Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta – Installazzjoni tad-dawl fit-toroq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Enemalta hijiex responsabbli mill-installazzjoni tad-dawl fit-toroq (street lighting) li jkun qed isir għall-ewwel darba meta tinbena binja ġdida? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx applikazzjonijiet biex jiġi installat tali dawl fi Triq tas-Sisla, is-Swatar, quddiem l-appartamenti tal-Gvern?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li lampi ġodda f’żoni residenzjali huma responsabbiltà tal-Kunsill Lokali rispettiv. Il-proċedura hija li meta l-Kunsill Lokali jwaħħal lampi ġodda f’żoni residenzjali issir applikazzjoni lill-Enemalta biex wara li jkun sar ix-xogħol dawn jitqabbdu mal-linji tal-provvista tal-elettriku. Ninsab infurmata li l-Enemalta ma rċeviet l-ebda applikazzjoni simili fir-rigward tat-triq indikata f’din il-mistoqsija.

PBS – Kontijiet awditjati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kontijiet awditjati tal-Public Broadcasting Services (PBS) Limited għas-sena li għaddiet?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kontijiet awditjati għas-sena li għaddiet jkunu jistgħu jingħataw wara li jiġu approvati mil-Laqgħa Ġenerali Annwali.

Rotta numru 106 – Frekwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema frekwenza tgħaddi l-karozza tal-linja bin-numru 106 minn Ħal Lija, Ħal Balzan u Birkirkara fid-direzzjoni lejn l-Isptar Mater Dei u l-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-pjan li din il-frekwenza tiżdied?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 106 topera bi frekwenza ta’ kull siegħa.

Valletta Management Plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid: i.    x'inhi l-ħidma involuta mill-Valletta Management Plan; ii.   taħt min taqa' r-responsabbiltà tiegħu; iii.  x'koordinament hemm bejn il-Valletta Management Plan u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta; u iv.  kemm għandu Valletta Stewards ingaġġati, x'inhu r-rwol tagħhom, x'rendikont jagħtu u lil min?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Valletta Management Plan Unit twaqqaf sabiex ikun ta’ sosten għall-istakeholders li jikkordinaw ħidma fil-Belt Valletta fosthom, il-Kunsill Lokali. Il-Valletta Stewards huma mmexxija minn żewġ TeamLeaders, li jaraw li l-ħidma hija waħda koordinata.

Birkirkara – Knisja ta’ Santa Marija – Xogħol ta’ restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' restawr mid-Direttorat tar-Restawr fil-Knisja l-Qadima (iddedikata lil Santa Marija) f'Birkirkara, skont il-ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Knisja lura għad-9 ta' Mejju tal-2020 mill-Ministru ta' dak iż-żmien?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħol preparatorju ta’ monitoraġġ u studju biex jiġi iddeterminat x’qed jikkawża il-ħsara fil-Knisja ta’ Santa Marija f’Birkirkara sar b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni u l-espert ġeotekniku imqabbad mill-Kurja. Bħalissa qed jiġu iffinalizzati t-tħejjijiet bil-għan li jinbeda l-ewwel fażi tal-intervent ta’ konsolidament fil-ġimgħat li ġejjin.

In-Naxxar – Telgħa tal-Għaqba – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li titwitta mill-ġdid it-Telgħa tal-Għaqba fin-Naxxar, u jekk iva, jagħti timeframe ta’ meta se jibda x-xogħol? Jista' jgħid ukoll x'miżuri qed/ser jittieħdu biex l-istudenti tal-Giovanni Curmi Higher Secondary (GCHSS) ikunu siguri mill-periklu tal-vetturi meta jagħmlu użu minn din it-telgħa biex jaċċessaw l-iskola?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-Mistoqsija Parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Creative Art Spaces – Investiment totali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-investiment totali tal-Gvern fil-programm 'Creative Art Spaces' imħabbar fil-Baġit 2026? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew identifikati spazji u kemm minnhom qegħdin jintużaw attwalment minn artisti jew organizzazzjonijiet kulturali?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti – Laqgħat tal-bord u minuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, u meta tlaqqa' dan il-bord fil-perjodu bejn Jannar 2025 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħdux il-minuti f’kull laqgħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat kollha li saru f'dan il-perjodu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti – Laqgħat tal-bord u minuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti u meta tlaqqa' fil-perjodu bejn Jannar 2025 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħdux il-minuti f’kull laqgħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat kollha li saru f'dan il-perjodu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant liċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, kif inhu stabbilit bil-liġi, m’għandux board tiegħu.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – Membri u laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, meta ġew appuntati u sa meta jagħlaq it-terminu tagħhom? Jista' jgħid ukoll meta saret l-aħħar laqgħa ta' konsultazzjoni bejn il-Kunsill u l-pubblikaturi lokali kif ukoll jelenka liema Djar tal-Pubblikazzjoni attendew għal din il-laqgħa?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa dak kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern no. 21,492 tat-22 t’Awwissu 2025, fejn qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.  Għal aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni kien hemm preżenti 11-il rappreżentant min-naħa tal-pubblikaturi lokali.

Valletta Cultural Agency – Laqgħat tal-bord u minuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta tlaqqa' l-bord tal-Valletta Cultural Agency fil-perjodu bejn Jannar 2025 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħdux il-minuti f’kull laqgħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat kollha li saru f'dan il-perjodu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

It-Twegiba tingħata f’ xi seduta oħra.

