Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kulleġġ Santa Tereża — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skola Fondi utilizzati Skola Sekondarja St. Tereza, L-Imriehel Mobilities Greċja, Turin u Rumanija: li għaliha attendew 9 għalliema and 21 student. Fondi nvestiti fuq workshops, designing ta’ logos, Science card games.

Kulleġġ San Injazju — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skola Fondi utilizzati Ħandaq Secondary, Ħandaq Middle, Skejjel Primarji Luqa, Siġġiewi, Żebbuġ, u Żebbuġ Learning Centre, Qormi SG, Qormi SS. Korsijiet u taħriġ, u Student Exchange Profs De Bono Ħandaq u Middle School Qormi Erasmus Italy & Malta in Tandem' - group mobility of students Erasmus Ecological Footprint' - Hosting Foreign Partners with students Erasmus Ecological Footprint' - group mobility of students

Kulleġġ San Thomas More — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Thomas More li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skola Fondi utilizzati Kulleġġ Vienna - Taħrig għat -Tim tas-Psychosocial Ghent - Taħriġ għall-Kapijiet tal-Iskejjel Firenze - Taħriġ għall-Kapijiet tal-Iskejjel Budapest - Taħrig għall-Kapijiet u Deputati Kapijiet tal-Iskejjel Brussels - Taħriġ għal persuni li jaħdmu fuq l-Akkreditazzjoni tal-Erasmus + Ateni - Taħriġ għad- Deputati Kapijiet tal-Iskejjel Primarji Budapest - Taħrig għad-Deputati Kapijiet tal-Iskejjel Florence - Taħrig għall-Kapijiet tal-Iskejjel u għall-kapijiet tad-Dipartiment tal-Inklużjoni Skola Sekondarja u Medja taż-Żejtun Dublin - Għalliema Barcelona - Għalliema Berlin - 3 Edukaturi Bologna - 3 Edukaturi Amsterdam -Deputat Kap Firenze - LSE ALP Paola Project KA2: SAFER (Italja) – 4 għalliema Project KA2: SAFER (Rumanija) – 4 għalliema Project KA2: DIGI-CUL (Latvia) – 2 għalliema u 2 studenti Project KA2: DIGI-CUL Mobility: Malta Project KA2: WISH (Istanbul) – 2 għalliema u 5 studenti Project KA2: WISH (Malta) – 3 għalliema Project KA1: Accreditation (Portugal) – 6 għalliema Skola Sekondarja Santa Luċija Student Exchange Andalucia – Spanja Student Exchange Dublin – Irlanda: Kap tal-Iskola u Deputati Kapijiet Taħriġ għall-għalliema u LSE Ġermanja - Ettwingen

Kulleġġ Santa Klara — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skola Fondi utilizzati Dun Ġużepp Scerri Primarja – San Ġiljan Għalliema attendiet kors barra minn Malta u sar leaflet li se jitqassam waqt COPE session lill-edukaturi tal-iskola National Sport School - Pembroke Attivitajiet fiżiċi u virtwali, u kif ukoll ħlas ta’ vjaġġar edukattiv ta’ studenti u għalliema San Miguel Resource Centre Hospitality

Kulleġġ ta’ Għawdex – Erasmus+ — Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skola Fondi utilizzati Uffiċjali tal-Head College Network ·Konferenza fuq tagħlim inklużiv ·Jum dedikat għall-multikulturaliżmu Ġuże' Aquilina Primarja u Special Unit Sannat ·Taħriġ u ospitalita', riżorsi edukattivi Mons G.A. Vella, Skola Primarja Żebbuġ ·Riżorsi għall-klassijiet Sir M.A. Refalo Sixth Form ·Esperjenzi edukattivi barra minn xtutna għall-istudenti u esperjenzi ta' job shadowing kif ukoll korsijiet għall-iżvilupp professjonali tal-istaff

Birkirkara, Triq Ganu — Dar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art, li r-ritratt tagħha qed jintbagħat separatament, li fuqha kien hemm il-pjan li tinbena d-dar tal-anzjani ġewwa Triq Ganu, Birkirkara hix tal-privat? Jekk mhix tal-privat, jista’ jispeċifika ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-użu tagħha attwalment?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Core Curriculum Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-direzzjoni għall-istudenti tal-Core Curriculum Programme (CCP) classes waqt l-eżamijiet annwali? Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu li qed tingħata gwida lill-kapijiet tal-iskejjel biex dawn l-istudenti ma jattendux l-iskola fil-perjodu tal-eżamijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Birkirkara — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-Iskola Primarja ta' Birkirkara? Jekk hemm pjanijiet, jista' jgħid x'xogħol hemm ippjanat, meta se jkun qed jinbeda u meta se jkun qed jitlesta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Head of School — Interviews

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema interviews għal Head of School (inkluż Ċentri ta’ Riżorsi) saru mill-perjodu ta’ Settembru 2023 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, jelenka minn kienu dawk magħżula, f’liema jum ġew appuntati, minn min kien kompost il-bord tal-interviews u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport kompost għal kull kandidat li resaq għal kull interview (anke jekk ma ntgħażilx)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Settembru tal-2023 s’issa kien hemm total ta’ 5 sejħiet għal Head of School. Għal fini ta’ sigurta u privatezza, informazzjoni addizzjonali mhux ser tiġi ppublikata.

LSEs Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif LSEs Għawdxin li qed jagħtu servizz fl-iskejjel f'Malta, jintgħażlu biex jingħataw trasferiment għal Għawdex? Jista’ jgħid jekk LSEs Għawdxin li qegħdin jistennew tali trasferiment, għandhomx viżibiltà tal-lista biex ikunu jafu meta jmisshom imorru Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx lista ta' trasferiment waħda jew aktar minn waħda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li LSEs Għawdxin li qed jagħtu servizz fl-iskejjel f’Malta jintgħażlu skond il-grad u s-seniority. Informazzjoni ulterjuri mhux ser tiġi ppubblikata minħabba privatezza u sigurata.

Kulleġġ ta’ Għawdex – Erasmus+ — Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ San Benedittu — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ San Ġorġ Preca — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ Santa Tereża — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ San Injazju — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ San Thomas More — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Thomas More li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ Santa Klara — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Intperpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ ta’ Għawdex — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ ta’ Għawdex mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li tali domanda tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ riżorsi u ħin sabiex tinġabar l-informazzjoni rikjesta mill-iskejjel kollha.

Higher Secondary – Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskola mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025 fil-Higher Secondary Naxxar? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.