Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kompetizzjoni Presepju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4891 u jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni biex ikunu ġudikanti tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-presepji u jekk kienx hemm nutar li ħa ħsieb il-proċess tal-kompetizzjoni? Jista’ jsemmi min huma l-ġudikanti u l-kompetenza li għandhom fuq dan il-qasam?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kriterji li fuqhom intgħażlu l-ġudikanti tal-kompetizzjoni nazzjonali tal-presepji ġew imfassla wara konsultazzjoni li d-Direttorat tal-Kultura kien għamel mal-presepisti kif ukoll ma’ artisti u dilettanti. Infurmat li l-ġudikanti huma nies kompetenti f’dan il-qasam li saħansitra attendew diversi korsijiet kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, ġudikanti li ġew fl-ewwel postijiet f’diversi f’kompetizzjoni nazzjonali tal-presepji kif ukoll ġudikanti li huma midħla sew ukoll fil-qasam tal-kultura. Fuq nota finali, infurmat illi fil-fażi tal-ġbir u l-għadd tal-punti kien hemm il-preżenza ta’ avukat tad-Direttorat tal-Kultura sabiex ssorvelja l-process relattiv u assigura process ġust.

Ġnien Sa Maison – Skultura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4892 u jgħid kemm ġiet l-ispiża totali fejn jagħti break down tal-ispejjeż fosthom il-fotografija u oħrajn tal-iskultura mqiegħda fi Ġnien Sa Maison minn Ugo Rondinone? Jista’ jgħid ukoll fuq liema kriterji ntgħażel l-artist? Jista’ jgħid kemm kienet il-miżata tal-artist inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-alloġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispiża fuq ix-Xogħol artistiku (VAT inkluż) kienet kif ġej: Eva Galerie (Artwork) 383,884.00 Insurance 2,775.00 Agius Stonework 32,957.40 Attrans Transport 4,845.08 Sway Brothers – Għodda 328.04 Rigward l-għażla tal-installazjoni, infurmat li din saret mill-Kumitat Kreattiv tal-MICAS li jagħżel l-artisti li ħa jiġu kkummissjunati jew li mingħandhom ħa tiġi mislufa l-biċċa xogħol artistika. Infurmat ukoll li x-xiri kollu msemmi hawn fuq ġie approvat wara l-proċeduri neċessarji mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Intant infurmat ukoll li dan ix-xogħol artistiku llum huwa stmat li fis-suq jiswa €700,000.

MCC – Valletta Cultural Agency – proġett tal-Opera Written on Skin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett tal-Opera ‘Written on Skin’ tal-kompożitur George Benjamin li kienet se tittella’ mill-Valletta Cultural Agency f’Dar il-Mediterran (u li minħabba l-pandemija kellha tiġi streamed online u mxandra fuq it-TV) ma saritx u l-kunċert li kellu jittella’ (ukoll streamed u mxandar) minflokha, ma sarx lanqas? Jista’ jagħti r-rendikont tal-ispejjeż li ħarġet il-Valletta Cultural Agency, fosthom tal-kantanti u d-direttur tal-orkestra kif ukoll għall-ivjaġġar u l-akkomodazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kif kien imħabbar pubblikament, l-opera ‘Written on Skin’ tal-kompożitur George Benjamin ma kinitx saret għaliex, sfortunatament, numru konsiderevoli ta’ mużiċisti mill-MPO kellhom jassoġġetaw ruħhom fi kwarantina, kemm minħabba każijiet ta’ mard tal-COVID-19 kif ukoll minħabba kuntatt li seta’ kien hemm mal-istess każijiet ta’ mard, u dan skont kif kien mitlub mir-regoli sanitarji fis-seħħ dak iż-żmien u fuq il-parir mogħti mill-awtoritajiet tas-saħħa. Għalhekk, minħabba dawn iċ-ċirkostanzi ma setgħetx tiġi eżegwita l-opera. Intant minflok ‘Written on Skin’ kien ittella’ kunċert imsemmi ‘Songs of Hope’ li ġie mxandar fuq TVM fl-ewwel ta’ Mejju 2021. Fir-rigward tal-ispejjez relattivi, infurmat li dawn kienu skont kif gej: Servizz Total Surmast €18,000.00 Direttur tax-Xenografija €4,387.82 Orkestra €42,721.86 Sopran €10,000.00 Baxx €10,000.00 Tenur €6,300.00 Kontra-Tenur €10,000.00 Mezzo €6,000.00 Pjanista €5,490.00 Sound Engineer €6,541.19 Post-produzzjoni għax-xandir €11,564.00 PBS €2,655.00 Teatru €25,147.57 Drapp għax-xenografija €961.70 Audio €5,758.40 Fjuri €102.00 Drittijiet €305.72 Akkomodazzjoni €4,193.37 Testijiet PCR €480.00 Titjiriet tal-ajru €3,112.72 L-ammonti jinkludu l-VAT kif ukoll it-taxxa ta' 10% tal-intratteniment pagabbli Malta skont Artiklu 18(a) tal-KAP 123 tal-Liġijiet ta' Malta fejn applikabbli.

