Skejjel statali — Livell primarju - Għalliema li rriżenjaw fl-aħħar term skolastiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw għalliema matul l-aħħar term skolastiku u li kienu jgħallmu fil-livell primarju fl-iskejjel statali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar term skolastiku tas-sena li għaddiet, minn 1,294 għalliem, irriżenjaw 8 għalliema fil-livell primarju.
Skejjel statali — Livell medju u sekondarju - Għalliema li rriżenjaw fl-aħħar term skolastiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw għalliema matul l-aħħar term skolastiku u li kienu jgħallmu fil-livell medju u sekondarju fl-iskejjel statali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar term skolastiku tas-sena li għaddiet, minn 2,854 għalliem, irriżenjaw 8 għalliema fil-livell medju u sekondarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħin qabel tiftaħ l-iskola, jistgħu jinġabru t-tfal tal-iskola fl-iskejjel kollha bl-inizjattiva tat-trasport bla ħlas?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
1. Tfal li jattendu skejjel primarja ma jistgħux jinġabru aktar kmieni minn tlett kwarti qabel il-ħin uffiċjali tal-ftuħ tal-iskola.
2. Tfal li jattendu skejjel medji u sekonadrji (peres li jkopru distanzi itwal) ma jistgħux jinġabru aktar kmieni minn siegħa u nofs qabel il-ħin uffiċjali tal-ftuħ tal-iskola.
3. Hemm xi rottot li eċċezzjoni tista’ tapplika fejn tfal jistgħu jinġabru kwarta qabel dan t’hawn fuq minħabba ditanza li jridu jkopru ghax inkella ma jaslux fil-ħin (eżempju minn Ċirkewwa sa MAVP, Ħamrun)
4. Tfal li jattendu Resource Centres jistgħu jinġabru mhux qabel 08:00AM minħabba xi rutini mediċi li dawn it-tfal jistgħu jkollhom bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera li qed isuqu lit-tfal tal-iskola taħt l-inizjattiva tat-trasport bla ħlas, humiex soġġetti għal skrutinju qabel jitħallew isuqu mal-kumpaniji rispettivi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull xufier li jopera fil-qasam tal-iskema tat-trasport lejn l-iskejjel mingħajr ħlas huwa suġġett li jkollu driver tag maħruġa minn Transport Malta.
Infurmat ukoll li kull sena l-Operatur jiġi mitlub li jressaq rikors fil-qrati ta’ Malta sabiex jassigura li x-xuffiera mqabbda m’humiex mniżżla fir-Reġistru tal-POMA.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22011 u jgħid jekk Transport Malta hix responsabbli mis-sinjali tat-traffiku li twaħħlu reċentement fi Triq Giorgio Locano, Triq Enrico Naudi, Triq Carmelo Pace u Triq Frederick Borg fl-Iklin? Jista’ jgħid ukoll għaliex saru dawn is-sinjali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22010 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid min hu responsabbli mill-kostruzzjoni tat-triq li toħroġ mill-iskola tan-Naxxar u li tiftaħ fi Triq Giorgio Locano fl-Iklin? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk din it-triq (ritratti annessi) hix inkluża fil-permess maħruġ mill-Planning Authority PA/09349/17?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Infrastructure Malta kienet responsabbli mill-kostruzzjoni tat-triq fuq talba tal-Ministeru tal Edukazzjoni. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex isaqsi it-tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Skejjel Primarji tal-Istat — Nefqa għal Stationery
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal stationery biex tintuża mill-għalliema u mill-edukaturi fl-iskejjel primarji tal-Istat mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-1 ta' Ottubru 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għall-iskejjel primarji tal-Istat matul il-perjodu msemmi kien ta’ €54,957.42
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal stationery biex tintuża mill-għalliema u mill-edukaturi fl-iskejjel medji tal-Istat mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-1 ta' Ottubru 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għall-iskejjel medji tal-Istat matul il-perjodu msemmi kien ta’ €10,466.01
Skejjel sekondarji tal-Istat — Nefqa għal Stationery
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal stationery biex tintuża mill-għalliema u mill-edukaturi fl-iskejjel sekondarji tal-Istat mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-1 ta' Ottubru 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għall-iskejjel sekondarji tal-Istat matul il-perjodu msemmi kien ta’ €22,144.37
Skejjel Primarji tal-Istat — Għalliema u Edukaturi - Stationery
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-istationery li l-għalliema u l-edukaturi fl-iskejjel primarji tal-Istat huma eleġibbli għalihom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Stationery tinxtara mill-amministrazzjoni tal-iskejjel skont il-ħtiġijiet partikulari tal-għalliema u l-edukaturi.
Skejjel Medji u Sekondarji tal-Istat — Għalliema u Edukaturi - Stationery
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-istationery li l-għalliema u l-edukaturi fl-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat huma eleġibbli għalihom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Stationery tinxtara mill-amministrazzjoni tal-iskejjel skont il-ħtiġijiet partikulari tal-għalliema u l-edukaturi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22010 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid min hu responsabbli mill-kostruzzjoni tat-triq li toħroġ mill-iskola tan-Naxxar u li tiftaħ fi Triq Giorgio Locano fl-Iklin? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk din it-triq (ritratti annessi) hix inkluża fil-permess maħruġ mill-Planning Authority PA/09349/17?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21162, jista' l-Ministru jgħid kemm minn fost il-217 għalliema ġodda li ġew impjegati, kienu diġà fil-professjoni ta' għalliema fi skejjel tal-Knisja u/jew tal-Privat qabel daħlu mal-Istat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn fost il-217 għalliema ġodda, 2 għalliema kienu ingaġġati fi skejjel indipendenti filwaqt li 6 għalliema kienu ingaġġati fi skejjel tal-Knisja qabel ma daħlu mal-Istat.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-kostruzzjoni tat-triq li toħroġ mill-iskola tan-Naxxar u li tiftaħ fi Triq Giorgio Locano fl-Iklin? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk din it-triq (ritratti annessi) hix inkluża fil-permess maħruġ mill-Planning Authority PA/09349/17?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hix responsabbli mis-sinjali tat-traffiku li twaħħlu reċentement fi Triq Giorgio Locano, Triq Enrico Naudi, Triq Carmelo Pace u Triq Frederick Borg fl-Iklin? Jista’ jgħid ukoll għaliex saru dawn is-sinjali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.