Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sena 2022 - Elezzjoni ġenerali - Assistenti Kummissarji - Għajnuna

Question

Jista’  l-Prim Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ persuni li talbu l-għajnuna tal-Assistenti Kummissarji Elettorali biex jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali tas-sena 2022, maqsuma distrett b’distrett?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lil Onor Interpellanta li din l-istatistika tinżamm mill-Kummissjoni Elettorali li hija korp kostituzzjonali li ma’ taqax taħt id-direzzjoni ta’ l-ebda Ministru. Ninforma ukoll lill Onor Interpellanta li dan it-tagħrif jinsab fir- Rapport dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali Marzu 2022 maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali u li tpoġġa fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra.

Mużew Marittimu - Attività - Permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Mużew Marittimu ntuża għall-attività politika mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, meta skont is-sit elettroniku ta' dan l-istess mużew, dan is-sit huwa temporanjament magħluq? Jista' jgħid ukoll kienx jaf dwar din l-attività u jekk inħariġx permess għal din l-attività? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn ingħata permess biex din l-attività issir f'mużew pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sala St Angelo Hall fi ħdan il-Mużew Marittimu għadha topera minkejja li l-ispazji tal-wirjiet ġewwa l-mużew bħalissa jinsabu fi proċess ta’ żarmar. Dan huwa possibbli peress li s-sala għandha faċilitajiet separati mill-bqija tal-mużew u tibqa’ aċċessibbli. Infurmat li il-kiri ta’ din is-sala jsir skont il-proċeduri kollha stabbiliti, u jkun jikkonsisti fil-kiri tas-sala biss. Infurmat li f’din l-istanza ukoll, kienet segwita l-istess proċedura fis-sħiħ.

MVPA - Użu tas-sala - MPO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sala li tappartjeni lill-iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA), li mhux qiegħda tintuża bħalissa, tingħata lill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) u l-iskola allura tibqa' tuża biss is-Sala Mikiel Anton Vassalli, li tintuża wkoll mill-iSchool of Music u entitajiet oħrajn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa qed jitfassal pjan fit-tul fejn jidħol l-aspett tal-arti performattiva fil-qasam tal-edukazzjoni. Dan ser ikun qed jinkludi fih oqsma varji ta’ investiment relatat ma’ din il-materja.

Parlament Ewropew - Esebizzjoni - Kriterji tal-esebituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-esebituri tal-esebizzjoni kulturali li ttellgħet ġewwa l-Parlament Ewropew il-ġimgħa li għaddiet fosthom dawk li tellgħu xogħol abbinat mal-Karnival flimkien ma' oħrajn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-aspetti artistiċi tal-esebizzjoni kienu kompletament taħt ir-responsabbiltà u d-direzzjoni tal-Artistic Directors.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (Hon. CLIFTON GRIMA)

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34113, 34261 u 34428 u ċjoè: Fid-dawl li l-istudenti li jattendu l-Iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA) (li jinkludu studenti tad-drama, mużika u żfin), iridu jmorru kulleġġ ieħor biex jesebixxu l-arti tagħhom; jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jitlesta x-xogħol fuq l-auditorium għall-istudenti li jattendu din l-istess skola? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet biex jinġieb investiment għal dan l-auditorium u jekk hemmx żmien stipulat għal meta jibdew ix-xogħlijiet, f’każ li hemm qbil fuq dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MVPA – Auditorium - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34113 u 34261 u ċjoè: Fid-dawl li l-istudenti li jattendu l-Iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA) (li jinkludu studenti tad-drama, mużika u żfin), iridu jmorru kulleġġ ieħor biex jesebixxu l-arti tagħhom; jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jitlesta ix-xogħol fuq l-auditorium għall-istudenti li jattendu din l-istess skola? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet biex jinġieb investiment għal dan l-auditorium u jekk hemmx żmien stipulat għal meta jibdew ix-xogħlijiet, f’każ li hemm qbil fuq dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla - Knisja Parrokkjali - Proġett ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-proġett ta’ restawr tas-saqaf tal-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla, liema proġett tħabbar fil-bidu ta’ din is-sena u li ser jingħata l-għajnuna mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll: i.    jekk ingħatawx fondi għal dan il-proġett jew huwiex se jiġi ffinanzjat direttament minn entità tal-Gvern; u ii.   jekk saritx sejħa pubblika għal dan ix-xogħol ta’ restawr?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif taf tant tajjeb l-Onor. Interpellanta, Malta hija mogħnija b’wirt kulturali reliġjuż rikk ħafna, inkluż Knejjes Parrokkjali li huma għal qalb id-diversi bliet u rħula. F’dan il-każ il-Gvern qed jikkontribwixxi finanzjarjament biex jgħin lill-awtoritajiet tal-Knisja mertu ta’ din l-Interpellanza f’dan il-proġett li hu mmexxi in toto mill-istess awtoritajiet tal-Knisja.  Persważ li l-Onor. Interpellanta taqbel ma’ dan kollu.