Belt Valletta – Knisja tad-Dumnikani – Requiem ta’ Mozart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa r-Requiem ta’ Mozart li ġiet imtella’ mill-Valletta Cultural Agency is-sena l-oħra, nhar it-2 ta’ April 2022 fil-Knisja tad-Dumnikani l-Belt Valletta? Jista’, jekk jogħġbu, jagħti kontijiet separati tal-kantanti, tad-direttur tal-orkestra, tal-Malta Philharmonic u tal-Kor tal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia, inkluż spejjeż ta’ akkomodazzjoni u titjiriet tal-ajru?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Servizz Total Sopran 5,900 Mezzo Sopran 5,989.89 Baritonu 4,720 Tenur 8,850 Kor 47,200 Surmast 11,800 Orkestra 15,965 Akkomodazzjoni 19,289 Trasport 542 Titjiriet tal-Ajru 6,400.63 Pjattaforma għall-kor fil-knisja sabiex ikun hemm id-distanza sanitarja meħtieġa 5,841 Sigurtà 188.61 Dwal 572.3 Filming 1,056.10 Stampar 677.61 Knisja ta' San Duminku 1,500 Fjuri 88.78 L-ammonti miġjuba jinkludu l-VAT kif ukoll it-taxxa ta' 10% tal-intratteniment pagabbli Malta skont Artiklu 18(a) tal-KAP 123 tal-Liġijiet ta' Malta fejn applikabbli

Valletta Cultural Agency – Kunċert tat-Tenur Josè Cura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Kunċert tat-Tenur Josè Cura li ġie mtella’ mill-Valletta Cultural Agency fit-2 ta’ Ottubru 2022? Jista’, jekk jogħġbu, jagħti kontijiet separati tal-kantant kif ukoll tal-parteċipanti, li d-dettalji dwarhhom qed jingħataw separatament, inkluż spejjeż ta’ akkomodazzjoni u titjiriet tal-ajru?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Servizz Total Kantant 13,110.98 Titjiriet tal-ajru 328.00 Akkomodazzjoni 1,352.50 Pjanista 4,800 Attriċi 3,000 Traduzzjoni 4,500 Surtitli 200 Drittijiet 1,021.14 Rekordjar 700 Stampar 1,800 Fjuri 250.8 L-ammonti miġjuba jinkludu l-VAT kif ukoll it-taxxa ta' 10% tal-intratteniment pagabbli Malta skont l-artikolu 18(a) tal-Kap. 123 tal-Liġijiet ta' Malta fejn applikabbli. Infurmat li bħala parti minn ftehim ta' kollaborazzjoni bejn Entitajet Pubbliċi Kulturali, ma nżammet l-ebda kirja għall-użu tat-teatru fejn ittella' l-kunċert.

Birkirkara – Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlesta l-Health Centre ta' Birkirkara u meta beħsiebu jerġa’ jibda jopera u jkompli jagħti d-diversi servizzi lejn iċ-ċittadini li joqogħdu Birkirkara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan hu, li c- Ċentru tas-Saħħa ta’ B’Kara jerġa jibda jopera it-tieni sitt xhur ta’ din is-sena. Fil-frattemp, is-servizz tat-teħid tad-demm u dak tal-Podjatrija baqgħu jingħataw miċ-Ċentru ta’ B’kara.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4897 u 2382 u ċjoè: Wara dak li ntqal mill-eNGO Flimkien għall-Ambjent Aħjar, u ċjoé li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed issir estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u kif ukoll li hemm impjegati mill-istess Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jekk hemm? Jista’ wkoll: a. jagħti d-data ta’ meta kull persuna daħlet taħdem fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; b. jindika l-kariga u l-grad li kull persuna kienet tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar fil-mument li daħlet fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; c. jindika l-kariga u l-grad li tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar illum minkejja li taħdem mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; d. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li daħlet fiha fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; u e. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li tokkupa llum fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim jew kuntratt li jirregola l-ingaġġ ta’ dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. interpellanta li attwalment hemm sitt persuni li jinsabu fuq self mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Infurmat li l-kariga u grad okkupati minnhom fi ħdan is-Sovrintendenza hu hekk: • Kurt Farrugia – Unit Head - Planning Consultations Unit (05.11.18 -01.11.2020); Superintendent - Ġie appuntat Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali fit-2 ta’ November 2020 għal perjodu ta’ ħames (5) snin • Jonathan Borg – Unit Head - Heritage Planning, Consultation and Restoration Monitoring Unit • Kevin Borda – Unit Head- National Inventory, Research and Archaeology Unit • Kenneth Cauchi – Senior Executive Officer - Heritage Planning, Consultation and Restoration Monitoring Unit • Mark Cassar – Senior Executive Officer - Heritage Planning, Consultation and Restoration Monitoring Unit • Audrey Camilleri – Executive Office - Superintendent’s Office Intant kopji tal-inkartament rikjest bid-dettalji relattivi qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Financial Incentives for the Audiovisual Industry — korrispondenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4340 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil li tħabbar aktar kmieni din is-sena fil-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate? Jista’ jippubblika wkoll l-approvazzjoni li ngħatat mill-Kummissjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Financial Incentives for the Audiovisual Industry – għoti ta’ inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4896 u 4339 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission – linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4895 u 4337 u ċjoè: Peress li f’Marzu li għadda l-Malta Film Commission ippubblikat linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate, u skont Artiklu 5 ta’ dawn il-Linji Gwida, dawn jidħlu fis-seħħ ġaladarba jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali, għaldaqstant jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola dawn il-linji gwida u jinforma lill-Kamra meta daħlu fis-seħħ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission – audited accounts u rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4887 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Audited Accounts u r-Rapporti Annwali tal-Malta Film Commission għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Inċidenti stradali u teħid ta' xorb jew sustanzi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4336 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk hemmx relazzjoni bejn inċidenti stradali speċjalment dawk li jinvolvu persuni li jinqatlu jew iweġġgħu u t-teħid ta' xorb jew sustanzi oħra? Hemm xi studju dwar dan u x’qed jikkaġuna sewqan ħażin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-ħidma teknika fil-preparazzjoni tal-istrateġija ġdida għas-sigurtà fit-toroq, il-Gvern se jkun qed jieħu inkonsiderazzjoni l-fatturi li jwasslu għall-inċidenti stradali. Dawn jinkludu, imma mhux limitati għal, xorb eċċessiv u l-abbuż mis-sustanzi.

