq il-Papa Urbanu - Garaxxijiet taħt l-art - Post-assessment
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta (IM) u l-periti tagħha għamlux post-assessment tal-garaxxijiet taħt l-art li hemm fi Triq il-Papa Urbanu f'Birkirkara biex ikunu ċċertifikati li ma ġarbu ebda ħsara wara x-xogħlijiet li saru fit-triq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet ta' IM? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tali dokumentazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kelliem f’isem il-komun tal-garaxxijiet imsemmija, informa lil Infrastructure Malta li tqabbad perit indipendenti biex jagħmel l-imsemmi post-assessment, bir-rapport ma jurix li l-ħsara li għandu l-kumpless hija marbuta max-xogħlijiet li wettqet Infrastructure Malta fi Triq il-Papa Urbanu, f’Birkirkara. Għaldaqstant, l-aġenzija ma ġiet qatt ippreżentata bir-rapport li tħejja mill-imsemmi perit.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont finanzjarju dettaljat tal-entità Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES)? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-pjan finanzjarju dettaljat biex l-entità jkollha biżżejjed finanzjament biex topera għat-tliet snin li ġejjin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rendikont finanzjarju tal-entità msemmija tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-1 ta’ Lulju 2024.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont finanzjarju dettaljat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS)? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-pjan finanzjarju dettaljat biex il-Fondazzjoni jkollha biżżejjed finanzjament biex topera għat-tliet snin li ġejjin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rendikont finanzjarju tal-entità msemmija tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-1 ta’ Lulju 2024.
Swatar, Birkirkara — Triq tal-Qattus u Triq Grosseto - Traffic management assessment
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx traffic management assessment għas-Swatar, Birkirkara (in-naħa ta' Triq tal-Qattus u Triq Grosseto) f'dawn l-aħħar sentejn, u jekk iva, jista' jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, jista' jgħid jekk hux se jsir u jekk hemmx diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar l-immaniġġjar aħjar tat-traffiku fl-akkwati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ma kellha l-ebda talba għal traffic management assessment jew għal diskussjonijiet dwar immaniġjar aħjar taż-żona msemmija mingħand il-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) qattx kellha lmenti formali dwar il-fatt li l-bord taċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki ta’ Malta (MQRIC) ma kienx qed jitlaqqa' matul is-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità għamlitx pressjoni (evidenti u allura bil-miktub) fuq il-Ministeru biex dan jibda jiffunzjona ladarba huwa dritt legali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qed jirreferi għall-bord tal-Appelli, dan il-bord qed jiffunzjona.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont finanzjarju dettaljat tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) ladarba huwa dokumentat li l-Awtorità se jkollha żieda fid-defiċit tagħha sal-2027? Jista' jgħid ukoll x'passi qed jittieħdu biex l-Awtorità jkollha biżżejjed finanzjament biex topera?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar snin il-Gvern żied l-allokazzjoni finanzjarja għall-entità msemijja b’mod kontinwu, sabiex jassisti fejn ikun hemm bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA), meta ġew appuntati u xi ħlas (jew perkaċċi jew remunerazzjoni) għandhom? Jista' jagħti wkoll it-terminu li għandhom fil-karigi rispettivi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-membri tal-bord imsemmi ġiet ippublikata nhar it-22 ta’ Marzu ta’ din is-sena fuq il-Gazzetta tal-Gvern, u li din qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-membri, din tingħata skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni tal-bord u l-kumitati maħtura mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid min kien preżenti u minn x'ħin sa x'ħin kienet kull laqgħa li ttellgħet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul Lulju tas-sena 2023 u Lulju tas-sena 2024, il-bord imsemmi ntaqgħa 11-il darba. Preżenti għal dawn il-laqgħat kien ikun hemm il-membri tal-bord u kif ukoll CEO tal-MFHEA u fejn ikun neċessarju impjegati mill-istess entità.
Summer catch up classes — Rekwiżiti biex jintgħażlu l-għalliema
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti u kif jintgħażlu l-għalliema biex jgħallmu s-summer catch up classes? Jista’ jgħid għaliex għalliema kwalifikati skont it-talba, ma jintgħażlux? Jista' jgħid ukoll kif ikunu notifikati għalliema magħżula u oħrajn le?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema tas-Summer Catch Up classes ġew ingaġġati skont sejħa li ħarġet April ta’ din is-sena. Ir-rekwiżiti tas-sejħa kienu skont hawn taħt:
i. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża;
ii. huma Għalliema/ Instructors/ Għalliema Supplimentari fil-pussess ta' Warrant ta' Għalliema (Permanenti/ Temporanju); u
iii. ikollhom esperjenza ta' tagħlim fis-suġġett /qasam li għalih saret l-applikazzjoni fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obbligatorja. Jistgħu japplikaw ukoll l-applikanti li jgħallmu fl-Iskejjel Primarji (inkluż l-Għalliema Kumplimentari u l-Appoġġ tal-Litteriżmu).
Infurmat li kemm l-għalliema magħżula kif ukoll dawk li ma ġewx mgħażula ġew ikkuntattjati.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema perjodu se jkun qed jingħata l-€1,000 one-time bonus lill-għalliema u lill-edukaturi kollha ladarba l-Ftehim Settorjali jkun iffirmat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-cash payment ta’ darba mistenni jingħata mal-payroll li jmiss.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mis-sena skolastika li jmiss hux se jerġgħu jibdew is-sessjonijiet ta' SDP fl-iskejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sessjonijiet tal-SDP ikunu jistgħu jerġgħu jibdew fl-iskejjel mis-sena skolastika li jmiss kemm-il darba d-Direttiva f'dan ir-rigward taqa'.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont tat-toroq li hemm maqlugħa f'Ħal Balzan li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha, maqsuma triq, triq? Tista’ tgħid meta se jkunu lesti? Tista’ tgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali hux qed ikun infurmat jum b'jum dwar dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bħalissa m’hemmx toroq maqlugħa f’Ħal Balzan min-naħa tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex kwalunkwe rapport li jiddetermina l-kwalità tal-arja fis-Swatar, Birkirkara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja programm ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja mifrux ma’ Malta u Għawdex, li jkopri mitt sit għad-diossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili. Dawn il-kampjuni jittieħdu kull xahar u jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat. Id-data minn dan it-tip ta’ monitoraġġ tiġi proċessata u hija disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ mapep li juru d-distribuzzjoni tal-livelli ta’ tniġġiż fil-gżejjer Maltin għal dawn iż-żewġ sustanzi. Il-lokalità tas-Swatar hija koperta b’din is-sistema ta’ monitoraġġ permezz tal-eqreb siti ta’ monitoraġġ li jinsabu f’Birkirkara.
Birkirkara (Fleur de Lys) – kwalità tal-Arja — Rapporti
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex kwalunkwe rapport li jiddetermina l-kwalità tal-arja fi Fleur de Lys, Birkirkara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja programm ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja mifrux ma’ Malta u Għawdex, li jkopri mitt sit għad-diossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili. Dawn il-kampjuni jittieħdu kull xahar u jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat. Id-data minn dan it-tip ta’ monitoraġġ tiġi proċessata u hija disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ mapep li juru d-distribuzzjoni tal-livelli ta’ tniġġiż fil-gżejjer Maltin għal dawn iż-żewġ sustanzi. Il-lokalità ta’ Fleur de Lys hija koperta b’din is-sistema ta’ monitoraġġ permezz tal-eqreb siti ta’ monitoraġġ li jinsabu f’Birkirkara.