Università ta’ Malta – lectures kanċellati — rendikont
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24936 u jgħid jekk jinżammx rendikont dettaljat tal-lectures li jiġu kkanċellati jew posposti matul is-sena akkademika fl-Università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Università ta’ Malta ma tittollerax li l-lectures jiġu kkanċellati. Lectures, li għal raġunijiet eċċezzjonali u validi ma jistgħux isiru kif skedat, huma posposti.
Infurmat li l-Università għandha proċess integrat fis-Student Information Management System (SIMS), sabiex kemm il-letturi u kemm l-istaff amministrattiv jkunu jistgħu jinfurmaw lill-istudenti rigward tali postponimenti ta’ lectures.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24930 u jgħid kemm-il għalliem/a jinsabu fuq long-sick leave fil-perjodu li fih qed issir din il-mistoqsija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 15-il għalliem/a fuq long sick leave.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24926, jista' l-Ministru jgħid kemm-il Higher Technician fi skala 10 issejħu għal dan il-'colloquium' u min ser ikun qiegħed jintervista lill-Higher Technicians? Jista’ jgħid ukoll kemm-il Higher Technician irid jintgħażel biex isir Principal skala 9 u x'inhuma l-kriterji tal-assessjar li fuqhom se jkunu assessjati l-kandidati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ġew mistiedna 105 higher technician fi Skala 10 u kif ukoll 35 higher technicians fi Skala 12.
Il-bord ser ikun magħmul minn persuni tekniċi li ntgħażlu permezz ta’ sejħa għall-applikazzjoni maħruġa mill-istess istituzzjoni li tkun qed tmexxi l-‘colloquiums’.
Infurmat li dawk li jġibu mhux inqas min 75% fil-colloquiums, awtomatikament jiġu ‘promoted’ għal Principal Technician. Il-kriterji huma skont il-ftehim iffirmat mal-Unions.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li kienet impjegata fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex jew kinitx impjegata mal-Ministeru tal-Edukazzjoni jew ma' xi entità jew xi aġenzija li taqa' taħt ir-responsabbiltajiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni? Jekk iva, jista' jispeċifika x’pożizzjoni għandha/kellha, x'inhi/x'kienet in-natura ta' xogħolha u x'salarju għandha/kellha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmijja ġiet ingaġġata bħala direttur fil-marketing and event management minn National Skills Council f’Ottubru tal-2024.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regoli provduti mil-liġi sabiex jistabbilixxu l-qisien tal-klassijiet fl-iskejjel statali, x'ventilazzjoni għandu jkollhom u min hu responsabbli li jassigura li dawn ir-regoli jkunu segwiti? Jekk hemm tali regoli, jista' l-Ministru jqegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola hi responsabbli li timxi mal-leġiżlazzjoni sussidjarja 605.02, filwaqt li d-Direttorat tal-Kwalita u l-Istandards fl-Edukazzjoni jinvestiga kull ilment li jista’ jidħol.
Skejjel statali — Infermiera barranin impjegati biex jamministraw il-mediċini lill-istudenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux rendikont dettaljat inklużi l-kwalifiki tal-infermiera barranin impjegati mal-kumpaniji li għandhom ir-responsabbiltajiet li jamministraw il-mediċini lill-istudenti fl-iskejjel statali? Jekk iva, dan fejn u kif inhu dokumentat u kull kemm ikun rivedut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur attwali għandu r-responsabbiltà li jiżgura li l-impjegati tiegħu huma adatti biex jipprovdu s-servizz skond l-obbligi tal-kuntratt, kif ukoll li jippreżenta d-dokumenti meħtieġa għall-infermiera, u kif ukoll li jaqdu dmirhom fl-iskejjel tal-Istat. Dawn id-dokumenti huma arkivjati fil-bini tad-dipartiment responsabbli, u l-kuntrattur għandu l-obbligu li jipprovdi reviżjoni tagħhom meta jkun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux rendikont dettaljat inklużi rekord tal-kondotti tal-uffiċjali tas-sigurtà barranin u Maltin impjegati mal-kumpaniji li għandhom ir-responsabbiltajiet tas-sigurtà fl-iskejjel statali? Jekk iva, dan fejn u kif inhu dokumentat u kull kemm ikun rivedut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull uffiċjal tas-sigurtà, meta jiġu ngaġġati jridu jipreżentaw il-kondotta tal-Pulizija.
