Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel medji tal-Istat — Popolazzjoni ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fl-iskejjel medji kollha tal-Istat fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fl-iskejjel medji tal-Istat kienet ta’ 5,166. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, l-popolazzjoni tal-istudenti s’issa hi ta’ 5,009 student.

Skejjel sekondarji tal-Istat — Popolazzjoni ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fl-iskejjel sekondarji kollha tal-Istat fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat kienet ta’ 7,694. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, l-popolazzjoni tal-istudenti s’issa hi ta’ 7,811 student.

Skejjel Maltin — 500 Proġett

Question

Jista' l-Ministru jelenka liema huma l-proġetti (wieħed, wieħed) mill-500 proġett li saru fl-iskejjel Maltin? Jista’ jgħid ukoll min għamel ix-xogħol ta' kull proġett; u kemm sewa kull proġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sena skolastika 2023 — 2024 - Laptops għall-istudenti tas-seba’ sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li kellhom jieħdu l-laptop is-sena li għaddiet (2023-2024) minħabba li kienu fis-seba’ sena u ma ħaduhx, humiex se jkunu qed jieħduh matul is-sena skolastika li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena skolastika li jmiss kemm l-istudenti tas-7 sena u kif ukoll dawk tat-8 sena ser jingħataw laptop. Dan jgħodd kemm għall-iskejjel statali u kif ukoll dawk mhux statali.

Sena skolastika 2023 — 2024 – Laptops li ġew imqassma lill-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laptop tqassam lill-istudenti matul is-sena skolastika li għaddiet (2023-2024) u jelenka liema kienu dawk l-iskejjel li bbenefikaw minn din l-iskema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laptops għadhom ma tqassmux minħabba li hemm appell.

Sena skolastika 2024 — 2025 – Laptops għall-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-tfal u f'liema skejjel jattendu, li ser ikunu qed jieħdu l-laptop matul is-sena skolastika li jmiss (2024-2025)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21156.

Bidla fl-ismijiet tal-iskejjel statali — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux stima ta' kemm se tkun qed tiswa l-bidla fl-ismijiet tal-iskejjel statali (biex issir il-bidla kompleta b'dak kollu li jeħtieġ), u jista' jagħti rendikont, skola skola, ta' x'inhu l-ammont totali previst li se tonfoq kull skola għal din il-bidla?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk l-iskejjel ikollhom bżonn ibidlu jew jgħamlu emenda tas-signage, dawn ser ikunu qed jimxu mal-proċeduri tal-procurement stabbiliti. Il-bidla tal-isem fuq il-letterhead u l-firma diġitali ma tinkorpora l-ebda spiża.

Skejjel primarji tal-Istat – NQTs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem regolari daħal ġdid mal-iskejjel primarji tal-Istat u li għandu l-kwalifiki kollha meħtieġa biex jgħallem fil-primarja bħala Newly Qualified Teacher (NQT) fis-sena skolastika li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din is-sena skolastika daħlu tlieta u erbgħin (43) għalliema ġodda mal-iskejjel primarji tal-Istat u għandhom il-kwalifiki kollha meħtieġa biex jgħallmu fil-primarja bħala Newly Qualified Teacher (NQT).

MFHEA — Spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spot checks mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) bejn Lulju 2023 u Lulju 2024 u lil liema entitajiet saru? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru wara kull spot-check?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi saru 23 spot checks. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba mhux ser tiġi ppublikata peress li hi informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali.

Studenti Ukreni — Visas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas għal studenti Ukreni fl-aħħar 12-il xahar u f'liema istituzzjoni qed jistudjaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2023 u t-30 ta’ Settembru 2024 inħarġu total ta’ ħames viżi. L-istituzzjonijiet inkwistjoni kienu: 1. Gateway School of English 2. EC Malta English School 3. STC Higher Education 4. University of Malta

Ħal Balzan — Triq Annunzjata - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex fi żmien qarib Triq Annunzjata, f'Ħal Balzan tinqala' u ssir mill-ġdid? Jekk iva, jista' jagħti time-frame u jekk le, jista' jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet humiex ippjanati li jsiru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokkat skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Birkirkara — Triq F. Busuttil - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet ser ikunu qed isiru fi Triq F. Busuttil, Birkirkara u kemm se jdumu għaddejjin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq F.Busuttil f’Birkirkara ma ġietx nominata bħala waħda mit-toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ppropona li jsir xogħol fiha u għaldaqstant mhux pjanat li jsiru interventi għalissa f’din it-triq minn entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru.