Bormla - Knisja Parrokkjali - Proġett ta’ restawr

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar il-proġett ta’ restawr tas-saqaf tal-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla, liema proġett tħabbar fil-bidu ta’ din is-sena u li ser jingħata l-għajnuna mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll: i.    jekk ingħatawx fondi għal dan il-proġett jew huwiex se jiġi ffinanzjat direttament minn entità tal-Gvern; u ii.   jekk saritx sejħa pubblika għal dan ix-xogħol ta’ restawr?

Response (ABELA, ROBERT)

Niltob lill-Onor.Interpellanta biex tagħmel l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Belt, Valletta - Installazzjoni artistika

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-installazzjoni li twaqqfet int u dieħel il-Belt Valletta?  Jista’ jgħid ukoll: i.    min kien l-uffiċjal inkarigat mill-valutazzjoni li wasslet għad-deċiżjoni li din l-istruttura tiġi meqjusa bħala “installazzjoni artistika”; ii.    jekk din il-persuna kellhiex il-kompetenzi meħtieġa u jekk kinetx debitament awtorizzata sabiex toħroġ deċiżjoni ta’ “ebda oġġezzjoni”; iii.    liema dokumentazzjoni ġiet sottomessa u kkunsidrata bħala parti minn dan il-proċess ta’ valutazzjoni u jekk hemm, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra; iv.    min kien/u l-perit/i jew l-uffiċċju/i ta' periti responsabbli għad-disinn ta' din l-istruttura u għall-installazzjoni tagħha; u v.    jekk l-għażla tal-perit jew tal-uffiċċju ta' periti saritx permezz ta’ direct order jew proċedura oħra ta’ akkwist?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.

Il-Belt, Valletta - Installazzjoni artistika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar l-installazzjoni li twaqqfet int u dieħel il-Belt Valletta?  Jista’ jgħid ukoll: i.    min kien l-uffiċjal inkarigat mill-valutazzjoni li wasslet għad-deċiżjoni li din l-istruttura tiġi meqjusa bħala “installazzjoni artistika”; ii.    jekk din il-persuna kellhiex il-kompetenzi meħtieġa u jekk kinetx debitament awtorizzata sabiex toħroġ deċiżjoni ta’ “ebda oġġezzjoni”; iii.    liema dokumentazzjoni ġiet sottomessa u kkunsidrata bħala parti minn dan il-proċess ta’ valutazzjoni u jekk hemm, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra; iv.    min kien/u l-perit/i jew l-uffiċċju/i ta' periti responsabbli għad-disinn ta' din l-istruttura u għall-installazzjoni tagħha; u v.    jekk l-għażla tal-perit jew tal-uffiċċju ta' periti saritx permezz ta’ direct order jew proċedura oħra ta’ akkwist?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onorevoli interpellanta għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 34206. Id-disinn u l-installazzjoni tal-istruttura kienu taħt ir-responsabbilita tad-ditta tal-periti li kienet ingaġġata skont il-proċeduri tal-akkwisti.