Barra minn hekk, kull uffiċjal tas-sigurtà irid ikollu wkoll liċenzja tas-sigurtà attiva, li din tassigura li l-uffiċjal tas-sigurtà għandu kondotta nadifa. Din id-dokumentazzjoni tinġabar mingħand il-kumpanija tas-sigurtà kull sitt xhur.
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ San Nikola mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.
Kulleġġ Santa Margerita — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Margerita mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.
Kulleġġ San Benedittu — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ San Benedittu mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.
Kulleġġ San Ġorġ Preca — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.
Kulleġġ Santa Tereża — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Tereża mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ San Injazju mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.
Kulleġġ San Thomas More — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ San Thomas More mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Klara mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skola
Fondi utilizzati
Skejjel Primarji – Attard, Baħrija, Mġarr, Mtarfa, Dingli, Rabat
Skejjel Sekondarji – Rabat u Dingli
Giovanni Curmi Higher Secondary School
Naxxar Support Learning Centre
·Korsijiet għall-għalliema
·Job Shadowing għall-għalliema fi skejjel oħra fl-Ewropa
·Pupil Mobility
·Seminars għall-edukaturi, uffiċjali edukattivi u Head College Networks
Kulleġġ Santa Margerita — Erasmus+ - Fondi utilizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margerita li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skola
Fondi utilizzati
Guzeppi Despott Secondary School Verdala Cospicua
·Żewġ għalliema flimkien ma ħames studenti kellhom l-opportunita' li jattendu fi skola f'Sao Jorge, Azores, EBS Velas. Matul din il-ġimgħa l-istudenti Ewropew flimkien ma' l-edukaturi tagħhom kellhom l-opportunita' li jieħdu sehem f'diversi attivitajiet relatati mal-inklużjoni.
· L-iskola ospitat 4 skejjel u 2 NGOs barranin li flimkien qed jieħdu sehem fi proġett jismu
"Raising Effectiveness of Learning in SEN students through Inclusion and Reverse-inclusion."
Matul din il-ġimgħa studenti u edukaturi Ewropej flimkien ma edukaturi u 15-il student Malti ħadu sehem f'diversi attivitajiet u
workshops
.
· Parti minn dawn il-fondi allokati għal din is-sena, saret għal mobilta' ġewwa Stolberg, Aachen il-Ġermanja fl-iskola ta' Stadische Gesamtschule Stolberg. L-iskola diġa' kienet ospitat lil edukaturi flimkien ma' 15-il student fl-iskola tagħna is-sena skolastika ta' qabel. F'Novembru 15-il student inklużi studenti bi bżonnijiet speċjali, flimkien ma' 4 edukaturi attendew l-iskola fi Stolberg, il-Ġermanja. L-istudenti Maltin kellhom l-opportunita' li jattendi fi skola f'pajjiż differenti kif ukoll ħadmu ma' studenti b'abiltajiet u kulturi w ideat differenti. Il-motto ta' din il-ġimgħa kien
'Digital Futures - Learning Together'
.
