Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 14 PQ #1808 Sitting 22 2022-06-27 Oral · Final From: JULIE ZAHRA (Partit Nazzjonalista)

Childcare Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a. Kemm hawn childcare centres f’Malta; b. Kemm hawn nies li jaħdmu f’childcare centres; ċ. Kemm hemm nuqqas ta’ child carers fi ħdan dawn ic-childcare centres; u d. Jekk hemmx xi pjanijiet jew miżuri biex iħajjar aktar nies japplikaw u jsegwu l-korsijiet ta’ child carers fi ħdan childcare centres?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hawn reġistrati mija sitta u sittin (166) ċentru għall-ħarsien tat-tfal u hemm impjegati elf, mitejn u disgħa u sebgħin persuna (1279). Il-maġġoranza assoluta taċ-ċentri huma kollha negozji privati. Kull min jixtieq jilħaq childcare educator (MQF livell 4) kif ukoll childcare manager (MQF livell 5) jista’ jagħmel dan billi isegwi korsijiet minn providers differenti li jkollhom parti kbira mill-prattiku li jsir fuq il-post tax-xogħol stess (fiċ-ċentri għal-ħarsien tat-tfal).

Fondi għal kumpaniji Maltin u Producers fil-qasam tal-Awdjoviżiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi allokati għal kumpaniji Maltin u producers li jaħdmu fil-qasam tal-awdjoviżiv?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-produzzjonijiet awdjoviżivi Maltin għandhom aċċess għal diversi skemi u fondi, amministrati kemm mill-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta kif ukoll minn entitajiet oħra. Infakkarha wkoll li l-produzzjonijiet lokali jistgħu jibbenefikaw minn inċentiv finanzjarju ta’ 40% cash rebate.

Fondi għal kumpaniji Maltin u Producers fil-qasam tal-Awdjo viżiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi allokati għal kumpaniji Maltin u producers li jaħdmu fil-qasam tal-awdjoviżiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-iskema Kultura TV hija miftuħa esklussivament għall-kumpaniji Awdjoviżivi rreġistrati mal-Malta Business Registry u għall-istazzjonijiet free-to-air u privati awtorizzati mill-Malta Broadcasting Authority. L-iskema għandha allokazzjoni ta €240,000.

Customer Care – każijiet ta’ ilmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu każijiet ta’ lmenti għand il-Customer Care matul is-sena l-oħra, kategorija b’kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa’ pendenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal liema entità qed tirreferi.

Dipartiment tas-Saħħa – servizz tal-Lifestyle

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tal-Lifestyle? Liema Ċentri għandhom dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Lifestyle Clinics ġew żviluppati u mibdula f’Assessment of Well-Being Clinics, f’Lulju tal-2021. Dan il-klinika tipprovdi servizz ta’ valutazzjoni medika tal-benesseri tal-pazjenti biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu identifikati riskji u fatturi li jwasslu għall-mard u problemi ta’ saħħa eżistenti li jkunu għadhom ma ġewx diagnosed. Din il-Klinika tipprovdi wkoll opportunità għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, kif ukoll aċċess għat-tim multidixxiplinarju tad-dipartiment tal-kura primarja biex ikun hemm kontinwita’ ta’ kura aħjar. Din tipprovdi wkoll monitoraġġ, edukazzjoni u informazzjoni lil pazjenti li jkollhom komorbiditajiet (prevenzjoni sekondarja) skont il-ħtieġa. Barra minn hekk, l-klijenti / pazjenti jiġu referuti wkoll għall-screening b’mod aktar regolari bħala parti mill-programm ta’ kura ta’ prevenzjoni primarja. B’dan il-mod, ikun possibbli li l-pazjent jingħata attenzjoni medika aktar f’waqtha u jkunu jistgħu jiġu evitati kumplikazzjonijiet mediċi aktar 'il quddiem. Minn Lulju tal-2021 sal-lum għamlu użu minn din is-servizz 9,385 pazjent. Dan is-servizz huwa bl-appuntament u bħalissa huwa disponibbli mill-kliniki fil-Kommunita’ ta’ Ħ’Attard, Ħad Dingli, il-Fgura, Ħal Għaxaq, il-Gudja, il-Ħamrun, il-Kalkara, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Mellieħa, Tal Pieta`, Tas Sliema, Santa Luċija, Ta’ Xbiex, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, Ħaż Żabbar, iż-Żejtun u ż-Żurrieq.

