Legislature:
Category:
Reset
Active:

Film Awards/Malta Film Week – Budget 2023

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra fuq meta ser iseħħ il-Malta Film Week u l-Malta Film Awards fis-sena 2023 u jekk il-Malta Film Commission għandhiex budget għal dan l-avveniment u kemm ser tkun l-ispiża għas-sena d-dieħla?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-estimi finanzjarji li diġa’ tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kompetizzjoni Presepju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni biex ikunu ġudikanti tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-presepji u jekk kienx hemm nutar li ħa ħsieb il-proċess tal-kompetizzjoni? Jista’ jsemmi min huma l-ġudikanti u l-kompetenza li għandhom fuq dan il-qasam?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ġnien Sa Maison – Skultura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża totali fejn jagħti break down tal-ispejjeż fosthom il-fotografija u oħrajn tal-iskultura mqiegħda fi Ġnien Sa Maison minn Ugo Rondinone? Jista’ jgħid ukoll fuq liema kriterji ntgħażel l-artist? Jista’ jgħid kemm kienet il-miżata tal-artist inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-alloġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex l-informazzjoni tinġabar.

Financial Incentives for the Audiovisual Industry — korrispondenza

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil li tħabbar aktar kmieni din is-sena fil-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate? Jista’ jippubblika wkoll l-approvazzjoni li ngħatat mill-Kummissjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MICAS – International Art Weekend – għażla tal-artista

Question

B'referenza għall-International Art Weekend organizzat mill-MICAS, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet l-artista li pproduċiet l-arti magħrufa bħala ‘The Palm Goddess of Malta’? Min għamel din l-għażla u kif? Kien hemm sejħa pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-programm artistiku tal-MICAS jiġi mfassal mill-Kumitat Kreattiv tal-MICAS li jagħżel l-artisti li ħa jiġu kkummisjonati jew li minn għandhom ħa jiġi misluf x-xogħol artistiku. Għaldaqstant l-artista internazzjonali Michele Oka Doner intgħażlet minn dan il-kumitat.

MICAS – The Palm Goddess of Malta

Question

B’referenza għall-arti ‘The Palm Goddess of Malta’ inawgurata mill-MICAS, jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet, min ħallas u min tħallas tagħha? Apparti l-artista, kien hemm xi ħlasijiet ulterjuri, inklużi aġenti? X’se jiġri minnha din il-biċċa arti ladarba ma tibqax esebita fejn hi bħalissa, fil-Belt Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-iskultura ‘The Palm Goddess of Malta’ ma ġietx akkwistata iżda din ġiet mislufa b’xejn mill-artista. Infurmat li fil-mument li ma tibqax esebita fejn hi bħalissa, l-iskultura se tiġi eventwalment esebita abbażi ta self, fil-ġnien tal-iskultura tal-MICAS.

Puliziija — inċidenti stradali u teħid ta' xorb jew sustanzi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx relazzjoni bejn inċidenti stradali speċjalment dawk li jinvolvu persuni li jinqatlu jew iweġġgħu u t-teħid ta' xorb jew sustanzi oħra? Hemm xi studju dwar dan u x’qed jikkaġuna sewqan ħażin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi il-kosegwenzi ta’ inċidenti stradali jkunu fil-konklużjonijiet ta’ inkjesti Maġisterjali, relatati ma’ kull każ speċifiku. Is-suġġett li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Membru jirrigwarda entitá oħra u għalhekk nitlobha tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Malta Film Commission – linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry

Question

Peress li f’Marzu li għadda l-Malta Film Commission ippubblikat linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate, u skont Artiklu 5 ta’ dawn il-Linji Gwida, dawn jidħlu fis-seħħ ġaladarba jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali, għaldaqstant jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola dawn il-linji gwida u jinforma lill-Kamra meta daħlu fis-seħħ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Financial Incentives for the Audiovisual Industry – studju ekonomiku u finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju ekonomiku u finanzarju li l-gvern għamel fl-aħħar snin u li fuqu jiġġustifika ż-żieda fil-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate li ħabbar f’Marzu li għadda?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu, l-Onor. Interpellanta se tingħata l-opportunità li tara hi personalment id-dokumenti mitluba.

Financial Incentives for the Audiovisual Industry – għoti ta’ inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal- 2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Jurassic World Dominion – spiża totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-press junket, atturi u crew tal-film Jurassic World Dominion li kienet preżenti f’Malta għall-premiere tiegħu, inkluż titjiriet, akkomodazzjoni, catering, trasport u spejjeż oħra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-ewwel darba fl-istorja tal-blockbusters li nġibdu lokalment, pajjiżna deher bħala Malta fl-iscript tal-film. Universal Pictures għażlet lil Malta bħala l-post ideali għal ‘Jurassic World: Dominion’ Global Press Tour u għaldaqstant l-ispejjeż ta’ vjaġġar u akkomodazzjoni kienu mħallsa mill-kumpanija stess. L-ispejjeż relatati mal-Global Press Tour, li kien jikkonsisti f’aktar minn 40 ġurnalist, jammonta għal €2900. Il-Malta Film Commission se tkompli tiffoka biex Malta tikseb il-coverage internazzjonali li jixraqilha permezz ta’ inizjattivi bħal dawn. Huwa maħsub li l-exposure li ħadet Malta minn din il-press junket jammonta għal mijiet ta’ eluf ta’ Ewro, liema dettalji għadhom qegħdin jinġabru.