Birkirkara — Triq K. Galea - Gandott

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq K. Galea, Birkirkara, hemm gandott li ilu xhur mgħotti bil-konkos minflok bit-tarmak, riżultat ta' xogħol li sar eżatt wara li t-triq saret mill-ġdid bit-tarmak?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara — Triq Notabile - Gandotti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq Notabile, Birkirkara, hemm gandotti li ilhom xhur mgħottijin bil-konkos minflok bit-tarmak, riżultat ta' xogħol li sar u baqa' qatt ma ġie konkluż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Aġenzija tal-Litteriżmu — Rendikont finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont finanzjarju dettaljat tal-Aġenzija tal-Litteriżmu? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-pjan finanzjarju dettaljat biex l-Aġenzija jkollha biżżejjed finanzjament biex topera għat-tliet snin li ġejjin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rendikont finanzjarju tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena, filwaqt li l-Pjan Finanzjarju għat-tlett snin li ġejjin qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li jgħixu f’garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex kontra l-liġi li persuni jgħixu f'garaxx semi basement b’mod permanenti? Jekk iva, jista’ jgħid x'passi jittieħdu fir-rigward ta’ tali sitwazzjonijiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mhix il-mansjoni tal-Ministeru li jagħti pariri legali f’interpellazzjonijiet parlamentari. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-użu li jsir mill-proprjetà huwa definit mill-permess li jinħareġ mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Klieb miżmuma f’garaxxijiet mingħajr ventilazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx liġi dwar klieb li jinżammu f’garaxx li ma jkollux ventilazzjoni? Jekk iva, jista’ jgħid x'passi jittieħdu f’dan il-konfront?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Regolament 4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 439.21 - Regolamenti Dwar iż-Żamma Ta' Klieb, jistipula li ċ-ċirkolazzjoni tal-arja, livelli ta’ trabijiet, temperatura, umdità relattiva tal-arja u l-konċentrazzjoni ta’ gass għandhom jinżammu fil-limiti li ma jkunux ta’ dannu għall-annimali. Kull meta jidħol xi rapport li jkun hemm xi annimali li qegħdin jinżammu ġo postijiet li m’għandhomx ventilazzjoni adegwata (inkluż garaxxijiet), issir spezzjoni mill-ispetturi tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Meta jinstab li jista’ jittieħed xi tip ta’ rimedju, iġifieri dak l-annimal partikulari jkun jista’ jitneħħa minn fuq il-post u jittieħed post ieħor, tingħata twissija u ordni biex tiġi eżegwita b’effett immedjat. Fejn din l-ordni ma tiġix eżegwita jew meta każ ikun iktar serju u ma jkunx hemm xi tip ta’ rimedju, issir il-konfiska tal-annimali u tinħareġ il-multa amministrattiva jew inkella jittieħdu passi kriminali quddiem il-Qorti. Il-passi kriminali jittieħdu wkoll meta persuna li allegatament tkun naqset milli tonora l-ħlas ta’ multa amministrattiva fi żmien tletin (30) ġurnata.

Ħal Balzan — Triq il-Wied - Traffic management assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx traffic management assessment minn Transport Malta għal Triq il-Wied, f’Ħal Balzan? Jekk sar studju, jista’ jgħid kif jista' jitnaqqas it-traffiku jew titnaqqas il-veloċità tal-vetturi li jużaw tali triq? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx xi ħaġa f'dawn l-aħħar sitt xhur bħala miżuri biex tkun indirizzata l-problema tat-traffiku u tal-veloċità fit-triq imsemmija?

Response (BONETT, CHRIS)

Ġejt infurmat li kienu saru zebra crossing u road hump ġodda fi Triq il-Wied ta’ Ħal Balzan sabiex itejbu s-sigurtà fit-triq għall-pedonali kif ukoll biex jitnaqqas is-sewqan eċċessiv.

BCA — Ħsarat fuq proprjetajiet privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tieħux responsabbiltà jekk kemm-il darba jkun hemm kuntrattur jaħdem fit-triq u ssir ħsara lill-proprjetajiet privati? F'dak il-każ, xi rwol għandha l-BCA?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.

Ħal Balzan — Triq it-Tliet Knejjes - Ħsarat lil djar u residenzi privati waqt xogħlijiet mill-WSC

Question

Peress li saru diversi ħsarat lil djar u residenzi privati fi Triq it-Tliet Knejjes f'Ħal Balzan, waqt li qegħdin isiru xogħlijiet fit-tali triq mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), tista' l-Ministru tgħid x'ser ikun qed jagħmel il-Ministeru biex jassigura li tali ħsarat ma jsofruhomx ir-residenti? Tista' tgħid ukoll jekk hijiex f'komunikazzjoni mal-Kunsill Lokali dwar dan kollu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-kuntrattur responsabbli mit-twettiq tax-xogħlijiet indikati ġie infurmat u se jkun qed jerfa’ r-responsabbiltà billi jsewwi l-ħsarat li saru f’żewġ residenzi, filwaqt li l-Kunsill Lokali infurmat dwar dan.