Każi ta’ reati ta’ abbuż fuq l-anzjani

Question

B’referenza għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 175, jista’ l-Ministru jindika f’liema lokalità twettqu reati ta’ abbuż kontra l-anzjani?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru tinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt. Lokalità Feriti fuq il-persuni Vjolenza domestika Serq b'armi Mugging Snatch and Grab Stupru Total ATTARD 0 6 0 0 0 0 6 BALZAN 0 1 0 0 0 0 1 BIRGU 1 0 0 0 0 0 1 BIRKIRKARA 6 10 2 0 0 0 18 BIRŻEBBUGIA 0 18 0 0 0 0 18 BORMLA 1 2 1 0 0 0 4 DINGLI 0 3 0 0 0 0 3 FGURA 0 4 0 0 1 0 5 GH’SIELEM - GHAWDEX 1 1 0 0 0 0 2 GHARGHUR 0 3 0 0 0 0 3 GHAXAQ 0 4 0 0 0 0 4 GUDJA 0 4 0 0 0 0 4 GZIRA 2 1 0 0 0 0 3 HAMRUN 3 6 0 0 2 0 11 IKLIN 1 2 0 0 0 0 3 ISLA 0 4 0 0 0 0 4 KALKARA 1 0 0 0 0 0 1 KIRKOP 0 2 0 0 0 0 2 MARSA 4 6 0 2 0 0 12 MARSASKALA 4 13 1 0 0 0 18 MELLIEHA 3 3 0 0 1 0 7 MOSTA 2 2 1 0 0 1 6 MQABBA 1 3 0 0 0 0 4 MSIDA 2 14 0 0 0 0 16 NADUR - GHAWDEX 0 4 0 0 0 0 4 NAXXAR 2 3 0 0 0 0 5 PAOLA 3 1 0 0 3 0 7 PIETA' 0 1 0 0 0 0 1 QORMI 3 15 0 2 0 0 20 QRENDI 0 2 0 0 0 0 2 RABAT 2 1 0 0 0 0 3 RABAT - GHAWDEX 2 1 0 0 0 0 3 SAFI 1 0 0 0 0 0 1 SAN GILJAN 3 0 0 0 0 0 3 SAN GWANN 1 5 0 0 0 0 6 SAN PAWL IL-BAHAR 6 12 0 0 0 1 19 SANTA LUCIJA 1 3 0 0 0 0 4 SANTA VENERA 3 7 0 1 0 0 11 SIGGIEWI 2 7 0 0 0 0 9 SLIEMA 2 4 0 0 0 0 6 SWIEQI 0 3 0 0 0 0 3 TA' XBIEX 0 4 0 0 0 0 4 TARXIEN 0 2 0 0 0 0 2 VALLETTA 1 9 0 1 0 0 11 XAGHRA - GHAWDEX 0 1 0 0 0 0 1 XEWKIJA - GHAWDEX 1 0 0 0 0 0 1 ŻABBAR 2 9 0 0 1 0 12 ŻEBBUG 2 10 0 0 0 0 12 ŻEBBUG - GHAWDEX 1 0 0 0 0 0 1 ŻEJTUN 2 4 0 0 0 0 6 ŻURRIEQ 3 5 0 0 0 0 8 Grand Total 75 225 5 6 8 2 321

Child Care Centres – korsijiet ta’ child carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet jew miżuri biex iħajjar aktar persuni japplikaw u jsegwu l-korsijiet ta’ child carers fi ħdan child care centres? Jista' jgħid kemm hawn child care centres f’Malta? Kemm hawn persuni li jaħdmu f’child care centres? Kemm hemm nuqqas ta’ child carers fi ħdan dawn iċ-child care centres?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Kumpaniji Maltin u producers fil-qasam tal-audio visual – allokazzjoni ta’ fondi minn dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi allokati mid-dipartimenti kollha tal-Gvern għal kumpaniji Maltin u producers li jaħdmu fil-qasam tal-audio visual?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Malta Film Awards – spiża

Question

Fid-dawl li l-Malta Film Awards ġie jiswa madwar €1.3 miljun, jista’ l-Ministru jgħid b’mod separat: kemm kienet l-ispiża fuq il-billboards li twaħħlu f’diversi postijiet madwar pajjiżna; l-armar tal-palk; kemm ġie jiswa l-audio/sound; kemm ġew jiswew il-projectors; kemm ġie jiswa d-dawl; kemm ġiet tiswa s-sala minn meta ried jitlesta l-armar sa wara l-avveniment; ir-reklamar fuq il-media soċjali, stazzjonijiet televiżivi fuq ir-radji u ġurnali; u kemm ġew jiswew il-ħlasijiet tal-persuni li ppreżentaw l-awards, jekk ġew imħallsa, apparti l-preżentatur?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Malta Libraries – Sejħa għal Chief Operations Officer

