Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST — Bachelors of Science Honours in Nursing Studies - Ħlasijiet għall-placements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23420 u jgħid jekk il-payslip għall-ħlasijiet għall-placements li saru mill-perjodu bejn it-22 ta' April 2024 u l-31 ta' Lulju 2024 mill-istudenti tal-MCAST li qed isegwu Bachelors of Science Honours in Nursing Studies ingħatatx? Jekk le, għaliex ma ngħatatx u meta ser tkun qed tingħata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li tali ħlas jiġi mgħoddi permezz tas-SEPA, u li dan jiġi affetwat direttamewnt mill-Bank Ċentrali ta’ Malta. Infurmat li payslips ma jinħarġux għax dan il-ħlas ma jaqax fil-kategorija tas-salarji.

Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja – Tender għal Arja kkundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22015 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19651, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħruġ ta’ tender u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li għadhom għaddejin ix-xogħlijiet neċessarji sabiex jinħareġ it-tender.

Università ta’ Malta – lectures kanċellati — rendikont

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżammx rendikont dettaljat tal-lectures li jiġu kkanċellati jew posposti matul is-sena akkademika fl-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Tender għat-Trasport għan-Non State School

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx it-tender tat-trasport għan-Non State Schools li se jagħlaq f'Marzu tal-2025? Jekk le, jista' jgħid x'inhi r-raġuni u jinforma lill-Kamra meta se jkun qiegħed jinħareġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Higher Technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk il-persuni li huma impjegati bħala Higher Technician fi scale 10 qegħdin jissejħu permezz ta' email biex jagħmlu 'colloquium' biex ikunu mogħtija l-grad ta' Principal scale 9 minflok ma nħarġet call for application? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Higher Technician fi scale 10 issejħu għal dan il-'colloquium' u min ser ikun qiegħed jintervista lill-Higher Technicians? Jista’ jgħid għaliex mhux ser isir practical qabel il-'colloqium'? Jista’ jgħid ukoll kemm-il Higher Technician irid jintgħażel biex isir Principal scale 9 u x'inhuma l-kriterji tal-assessjar li fuqhom se jkunu assessjati l-kandidati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel Primarji tal-Istat – Studenti – teaching practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student/a ser ikunu qed jagħmlu t-teaching practice fl-iskejjel Primarja tal-Istat fil-ġimgħat li ġejjin? Jista' jgħid f'liema skejjel ser ikunu posted u minn meta sa meta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel Medji tal-Istat – Studenti – teaching practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student/a ser ikunu qed jagħmlu t-teaching practice fl-iskejjel Medja tal-Istat fil-ġimgħat li ġejjin? Jista' jgħid f'liema skejjel ser ikunu posted, liema suġġett ser ikunu qed jgħallmu u minn meta sa meta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel Sekondarji tal-Istat – Studenti – teaching practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student/a ser ikunu qed jagħmlu t-teaching practice fl-iskejjel Sekondarja tal-Istat fil-ġimgħat li ġejjin? Jista' jgħid f'liema skejjel ser ikunu posted, liema suġġett ser ikunu qed jgħallmu u minn meta sa meta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Triq l-Imdina — Crash barriers protettivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan/il-ħsieb li jsiru crash barriers protettivi tul Triq l-Imdina kollha (direzzjoni minn Ħal Balzan sa Fleur de Lys), ċjoè minn Vjal De Paule (Ħal Balzan) u jibqgħu sejrin id-direzzjoni kollha sal-Arkata ta' Fleur De Lys biex ikunu protetti l-walking paths li hemm tul din it-triq tant traffikuża? Jekk iva, jista’ jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u jekk le, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li mhux se jsiru?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ċentri ta’ Matul il-Jum — Attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ċentri tal-anzjani għal matul il-jum tal-Istat u liema huma? Jista’ jgħid ukoll kemm jattendu anzjani f’kull ċentru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li preżentament hawn tmienja u għoxrin (28) Ċentru għall-Anzjanità Attiva mmexxija mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, erbgħa (4) mmexxija mill-kunsilli lokali b’kollaborazzjoni mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u tnejn (2) immexxija minn NGOs. Jattendu 2,553 anzjan fiċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva mmexxija mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u 486 anzjani oħra fiċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva l-oħra, b’total ta’ 3,039 membru. Detalji bl-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Student Visa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21177 u jgħid kemm-il student ingħata student-visa minn Jannar sa Awwissu 2024? Jista’ jgħid minn liema pajjiż kien ġej u għal kemm żmien ingħatat il-visa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal risposta ta' mistoqsija parlamentari 20905.

MCAST — Bachelors of Science Honours in Nursing Studies - Ħlas għall-placements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom jitħallsu u kemm fil-fatt tħallsu għall-placement l-istudenti tal-MCAST li qed isegwu l-kors Bachelors of Science Honours in Nursing Studies għall-perjodu bejn it-22 ta' April 2024 u l-31 ta' Lulju 2024? Jista' jippreżenta din l-informazzjoni għal kull Year Group li fiha l-istudenti jagħmlu placement?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-ewwel pagament lill-istudenti li qed isegwu l-kors imsemmi diġa ntbgħat. Infurmat ukoll li se jkunu qed jitħallsu tas-siegħat kollha li ħadmu bejn it-22 ta’ April u l-31 ta’ Lulju 2024.

MCAST — Bachelors of Science Honours in Nursing Studies - Ħlasijiet għall-placements

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-payslip għall-ħlasijiet għall-placements li saru mill-perjodu bejn it-22 ta' April 2024 u l-31 ta' Lulju 2024 mill-istudenti tal-MCAST li qed isegwu Bachelors of Science Honours in Nursing Studies ingħatatx? Jekk le, għaliex ma ngħatatx u meta ser tkun qed tingħata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Balzan – Xogħlijiet minn kuntrattur

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ittieħdux passi kontra l-kuntrattur li kien inkarigat mix-xogħlijiet f'Ħal Balzan u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Tista' tgħid ukoll għaliex ittieħdu jew ma ttieħdux passi f'kull każ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija maħruġa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fid-19 ta’ Novembru 2024, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel statali – Livell Primarju – Studenti li jattendu fi skola out of locality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell primarju statali li qed jattendu fi skola out of locality?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-livell primarju statali hemm 2,938 student li qed jattendu fi skola out of locality.

Skejjel statali – Livell Medju – Studenti li jattendu fi skola out of locality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell medju statali li qed jattendu fi skola out of locality?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-livell medju statali hemm 316-il student li qed jattendu fi skola out of locality.

Skejjel statali – Livell Sekondarju – Studenti li jattendu fi skola out of locality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell sekondarju statali li qed jattendu fi skola out of locality?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-livell sekondarju statali hemm 603 student li qed jattendu fi skola out of locality.

Università ta’ Malta – SLC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien ippjanat li titlesta l-binja tas-Sustainable Living Complex (SLC) tal-Università ta' Malta u kemm kienet stmata li tiġi tiswa? Jista' jgħid ukoll jekk il-proġett marx over-budget u jekk kienx hemmx direzzjoni biex ix-xogħol jieqaf minħabba nuqqas ta' fondi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-binja msemmija kellha titlesta fl-2023, pero minħabba problemi loġistiċi din il-binja għadha ma tlestitx. Din il-binja ġiet stmata li tiġi tiswa għal madwar €49.5 miljun. M’hemm l-ebda struzzjoni sabiex ix-xogħol fuq din il-binja jitwaqqaf u kemm il-Gvern, kif ukoll l-Università huma kommessi biex dan il-proġett jitlesta sa l-aħħar.