MVPA – Auditorium - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34113 u ċjoè: Fid-dawl li l-istudenti li jattendu l-Iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA) (li jinkludu studenti tad-drama, mużika u żfin), iridu jmorru kulleġġ ieħor biex jesebixxu l-arti tagħhom; jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jitlesta x-xogħol fuq l-auditorium għall-istudenti li jattendu din l-istess skola? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet biex jinġieb investiment għal dan l-auditorium u jekk hemmx żmien stipulat għal meta jibdew ix-xogħlijiet, f’każ li hemm qbil fuq dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MVPA – Auditorium - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl li l-istudenti li jattendu l-Iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA) (li jinkludu studenti tad-drama, mużika u żfin), iridu jmorru kulleġġ ieħor biex jesebixxu l-arti tagħhom; jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jitlesta x-xogħol fuq l-auditorium għall-istudenti li jattendu din l-istess skola? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet biex jinġieb investiment għal dan l-auditorium u jekk hemmx żmien stipulat għal meta jibdew ix-xogħlijiet, f’każ li hemm qbil fuq dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Belt Valletta – Struttura ta’ fejn il-funtana tat-Tritoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk inħariġx permess biex tkun tista’ tittella' l-istruttura fejn il-funtana tat-Tritoni u jqiegħed kopja tal-permess fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll kemm se tiswa’ l-"Immersive Experience Vision 2050" u jekk hijiex ser titħallas mill-privat jew minn fondi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-istruttura imsemmija hija maħsuba sabiex isservi ta’ Immersive Experience għal pubbliku dwar Viżjoni Malta 2050. Din l-esperjenza, li ser tkun miftuħa għal kulħadd mingħajr ebda ħlas għandha l-għan li tqarreb lill-pubbliku ma’ din il-Viżjoni li qed tipproġetta lil Malta sal-2050, permezz ta’ show artistiku u b’teknoloġija li tippermetti lil min iżuraha jimraħ dwar Malta futura. Din l-istruttura hija meqjusa bħala xogħol artistiku u skont il-liġi tal-ippjanar (Subsidiary Legislation 552.08, Class 4 (iv) , din ma ħteġitx permessi mill-istess Awtorita’. Kien meħtieġ biss komunikazzjoni u no objections mill-Kunsill Malti għal-Arti u minn Transport Malta, li ġew miksuba. Il-Budget għal din l-Immersive Experience huwa parti mill-vot allokat għal- Malta Vision 2050 fl-estimi finanzjarji tal-Baġit li diġa tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Junior Eurovision Song Contest - Produzzjoni tal-video mużikali - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33876 u jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq il-produzzjoni tal-video mużikali użat għall-Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar il-Ġeorġja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija relatata mal-produzzjoni ta’ programm li huwa ġestit bħala parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija u għaldaqstant hija ta’ natura kunfidenzjali.

Junior Eurovision Song Contest - Delegazzjoni Maltija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33875 u jgħid kemm kien in-numru totali ta’ persuni li kienu jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija għall-Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar f'Tbilisi, il-Ġeorġja? Jista’ wkoll jagħti lista ta’ dawn il-persuni u jgħid x’kien l-irwol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa totali fuq din il-parteċipazzjoni (Tbilisi, il-Ġeorġja 2025) u jaqsam dan l-ammont skont l-oqsma ewlenin (eż. ivvjaġġar, akkomodazzjoni, drittijiet ta’ parteċipazzjoni, produzzjoni artistika, u allowance per diem)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-lista tad-delegazzjoni Maltija għal Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar fi Tbilisi, il-Ġeorġja, kienet komposta minn Kap tad-Delegazzjoni, l-Inġ. Keith Chetcuti, Assistent Kap tad-Delegazzjoni, is-Sinjura Sefora Uzeh, il-Kap tal-Media l-Inġ. Jeremy Dalli, iċ-Chairperson tal-PBS is-Sa Anna Bonett Peplow, il-kantanta Eliza Borg, ħames żeffiena, il-kompożitur, l-awturi u l-korjografa u ġenitur/gwardjan għal  minuri li kienu qed jirrapreżentaw lil Malta bħala parti mid-delegazzjoni. Infurmat ukoll li d-dokumenti mitluba huma relatati mal-produzzjoni ta’ programm li huwa ġestit bħala parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija u għaldaqstant huma ta’ natura kunfidenzjali.

Teatru Manoel - Produzzjonijiet teatrali Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-produzzjonijiet teatrali Maltin li jsiru fit-Teatru Manoel u jgħid x’inhi r-raġuni li t-Teatru Nazzjonali jkollu produzzjoni waħda biss bil-lingwa Maltija kull staġun, apparti l-produzzjoni tar-rebbieħ/a konkors Francis Ebejer?