Dr Frans Chetcuti Primary School B Żabbar
·Mobilitajiet u taħriġ ta' edukaturi
Lorenzo Gafa' Learning Support Centre Fortini Vittoriosa
·Mobility lejn skola fit-Turkija fejn fiha pparteċipaw 3 għalliema u 2 studenti
·Mobility lejn skola fil-Kroazja fejn fiha pparteċipaw 3 għalliema u 2 studenti
Maria Immakulata primary school Cospicua
·Taħriġ ta' 4 edukaturi ġo Bologna
·Taħriġ ta' 2 edukaturi ġo Porto
Kulleġġ Maria Reġina — Erasmus+ - Fondi utilizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skola
Fondi utilizzati
Skejjel Primarji Mellieħa, Qawra, Mosta A, Mosta B, Naxxar, Għargħur
Attendew il-kors
'Differentiated Instruction: Inclusive Strategies for Successful Learning'
.
Skejjel Primarji Mellieħa, Qawra, Mosta B, San Pawl il-Baħar
Attendew mobilita' bl-istudenti fi skola li għandha STEAM Expert Label fil-Litwanja.
Skejjel Primarji Mellieħa, Qawra, Mosta A, Mosta B, Naxxar, Għargħur, San Pawl il-Baħar
Attendew il-kors '
From STEM to STEAM Education: A New Learning Approach
'.
Skejjel Primarji Mellieħa, Qawra, Mosta A, Mosta B, Naxxar, Għargħur, San Pawl il-Baħar
Attendew il-kors '
Teaching and Learning through Outdoor Play
'.
Skejjel kollha tal-Kulleġġ
Konferenza nazzjonali ta' Disseminazzjoni:
Transforming Education through SOIL - STEAM, Outdoor Learning, Inclusion, Leadership
Skola Medja Naxxar, Skejjel Sekondarji Mosta Żokrija, Mosta Lily of the Valley
Attendew il-kors '
Agenda 2030: ICT Tools for Sustainable Development
'.
Skola Medja Naxxar
6 membri tal-istaff attendew kors: ‘LIFE 2024 Shadowing Experience’.
Skola Medja Naxxar
3 membri tal-istaff attendew kors: ‘Incorporating Cultural Diversity in Education’.
Skola Primarja San Pawl il-Baħar
Taħriġ lil staff, dissemination, mobilities for staff, transnational meetings, żvilupp ta' materjal diġitali edukattiv, ħlasijiet ta' xogħol barra l-ħin tal-iskola, publikazzjonijiet, xiri ta' apparat u riżorsi relatati mal-proġetti. Il-progett jismu: The Miracle Project.
Skola Primarja Qawra
Attendew sezzjonijiet ta' taħriġ li jwasslu biex tinbena toolbox dwar
'Gender Equality in a Multicultural setting'
.
Kulleġġ San Benedittu — Erasmus+ - Fondi utilizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skola
Fondi utilizzati
Skejjel kollha tal-Kulleġġ
·3 gruppi ta’ studenti akkumpanjati ma’ edukaturi għamlu mobiltajiet fl-Italja, Svezja u Spanja
·Korsijiet edukattivi għal 11-il edukatur
·Job Shadowing għall-edukaturi
Kirkop Secondary
·Gruppi ta’ edukaturi – korsijiet ta’ tagħlim f’pajjiżi Ewropej
Kulleġġ San Ġorġ Preca — Erasmus+ - Fondi utilizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skola
Fondi utilizzati
Skejjel Primarji Antonio Galea, il-Furjana;Karmen Azzopardi, il-Ħamrun; Dun Frans Camilleri il-Ħamrun; Lorenzo Balbi, il-Marsa; Gużeppi Agius, Raħal Ġdid; J. Hookham Frere tal-Pieta'; Sant. Iermu, il-Belt Valletta.
Skola Medja Maria Regina, il-Blata l-Bajda u Skola Sekondarja l-Liceo, il-Ħamrun
·Kors ta' taħriġ professjonali dwar informed strategic leadership, li kien organizzat mill-Kulleġġ.Għal dan il-kors attenda rappreżentant mit-tim tat-tmexxija ta' kull skola primarja, l-Iskola Medja u l-Iskola Sekondarja tal-kulleġġ (indikati fil-kolonna preċedenti). Dan it-taħriġ professjonali sar fl-Olanda.