Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 31499 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista kif mitluba fit-tabella annessa li telenka: is-sena meta nħarġet il-fattura; in-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni/permess; it-tip u n-numru ta’ features jew strutturi ta’ valur kulturali li ġew approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) biex jinqerdu jew jinħattu; suġġett li jitħallas obbligu tal-patrimonju (heritage obligation) u l-ammont tal-obbligu tal-patrimonju (heritage obligation) impost, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif taf l-Onor Interpllanta fuq dan is-suġġett weġibt id-domandi kollha li gew interposti lili. Madanakollu f'dan il-każ il-kisba ta' tali informazzjoni tirrikjedi ħafna xogħol, liema siegħat ta' xogħol tal-ħaddiema tas-Sovraintendenza nemmen li jistgħu jintużaw aħjar għall-protezzjoni finali tal-wirt storiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31364 u jgħid jekk l-istudenti li jattendu r-resource centres fosthom dawk li jattendu l-Helen Keller Resource Centre humiex se jkomplu jattendu Klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola fl-istess ċentru jew inkella humiex se jibdew imorru post ieħor? Jekk le, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan is-servizz li jirrikjedi ħaddiema speċjalizzati. Preżentament id-domanda mhix daqshekk kbira, u għalhekk ġeneralment jinfetħu minn klabb wieħed sa tnejn matul is-sena skolastika. Matul is-sajf jinfetħu kollha, sabiex jakkomodaw lill-istudenti li jattendu fihom kif ukoll jingħata servizz minn Hand in Hand waqt ħinijiet formali tal-iskola.
Minn din is-sena skolastika beda jkun offrut ukoll is-servizz ta’ klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola bejn it-3:00pm u s-6:00 pm. Dan hu servizz li wkoll jirrikjedi ħaddiema speċjalizzati, u peress li d-domanda mhix kbira u l-ħaddiema kollha taċ-ċentri tar-riżorsi jkunu nvoluti fis-supervizjoni tat-trasport tal-istudenti minn u lejn id-dar, infurmat li dan is-servizz ġie outsourced lill-Hand in Hand.
Permezz ta’ dan is-servizz, studenti li għandhom bżonn is-servizz jittieħdu miċ-ċentri rispettivi tagħhom wara l-iskola bit-trasport tal-istat u l-ġenituri jiġbruhom minn hemm skond il-kumdita’ taghħhom sa mhux aktar tard mis-6:00 pm.
Is-Settur Kreattiv - Persuni impjegati full time - Taxxa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31359 dwar persuni impjegati fis-settur kreattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ full timers li jħallsu rata tat-taxxa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ma żżomx data tal-kontribwenti skont il-kategoriji tan-NACE u għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi pprovduta.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista kif mitluba fit-tabella annessa li telenka: is-sena meta nħarġet il-fattura; in-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni/permess; it-tip u n-numru ta’ features jew strutturi ta’ valur kulturali li ġew approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) biex jinqerdu jew jinħattu; suġġett li jitħallas obbligu tal-patrimonju (heritage obligation) u l-ammont tal-obbligu tal-patrimonju (heritage obligation) impost, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31164 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid jekk l-istudenti li jattendu r-resource centres fosthom dawk li jattendu l-Helen Keller Resource Centre humiex se jkomplu jattendu Klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola fl-istess ċentru jew inkella humiex se jibdew imorru post ieħor? Jekk le, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u ċjoè: Fid-dawl tal-ftehim imħabbar aktar kmieni din is-sena bejn l-Awtorità tal-Artijiet u Heritage Malta biex jitneħħew perikli mill-Batterija tal-Qbajjar fiż-Żebbuġ, Għawdex, u peress li m'hemm l-ebda xogħol viżibbli ħlief għal għadd ta' markers fuq l-istruttura li għadha miftuħa għall-pubbliku u tqajjem tħassib dwar il-vandaliżmu u s-sigurtà ta' dawk li jidħlu, jista' l-Ministru jipprovdi dettalji tax-xogħlijiet li saru biex jipprevjenu mwiet traġiċi bħal dik taż-żagħżugħa li mietet minħabba l-kollass tal-istruttura abbandunata tal-Batterija ta’ Riħama? Jista' jippreżenta xi riżultati ta’ surveys li saru f’dan ir-rigward? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li l-Batterija tal-Qbajjar tiġi trasferita lil Din l-Art Ħelwa, fil-każ li ma jkunx hemm interess mill-Awtorità tal-Artijiet u Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellanta tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentaru numru 14567.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30504, 30826 u 31060 u jippubblika l-kuntratt ta’ konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ġie ingaġġat bħala ‘Strategic Advisor’ mal-Malta Film Commission f’nofs din is-sena, li jinkludi s-salarju inkluż il-benefiċċji kollha, it-termini tal-ingaġġ u meta jiskadi l-kuntratt tiegħu? Jista’ jippubblika wkoll ix-xogħol li dan l-individwu wettaq fil-kariga tiegħu li jiġġustifika dan l-ingaġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-persuna li qed tagħmel referenza għalih separatament għandu contract for service mal-Malta Film Commission li daħal fis-seħħ f’Awwissu 2025 b’terminu li jiskadi fl-aħħar ta’ Frar 2026 b’valur ta’ GBP 24,000. Il-kuntratt huwa marbut ma’ xogħol ta’ strateġija fuq relazzjonijiet internazzjonali, u komunikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30987 u jgħid kemm hemm studenti f’din is-sena skolastika, inklużi dawk li se jibdew għall-ewwel darba?