PBS – Bord Editorjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3044 u jgħid minn min huwa kompost il-Bord Editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll minn meta beda u meta jiskadi t-terminu ta’ kull membru tal-istess bord, u x’inhi r-remunerazzjoni finanzjarja ta’ kull membru?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord Editorjali tal-PBS huwa dak kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern no. 21,593 tas-27 ta’ Frar 2026, fejn qed inpoġġi Screen shot tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.  Ir-remunerazzjoni annwali ssegwi strettament il-klassifika stabbilita’ fil-Manwal għall-istabbiliment tal-qafas għall-kategorizzazzjoni, il-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern, liema kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vetturi elettriċi – Iċċarġjar f’garaxxijiet ma’ djar privati

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx rati favorevoli jew skemi oħra fis-seħħ, li minnhom jistgħu/qegħdin jibbenefikaw sidien ta' vetturi elettriċi li jiċċarġjaw il-vetturi tagħhom f’garaxxijiet privati mad-djar tagħhom, bl-istess meter tal-elettriku li jforni lid-djar privati? Tista' tgħid ukoll jekk dawn is-sidien humiex qed jinqabdu b'rati tal-elettriku ogħla minħabba li bl-iċċarġjar tal-vetturi qed jinqabeż l-ammont ġeneralment ikkonsmat mill-użu tad-djar biss?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tal-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f’residenzi privati, japplikaw ir-rati u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Electricity Connection and Supply Regulations (ECSR). Hija għażla tal-klijent jekk jinstallax meter dedikat għall-iċċarġjar ta’ vettura elettrika. Fejn jiġi installat tali meter, tapplika rata off-peak ta’ €0.1298/kWh, filwaqt li barra l-ħinijiet off-peak japplikaw it-tariffi residenzjali normali skont kif stabbiliti fl-ECSR.

PBS – Bord Editorjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-Bord Editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll minn meta beda u meta jiskadi t-terminu ta’ kull membru tal-istess bord, u x’inhi r-remunerazzjoni finanzjarja ta’ kull membru?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata fis-seduti li ġejjien.

Valletta Cultural Agency Board – Protokoll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi protokoll li jorbot lill-membri tal-Valletta Cultural Agency Board milli jikkummentaw politikament fuq is-social media?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċeduri u l-obbligi tal-membri tal-bordijiet u l-kumitati tal-Gvern huma stabbiliti fil-Manual for Setting the Categorisation, Classification and Remuneration of Government-Appointed Boards and Committees - July 2026, inkluż il-Kodiċi tal-Etika anness miegħu. Dan ġie rivedut u msaħħaħ fl-aħħar xhur u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 15 tat-22 ta’ Lulju 2026. Il-Manwal ma jipprekludix lill-membri ta’ bordijiet u kumitati milli jikkummentaw u jidħlu f’dibattiti dwar materji politiċi u soċjali, inkluż fuq il-midja soċjali. Fil-fatt il-Gvern ma jaqbilx mal-idea li jpoġġi sarima ma’ ħalq persuni li ġew fdati sabiex jaqdu rwol f’dawn l-organi pubbliċi jew inkella jiddettalhom fuqhiex għandhom jitkellmu.

Valletta Cultural Agency Board – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-Valletta Cultural Agency Board? Jista’ jgħid ukoll: i.    kemm ilha fil-kariga u x’inhi l-kariga li kull persuna attwalment qed isservi; ii.    x’inhi r-remunerazzjoni finanzjarja tagħha; u iii.    abbażi ta’ xiex ġiet magħżula biex isservi?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tal-Valletta Cultural Agency huwa dak kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern no. 21,467 tal-11 ta’ Lulju 2025, fejn qed inpoġġi Screen shot tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.  Ir-remunerazzjoni annwali ssegwi strettament il-klassifika stabbilita’ fil-Manwal għall-istabbiliment tal-qafas għall-kategorizzazzjoni, il-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern, liema kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Naxxar - Higher Secondary - Hoarding wall

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jitneħħa l-hoarding wall li hemm jostakola d-daħla tal-Higher Secondary fin-Naxxar, x’inhuma l-pjanijiet biex jitneħħa u meta ser jitneħħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-iskola msemmija, il-ħajt tal-ilqugħ hu meħtieġ hekk kif qed jitwettaq proġett ta’ bini ta’ grawnd tal-futbol, kif ukoll parkeġġ taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. Permezz ta’ dan il-proġett qed partijiet mill-kampus qed isiru wkoll żoni pedonali. Il-ħajt se jitneħħa meta jitlesta l-proġett skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti CT 2118/2025.

In-Naxxar - PA/04595/26 - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jispeċifika x’inhuma l-pjanijiet għall-applikazzjoni PA/04595/26 - Middle School, It-Telgħa tal-Għaqba, Triq Giuseppe Stivala, Triq il-Forġa, Naxxar, Triq Giorgio Locano, Iklin u jagħti d-dettalji ta’ dawn il-pjanijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-applikazzjoni hija pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u tinkludi proposta ta' żarmar ta’ parti mill-ħajt tal-konfini u fetħa b’gate bħala faċilità anċillari li taqdi ċ-ċentru edukattiv.

Ħaddiema tal-FTS – Ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS)? Jista' jgħid ukoll kemm ilu li skada l-aħħar ftehim?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Shared LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li studenti li għandhom is-sapport ta’ shared LSE hux se tkun qed titneħħielhom minħabba nuqqas ta’ LSEs fis-settur? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx lok għal tibdil fil-mod ta’ kif jiġu allokati l-LSEs? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.