Response (BONNICI, OWEN)

Dan l-istaġun 2025/2026 it-Teatru Manoel qed itella’ 4 produzzjonijiet bil-Malti: Sofie, ta’ Anthony Portelli (rebbieħ tal-premju Studio Francis Ebejer), Pawlu Redux ta’ Oreste Calleja (minn Teatru Malta), Wara l-Mewġ, u Luke u n-Nannu Ċisju, dawn l-aħħar tnejn bħala parti mill-programm għat-tfal. It-Teatru Manoel, minbarra d-drammi, itella’ produzzjonijiet ta’ kull xorta - kunċerti kemm orkestrali, tal-baned u mużika kontemporanja, opri, musicals, spettakli taż-żfin, u jilqa’ wkoll produzzjonijiet minn pajjiżi differenti. Dan l-istaġun qed jittellgħu żewġ drammi oħra - waħda bit-Taljan (il Processo ta’ Kafka) u waħda bil-Franċiż (Le Jour du Mister).

Junior Eurovision Song Contest - Delegazzjoni Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ persuni li kienu jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija għall-Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar f'Tbilisi, il-Ġeorġja? Jista’ wkoll jagħti lista ta’ dawn il-persuni u jgħid x’kien l-irwol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa totali fuq din il-parteċipazzjoni (Tbilisi, il-Ġeorġja 2025) u jaqsam dan l-ammont skont l-oqsma ewlenin (eż. ivvjaġġar, akkomodazzjoni, drittijiet ta’ parteċipazzjoni, produzzjoni artistika, u allowance per diem)?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Villa Gwardamangia

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu pproġettat li jsir bil-binja ta’ Villa Gwardamangia meta tkun restawrata? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser: i.    jiġu esebiti memorabilja ta’ żmien ir-Regina Eliżabetta II meta kienet tgħix f’pajjiżna; ii.    tintuża bħala venue għall-avvenimenti privati bħal tiġijiet, fost oħrajn; u iii.    tkun qed tintuża għal użu kummerċjali biss, bħal ristoranti u/jew cafeteria?

Response (BONNICI, OWEN)

Dettalji se jkunu qed jingħataw fiż-żmien li ġej. Madankollu, neskludi minnufih ix-xenarju (iii).

Performing Arts – Pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jintroduċi skema jew mekkaniżmu speċjali sabiex dawk l-artisti fil-qasam tal-performing arts (bħal mużiċisti, atturi u artisti oħra), li jkollhom jieqfu kompletament milli jipprattikaw l-arti tagħhom meta jilħqu l-età tal-pensjoni u japplikaw għaliha, ikunu jistgħu jibqgħu jipprattikaw l-arti tagħhom b’mod limitat (pereżempju sa numru massimu ta’ sigħat fil-ġimgħa), mingħajr ma jitilfu d-dritt tagħhom għall-pensjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux jew humiex qed isiru studji jew konsultazzjonijiet dwar kif din is-sitwazzjoni tista’ tinbidel, sabiex l-artisti jkunu jistgħu jibqgħu attivi fil-qasam tagħhom, u l-pubbliku jkompli jgawdi l-esperjenza u t-talent tagħhom wara li jkunu ħarġu bil-pensjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti, permezz tal-ħidma strateġika tiegħu, qed janalizza diversi modi kif l-artisti u l-kreattivi mhux biss ikollhom karriera professjonali, iżda wkoll jibnu mudelli sostenibbli għall-intrapriża tagħhom. Għaldaqstant, filwaqt li s-settur artistiku u kreattiv diġa' jista’ jibbenefika minn miżuri eżistenti li jippermettu lill-ħaddiema jkomplu l-ħidma tagħhom wara l-eta' tal-pensjoni, permezz ta’ studji u riċerka li qed isiru flimkien ma’ msieħba settorjali, il-Kunsill qed jesplora wkoll mudelli internazzjonali li jistgħu jiġu implimentati f’pajjiżna fejn l-artisti u l-kreattivi jiġu ssalvagwardjati u offruti opportunitajiet akbar ta’ prattika professjonali kontinwa f’dan l-istadju avvanzat tal-karriera tagħhom.