Jurassic World Dominion – rapport ta’ coverage

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport iddettaljat tal-coverage li bbenefika minnu pajjiżna fil-media internazzjonali permezz tal-press junket li nġieb Malta għall-premiere tal-film Jurassic World Dominion?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Film Jurassic World Dominion – spiża totali għall-premiere

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm kienet l-ispiża totali tal-press junket, atturi u crew tal-film Jurassic World Dominion li kienet preżenti f’Malta għall-premiere tiegħu, inkluż titjiriet, akkomodazzjoni, catering, trasport u spejjeż oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Film Jurassic World Dominion – coverage tal-premiere f’midja internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport iddettaljat tal-coverage li bbenefika minnu pajjiżna fil-midja internazzjonali permezz tal-press junket li nġieb Malta għall-premiere tal-film Jurassic World Dominion?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Biennale Ta’ Venezja 2022 — Parteċipazzjoni Ta’ Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a. Min kienet il-ġurija jew il-bord (lista ta’ ismijiet u kunjomijiet) li ddeċieda liema grupp jirrappreżenta lil Malta fil-Biennale ta’ Venezja 2022? b. X'kienet il-kompetenza ta' dawn il-persuni li ntgħażlu biex ikunu fit-tali bord jew ġurija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: · Rugilé Barzdžuikaité - Artista Litwana. Irrappreżentat lil pajjiżha fit-58 edizzjoni tal-Biennali tal-Arti Kontemporanja ta’ Venezja. Fost diversi premjijiet internazzjonali rebħet il-Golden Lion Award tal-Festival Ċinematografiku ta’ Venezja bl-opra-prestazzjoni Sun and Sea. Hija wkoll produttriċi ċinematografika u direttriċi teatrali. · Toni Sant - Akkademiku Malti. Bħalissa Direttur tad-Digital Curation Lab tal-Università ta’ Salford, Manchester. Serva wkoll fil-kariga ta’ Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv tal-Belt Valletta. · Matthew Joseph Casha - Perit tal-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja 2019. · Ri Chakraborty - Produttriċi eżekuttiva u kap editriċi. Rebħet diversi premji għall-ħidmiet fuq dokumentarji u films fil-livell globali. · Rupert Cefai - Artist viżiv. Chairman ta’ Fondazzjoni Kreattività mill-2013.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Wara dak li ntqal mill-eNGO Flimkien għall-Ambjent Aħjar, ċjoé li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed issir estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u kif ukoll li hemm impjegati mill-istess Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jekk hemm? Jista’: a. jagħti d-data ta’ meta kull persuna daħlet taħdem fis-Sovrintendena tal-Patrimonju Kulturali; b. jinidika l-kariga u l-grad li kull persuna kienet tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar fil-mument li daħlet fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju; c. jndika l-kariga u l-grad li tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar illum minkejja li taħdem mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; d. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li daħlet fiha fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; u e. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li tokkupa llum fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim jew kuntratt li jirregola l-ingaġġ ta’ dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Teatru Manoel — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru: a. Jgħid kemm hemm nies impjegati jaħdmu fi ħdan it-Teatru Manoel; b. Jgħid x’inhu t-titlu tax-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn l-impjegati; c. Jgħid x’inhuma l-kompetenzi u l-kwalifiki li għandhom abbinati ma’ xogħolhom; u d. Jagħti rendikont tas-salarji ta’ kull impjegat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament, it-Teatru Manoel jimpjega 32 ħaddiem, li jinkludu l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv u l-Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet. Id-dettalji mitluba jinsabu fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Teatru Manoel – bord tat-tmexxija

Question

Peress li bħalissa t-Teatru Manoel ma għandux direttur artistiku, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika (policy) tal-bord tat-tmexxija fil-preżent? Meta ġie appuntat dan il-bord tat-tmexxija? X’kienu l-kriterji prinċipali tas-selezzjonijiet tal-programm ta’ din is-sena? Min iddeċieda u għażel l-avvenimenti/programm ta’ din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Bord ġie appuntat din is-sena u huwa magħmul minn 11-il membru. Il-maġġor parti tal-produzzjonijiet teatrali li kienu u li qed jiġu mtella’ fit-Teatru minn meta nfetaħ, wara li kien ingħalaq minħabba r-regolamenti tas-saħħa pubblika dwar il-Covid-19, kienu approvati mill-Board Maniġerjali ta’ qabel u mid-Direttur Artistiku li kellu t-Teatru dak iż-żmien. Dawn il-produzzjonijiet teatrali kellhom jiġu posposti minħabba ċ-ċirkostanzi tal-pandemija, madankollu t-Teatru żamm l-impenn li kien ħa sabiex itellagħhom wara li jitneħħew ir-restrizzjonijiet. Sakemm jiġi ingaġġat Direttur Artistiku ġdid, is-Senior Management tat-Teatru qed jipproponi produzzjonijiet artistiċi, flimkien mal-ispejjeż li jinvolvu, għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Board Maniġerjali. Is-Senior Management huwa kompost mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv, mis-Senior Manager tal-avvenimenti u l-produzzjonijiet, mill-Koordinatur tat-ToiToi (pjattaforma performattiva intiża għaż-żgħażagħ) u mill-Assistent Direttur għall-Marketing. Irrid ngħid ukoll li s-sejħa għal Direttur Artistiku se toħroġ fil-jiem li ġejjin.