Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel statali – Livell Primarju – Studenti li jattendu fi skola out of locality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell primarju statali li qed jattendu fi skola out of locality?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel statali – Livell Sekondarju – Studenti li jattendu fi skola out of locality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell sekondarju statali li qed jattendu fi skola out of locality?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja – Tender għal Arja kkundizzjonata

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19651, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħruġ ta’ tender u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel primarji tal-Istat – Kapijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola primarja tal-Istat għandha Kap ġdid/a li se jservi/sservi f'dik l-iskola partikolari minn din is-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.

Skejjel medji tal-Istat – Kapijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola medja tal-Istat għandha Kap ġdid/a li se jservi/sservi f'dik l-iskola partikolari minn din is-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.

Skejjel sekondarji tal-Istat – Kapijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola sekondarja tal-Istat għandha Kap ġdid/a li se jservi/sservi f'dik l-iskola partikolari minn din is-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.

B’Kara — Triq Ta’ Paris u Triq Mannarino - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet immedjati biex l-aħħar parti ta' Triq Ta' Paris qabel ma tibda Triq l-Imsida (taħt Triq Kalċidon Gatt) u l-parti li minn Triq l-Imsida tieħu għal Triq Mannarino, f'Birkirkara, isiru mill-ġdid peress li jinsabu fi stat diżastruż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalitá rispettiva tagħhom. Minkejja li din iż-żona ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

ALP — Popolazzjoni ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fl-Alternative Learning Programme (ALP) fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti matul is-sena skolastika li għaddeiet fl-ALP kienet ta’ 115-il student. Total ta’ studenti għal din is-sena skolastika fl-ALP mistenni jkun ta’ 103.

Junior College — Popolazzjoni ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjonstti ta' studenti fil-Junior College (skont l-ewwel u t-tieni sena rispettivament) fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fil-Junior College kienet ta’ 1,852. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, s’issa l-popolazzjoni hi ta’ 1,942 student.

Higher Secondary — Popolazzjoni ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fil-Higher Secondary (maqsuna skont l-ewwel u t-tieni sena rispettivament) fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fil-Higher Secondary kienet ta’ 937. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, s’issa l-popolazzjoni hi ta’ 1,093 student.

Revision Classes – Għalliema li ġew impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema biex iservu fiċ-ċentri għar-Revision Classes u kemm kienet in-nefqa totali tal-Gvern għal dan is-sajf billi jagħti rendikont ta' kemm tħallsu salarji u kemm intefqu flus f'materji oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika impjegati fl-iskejjel tal-Istat (inklużi Supply Teachers) matul is-sena skolastika li għaddiet (2023-2024) u kemm se jkun hemm għas-sena skolastika li se tibda (2024-2025)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm matul is-sena skolastia li għaddiet kien hemm 232 għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika impjegati fl-iskejjel tal-Istat (inklużi Supply Teachers). Għal din is-sena skolastika ser ikun hemm l-istess total t’għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika.

Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — NQTs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem regolari daħal ġdid mal-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat u li għandu l-kwalifiki kollha meħtieġa biex jgħallem fil-medja u s-sekondarja skont is-suġġett li se jgħallem bħala Newly Qualified Teacher (NQT) fis-sena skolastika li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li daħlu erbgħa u sebgħin (74) għalliema ġodda mal-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat u li għandhom l-kwalifiki kollha meħtieġa biex jgħallmu.

Skejjel tal-istat — Għalliema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem irriżenja mill-impjieg wara s-sena skolastika li għaddiet u mhux se jkun qiegħed jgħallem fl-iskejjel tal-Istat din is-sena skolastika li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li mill-iskejjel tal-Istat irriżenjaw 124 għalliem, infurmat li 26 minnhom ser jaħdmu fi skola Indipendenti jew tal-Knisja. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 217-il għalliem.

Skejjel — Units tal-arja kkundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il unit tal-arja kkundizzjonata twaħħal u f'liema skejjel twaħħlu matul il-perjodu bejn Ġunju 2024 u l-1 ta' Settembru 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21726.

Skejjel primarji tal-Istat – Popolazzjoni ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fl-iskejjel kollha tal-primarja tal-Istat fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fl-iskejjel primarji tal-Istat kienet ta’ 23,101. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, l-popolazzjoni tal-istudenti s’issa hi ta’ 22,107 student.