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30986 u jgħid għaliex ir-Resource Centre tal-Wardija se jiġi phased-out u l-persuni li jużaw din il-faċilità se jmorru Pembroke?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħal ma diġa tennejt b’mod verbali fil-parlament, l-istudenti li jattendu ċ-ċentru msemmi ser ikomplu bil-programm tagħhom fl-istess skola.
B’referenza għas-settur kreattiv, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma full-time gainfully employed, kemm hemm li huma rreġistrati part time u kemm hemm self-employed? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament u jelenka l-kategoriji differenti? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-ammont ta’ full timers li jħallsu rata tat-taxxa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-tabella t’hawn taħt turi t-total ta’ persuni
li kienu qed jaħdmu fis-settur kreattiv (NACE 90-
Creative, arts and entertainment activities
) sal-aħħar t`April 2025 (l-aħħar ċifri ppubblikati) maqsuma full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom. It-tabella turi wkoll kemm kien hemm persuni impjegati u self-employed.
Dwar taxxa nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Persuni f’impjieg fis-Settur Kreattiv sal-aħħar t`April 2025
Full Time
Part Time Only
Total
Persuni impjegati
583
97
680
Persuni self-employed
690
734
1,424
Total
1,273
831
2,104
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat sarx xi studju dwar il-ħsarat fuq il-Mitħna tax-Xagħra qabel inbeda x-xogħol u seħħ l-inċident li fih weġgħu xi ħaddiema ta’ Heritage Malta? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tal-istess studju fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm Health and Safety Officer fuq is-sit meta l-ħaddiema kienu qed jagħmlu x-xogħol fuq il-mitħna jew jekk saritx spezzjoni qabel mill-istess Health and Safety Officer?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-inċident seħħ waqt spezzjoni ta rutina. Ix-xogħolijiet li taghmel Heritage Malta fis-siti li tamministra kollha jsiru skond il-liġi, u jiġu rispettati ir-regolamenti tal-awtoritajiet kollha, inkluz tal-OHSA.
Mediterrane Film Festival u Malta Bee Awards - Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29533, jista’ l-Ministru jagħti l-istima tan-nefqa totali relatata mal-Mediterrane Film Festival u l-Malta Bee Awards għal din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-Mediterrane Film Festival li seħħ f’Ġunju li għadda, rapport relatat mal-impatt ekonomiku tiegħu ser jiġi ppubblikat fiż-żmien li ġej. Ta’ min ifakkar li dan l-avveniment internazzjonali ħalla riżultati pożittivi kbar f’pajjiżna, kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll minn dak tan-networking għall-produtturi Maltin, li sena wara sena aħna bħala Gvern assistejnihom u appoġġajnihom biex ikomplu jimxu ’l quddiem.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-istudenti li jattendu r-resource centres fosthom dawk li jattendu l-Helen Keller Resource Centre humiex se jkomplu jattendu Klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola fl-istess ċentru jew inkella humiex se jibdew imorru post ieħor? Jekk le, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li resource centres ma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati fi Triq Mater Boni Consiglii, l-Fgura viċin l-iskola primarja tal-Gvern u l-ġnien Patri Redent Gauci, peress li kull meta tagħmel ix-xita din iż-żona tegħreq u hija ta’ inkonvenjent u possibbilment ta’ periklu għar-residenti u l-istudenti li jattendu l-iskola?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Infrastructure Malta se tkun qed tirrevedi il-livelli tat-triq biex ikunu jista’ jiġi implimentat livell ta’ asfalt adegwat minħabba l-ilma li jinġabar f’din iż-żona.