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 749, jista’ l-Ministru jirrispondi dawn id-domandi: Fejn ġiet ippubblikata s-sejħa għal Chief Operations Officer (C.O.O.) fl-Aġenzija Malta Libraries? X’rekwiżiti ntalbu fis-sejħa għall-istess C.O.O.? Minn min kien kompost il-Bord tal-Għażla u fuq liema kompetenza? Kemm applikaw kandidati? Min kien il-kandidat jew kandidata li ntgħażlet? Xi kwalifiċi għandu jew għandha fix-Xjenzi tal-Libreriji u Arkivji? X’kienu x-xogħlijiet preċedenti tal-kandidat magħżul? Minn meta beda t-terminu tiegħu/tagħha fil-Malta Libraries?

Response (BONNICI, OWEN)

Issir referenza għal tweġiba parlamentari 749 rigwardanti l-pożizzjoni ta’ Chief Operations Officer (COO) ma’ Malta Libraries, li ġiet mimlija skont id-Direttiva Nru 7 (Delegation of Authority to Recruit in the Public Sector Entities) nhar it-23 ta’ Novembru 2020 u dan għal perjodu ta’ tliet snin.

Kumpaniji, koperattivi, partnerships u NGOs li qed jagħmlu użu mid-Design Cluster

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, koperattivi, partnerships u NGOs li qed jużaw id-Design Cluster? Liema huma dawn il-kumpaniji? X’tip ta’ kumpaniji hemm fi ħdan id-Design Cluster? Kemm hemm studios li għadhom vakanti? Kemm hemm membri li qed jużaw il-co-working spaces?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Teatru Manoel – direttur artistiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun hemm is-sejħa għal direttur artistiku tat-Teatru Manoel?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed jiġu studjati x’għandhom ikunu l-aħjar strutturi għad-direzzjoni artistika tat-Teatru Manoel u lil hinn u qed issir konsultazzjoni wiesgħa għal dan il-għan.

Ċentri tas-saħħa — servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika x’servizzi hemm f’kull Ċentru tas-Saħħa tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Film Studio – producers Maltin — rati

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi r-rati li jiġu ċċarġjati producers Maltin sabiex jagħmlu użu mit-tankijiet tal-ilma fil-Malta Film Studios?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Malta Film Studios jilqa’ talbiet minn kwalunkwe produttur - kemm lokali u kemm barrani. Minħabba li kull proġett imressaq lejn il-Malta Film Studios huwa wieħed ta’ natura kreattiva jkun jeħtieġ li wieħed jara eżattament liema faċilitajiet, uffiċini, spazji, riżorsi umani u fuq kollox it-tul ta’ żmien li huma bżonjużi u adegwati għall-proġett imsemmi. Dan l-eżerċizzju jsir kull darba li ssir rikjesta minn produttur partikolari. Meta jsir dan l-eżerċizzju, il-Malta Film Studios tissupplixxi rata indikattiva bbażata fuq id-diskussjonijiet li jkunu saru. Ir-rati mogħtija huma ta’ natura kummerċjali u għalhekk suġġetti għal tibdil kontinwu minn sena għal oħra, anke minħabba t-tisħiħ fl-infrastruttura li qiegħda ssir. Produtturi barranin, u issa wkoll anke dawk lokali, huma eliġibbli għal inċentivi fiskali b’saħħithom li toffri l-industrija tal-films f’Malta permezz tal-linji gwida u kriterji aċċessibbli għal dawn l-istess produtturi. Ta’ min jirrimarka li l-aħħar investiment li sar fil-Malta Film Studios kien madwar 40 sena ilu u propju issa l-Gvern nieda masterplan tal-Malta Film Studios ibbażat fuq investiment ta’ €35 miljun. Waqt il-perjodu tal-pandemija tal-COVID-19, l-industrija tal-films iġġenerat aktar minn mitt miljun fl-ekonomija Maltija.