Inċidenti stradali u teħid ta' xorb jew sustanzi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4336 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk hemmx relazzjoni bejn inċidenti stradali speċjalment dawk li jinvolvu persuni li jinqatlu jew iweġġgħu u t-teħid ta' xorb jew sustanzi oħra? Hemm xi studju dwar dan u x’qed jikkaġuna sewqan ħażin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull meta Maġistrat Inkwerenti jirrakkomanda li jittieħdu passi kontra xi persuna involuta f’inċident stradali, il-konklużjonijiet tal-Inkjesti Maġisterjali jiġu trasmessi mill-Maġistrat direttament lill-Pulizija li hija l-awtorità li tmexxi l-Prosekuzzjonijiet f’dawn il-każijiet. Ninforma wkoll lill-Onor. Membru Interpellant li l-parti tal-mistoqsija li tirrigwarda l-istudju għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.

Malta Film Commission – linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4337 u ċjoè: Peress li f’Marzu li għadda l-Malta Film Commission ippubblikat linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate, u skont Artiklu 5 ta’ dawn il-Linji Gwida, dawn jidħlu fis-seħħ ġaladarba jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali, għaldaqstant jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola dawn il-linji gwida u jinforma lill-Kamra meta daħlu fis-seħħ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Financial Incentives for the Audiovisual Industry – għoti ta’ inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4339 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2382 u ċjoè: Wara dak li ntqal mill-eNGO Flimkien għall-Ambjent Aħjar, u ċjoé li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed issir estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u kif ukoll li hemm impjegati mill-istess Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jekk hemm? Jista’ wkoll: a. jagħti d-data ta’ meta kull persuna daħlet taħdem fis-Sovrintendena tal-Patrimonju Kulturali; b. jindika l-kariga u l-grad li kull persuna kienet tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar fil-mument li daħlet fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; c. jindika l-kariga u l-grad li tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar illum minkejja li taħdem mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; d. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li daħlet fiha fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; u e. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li tokkupa llum fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim jew kuntratt li jirregola l-ingaġġ ta’ dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Bordijiet u kumitati — persuni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2364 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-individwi kollha li jagħmlu parti mill-bordijiet u kumitati kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’, għal kull kumitat u bord rispettiv, jagħti: a. lista ta’ persuni (titlu, isem u kunjom); b. l-irwol tagħhom fi ħdan il-bord jew kumitat; c. l-esperjenzi ta’ kull wieħed u waħda minn dawn imsemmija fuq il-bord jew kumitat; d. il-kompetenzi ta’ kull wieħed u waħda minn dawn l-individwi msemmija fuq bord jew kumitat fejn jidħol is-settur ikkonċernat; e. jekk hux qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio; u f. ir-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b’esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom. Intant, infakkar li f’dan ir-rigward il-ħatriet rispettivi jkunu notifikati fil-Gazzetta tal-Gvern filwaqt li r-remunerazzjoni hija skont il-Manwal.

Malta Film Commission – audited accounts u rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Audited Accounts u r-Rapporti Annwali tal-Malta Film Commission għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission – Organigram preżenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigram preżenti tal-Malta Film Commission u jippubblika lista tal-pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Malta Film Commission, il-paga, allowances u benefiċċji oħra mħallsa għal kull pożizzjoni u jgħid jekk il-persuna f’impjieg għal kull pożizzjoni hijiex f’kuntratt definit jew indefinit?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Screen Malta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet din is-sena bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea rigward Screen Malta u speċifikament rigward il-bidla mitluba li sseħħ li minn għajnuna klassifikata bħala de minimis din tiġi kunsidrata bħala għajnuna taħt il-General Block Exemption Regulations?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.