Fid-dawl tal-ftehim imħabbar aktar kmieni din is-sena bejn l-Awtorità tal-Artijiet u Heritage Malta biex jitneħħew perikli mill-Batterija tal-Qbajjar fiż-Żebbuġ, Għawdex, u peress li m'hemm l-ebda xogħol viżibbli ħlief għal għadd ta' markers fuq l-istruttura li għadha miftuħa għall-pubbliku u tqajjem tħassib dwar il-vandaliżmu u s-sigurtà ta' dawk li jidħlu, jista' l-Ministru jipprovdi dettalji tax-xogħlijiet li saru biex jipprevjenu mwiet traġiċi bħal dik taż-żagħżugħa li mietet minħabba l-kollass tal-istruttura abbandunata tal-Batterija ta’ Riħama? Jista' jippreżenta xi riżultati ta’ surveys li saru f’dan ir-rigward? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li l-Batterija tal-Qbajjar tiġi trasferita lil Din l-Art Ħelwa, fil-każ li ma jkunx hemm interess mill-Awtorità tal-Artijiet u Heritage Malta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30504 u 30826 u jippubblika l-kuntratt ta’ konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ġie ingaġġat bħala ‘Strategic Advisor’ mal-Malta Film Commission f’nofs din is-sena, li jinkludi s-salarju inkluż il-benefiċċji kollha, it-termini tal-ingaġġ u meta jiskadi l-kuntratt tiegħu? Jista’ jippubblika wkoll ix-xogħol li dan l-individwu wettaq fil-kariga tiegħu li jiġġustifika dan l-ingaġġ?
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – Obbligu tal-Patrimonju
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inġabru flus mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minn ‘obbligi tal-patrimonju’ (heritage obligations), mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2014 sas-sena 2019 ma kien hemm l -ebda (nil) flus miġbura minn “obbligi tal-patrimonju”. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-flus miġbura mis-sena 2020 sat-30 ta’ Settembru, 2025 kif mgħoddija lili.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – Obbligu tal-Patrimonju
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inħarġu fatturi mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u x’kien l-ammont kumulattiv ta’ dawn il-fatturi biex jinġabru ‘obbligi tal-patrimonju’ (heritage obligation), mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda l-pjan ta’ riabilitazzjoni tal-Ġnien ta’ Sant Anton, speċjalment tal-passaġġi li saru ta’ periklu għal min ikun miexi f’dan il-ġnien?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara sejħa għall-offerti minn Project Green, it-tender għall-proġett ta’ Sant Anton intrebaħ mingħajr ma kien hemm kontestazzjoni. Bħalissa għaddej il-proċess biex ikun finalizzat il-kuntratt, fejn qed issir kordinazzjoni ma’ diversi stakeholders inkluż ir-residenti biex kulħadd ikun infurmat bil-proċess u jkun jista’ jagħti l-opinjonijiet tiegħu fuq il-proġett.
Ix-xogħlijiet se jiġu esegwiti f’fażijiet, fejn l-aċċess pubbliku se jinżamm miftuħ f’żoni li ma jkunx qed isir xogħol fihom. Kull fażi se tirrestawra sezzjoni tal-ġnien, li terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku kif titlesta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet il-produzzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u jipprovdi rendikont komplut u separat tan-nefqa sħiħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta illi l-produzzjoni li qed tagħmel referenza għaliha separatament, ittellgħet minn Teatru Malta f’kollaborazzjoni ma’ Fondazzjonijiet Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Heritage Malta, bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti, bħala kommemorazzjoni taċ-ċentinarju tal-aktar drammaturgu modern Malti influwenti, Francis Ebejer. Il-produzzjoni ttellgħet b’investiment ta’ €177,195.83. Ninformaha li din in-nefqa tkopri d-drittijiet u l-liċenzjar neċessarji, spejjeż artistiċi, fosthom il-cast u spejjeż tekniċi, kif ukoll dawk marbuta mal-loġisitika, inkluż health and safety. Inżid ngħid li din il-produzzjoni ttellgħet fuq perjodu ta’ erba’ t’ijiem. Nemmen li avveniment bħal dan jgħin sabiex jissaħħaħ il-patrimonju artistiku li għandna bħala pajjiż.