Birkirkara, Ħal Lija, Ħal Balzan u l-Iklin — xogħlijiet - skeda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti skeda ta’ xogħlijiet ta’ titjib u asfaltar fit-toroq ta’ Birkirkara, Ħal Lija, Ħal Balzan u l-Iklin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fil-lokalità ta’ Birkirkara diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Santwarju, Triq Mike Pulis, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq Tumas Fenech, Triq il-Ħerba, Triq l-Isqof Labini, Triq Anġlu Mallia, Triq Ċensu Costa, Triq Kan. Karmenu Pirotta, Triq Robert Farrugia Randon, Triq Ġorġ Borġ u Triq Sisla, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq in-Naxxar, Triq Papa Urbanus VIII u Triq Mons Alfred Mifsud. Fil-lokalità ta’ Ħal Lija diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Ferdinand Grech, Triq Carlo Darmanin, Triq Ugo Mifsud, Triq Annibale Preca u fi triq ġdida fi Triq il-Mosta, bħalissa qegħdin isiru Triq R Barbaro, Triq Ħal Bordi, Triq Cottoner, Triq tal-Mirakli, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq is-Salvatur u Triq il-Kbira. Fil-lokalità ta’ Ħal Balzan diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq it-Tabib J Zammit, Triq Sir Antonio Micallef, Triq il-Qarċilla, Triq l-Għerusija u Triq il-Wied, waqt li diġà hemm ippjanati biex fi¿-¿mien li ġej jibda x-xogħol fi Triq Balaguer u Triq Sigismondo Dimech. Fil-lokalità tal-Iklin diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Prinjol, Triq il-Bruka, Triq Ħwawar u triq bla isem ħdejha, triq oħra bla isem ħdejn Triq Erin Seracino Inglott u Triq il-Wied, waqt li diġà hemm ippjanat biex jibda x-xogħol fi Triq Geromino Abos.

Ħal Balzan — Triq il-Kannizzata u Triq il-Kbira - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi n-natura tax-xogħlijiet li saru fi Triq il-Kannizzata u Triq il-Kbira Ħal Balzan u r-raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet baqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu? Tista' tgħid jekk il-Kunsill ta’ Ħal Balzan u r-residenti ta’ dawn it-toroq kinux infurmati b’dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru mill-Enemalta kienu parti mill-programm vast ta’ xogħlijiet li qed isiru f’diversi bnadi tal-pajjiż għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu tħaffir ta’ trinek u tqiegħed ta’ cables ġodda. B’dan il-proġett, ir-residenti ser ikollhom stabbiltà fil-provvista tal-elettriku. Wara dawn ix-xogħlijiet kellu isir l-asfaltar tul il-wiesa tat-triq kollha. Biex tagħmel dawn ix-xogħlijiet, l-Enemalta dejjem titlob il-permessi meħtieġa minn Transport Malta. Minħabba li din hija triq traffikuża u hija rotta għal karozzi tal-linja, l-permess ngħata bil-kundizzjoni li x-xogħol isir bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu.

Malta Libraries — Chief Operations Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: A. Id-data li fiha ħarġet is-sejħa għall-Chief Operations Officer (COO) fl-Aġenzija Malta Libraries; B. Fejn ġiet ippubblikata; C. X’rekwiżiti ntalbu fis-sejħa għall-istess COO.; D. Minn min kien kompost il-bord tal-għażla, u fuq liema kompetenza; E. Kemm applikaw kandidati; F. Min kien il-kandidat jew kandidata li ntagħażlet; G. Xi kwalifiċi għandu jew għandha fix-Xjenzi tal-Libreriji u Arkivji; H. X’kienu x-xogħlijiet preċendenti tal-kandidat magħżul; u I. Minn meta beda t-terminu tiegħu/tagħha fil-Malta Libraries?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li il-pożizzjoni ta’ Chief Operations Officer (COO) ma’ Malta Libraries ġiet mimlija skont id-Direttiva Nru 7 (Delegation of Authority to Recruit in the Public Sector Entities) nhar it-23 ta’ Novembru 2020 u dan għal perjodu ta’ tliet snin.

Ħal Balzan — Triq il-Kannizzata u Triq il-Kbira - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-natura tax-xogħlijiet li saru fi Triq il-Kannizzata u Triq il-Kbira Ħal Balzan u r-raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet baqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu? Jista' jgħid jekk il-Kunsill ta’ Ħal Balzan u r-residenti ta’ dawn it-toroq kinux infurmati b’dawn ix-xogħlijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorr. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.