Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6935, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex hemm dewmien twil (saħansitra snin sħaħ ta’ dewmien) fl-għotja ta’ Atti ta’ Kurazija (Guardianship deeds) lil NGOs? Fejn qegħdin jeħlu dawn il-proposti? Jista’ jgħid ukoll jekk dan id-dewmien huwiex ġustifikat jew le? Jista’ jiċċara f’isem il-Gvern jekk hemmx jew le r-rieda politika biex ikomplu jingħataw Atti ta’ Kurazija lil NGOs?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6936, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-archaeological drawing tal-permess PA/07155/19 li jinsab fi Triq tax-Xemx u l-Qamar kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, side road ta’ Triq id-Dejma, Fgura? Jista’ jgħid kemm instabu features b’kollox fuq dan is-sit? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista deskrittiva ta’ features li nstabu fuq dan is-sit (cross-referenced mal-archaeological drawing ta’ PA/07155/19), il-valur kulturali mogħti għal kull feature u d-deċiżjoni li ttieħdet għal kull feature hekk kif indikat fit-tabella li qed tintbagħat separatament? Jista' jgħid ukoll jekk instabux special funds fuq dan is-sit u jagħti informazzjoni dwar xi nstab u fejn instabu fis-sit? Peress li diġà għaddiet sena minn mindu nħareġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar, hemm ħsieb li xi fdalijiet li nstabu fuq dan is-sit jiġu skedati? Jekk iva, liema u f’liema livell?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn naħa tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li l-fdalijiet misjuba fis-sit in kwistjoni ġew skoperti waqt evalwazzjoni arkeoloġika li saret waqt l-ipproċessar tal-applikazzjoni u li ntemmet qabel ma nħareġ il-permess.
Infurmat li ladarba s-Sovrintendenza kellha d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kollha dwar is-sejbiet, iddeterminat liema minn dawn kienu ta’ importanza u li kellhom jinżammu.
F’dan l-isfond infurmat li s-Sovrintendenza tat istruzzjonijiet lill-applikant u lill-perit sabiex jinbidlu l-pjanti sottomessi ħalli l-fdalijiet jinżammu u jiġu ppreservati. Fil-fatt, infurmat li l-pjanti ġew mibdula u parti mill-kantina u l-pjan terran ma sarux sabiex dawn il-fdalijiet jibqgħu ppreservati u esposti b’mod permanenti.
Intant infurmat li s’issa ma saret l-ebda talba għal iskedar ta’ dawn il-fdalijiet minħabba li ttieħdu l-miżuri kollha neċessarji għall-protezzjoni tagħhom.
Finalment, qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-archaeological drawing kif ukoll l-excel sheet bl-informazzjoni kif mitlub.
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251, 6478, 6774 u 6966 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Fid-dawl tal-kampanja li għaddejja bħalissa 'Sib Job fil-Films’, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed iwiegħed lill-ħaddiema hux ser ikun impieg permanenti garantit għal medda ta' snin jew xogħol temporanju għal ftit xhur?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2022 il-qasam tal-films ħaddem kważi elfejn ruħ bi ftit aktar minn 900 crew ikunu Maltin. Dan ifisser li s-settur jiflaħ iħaddem aktar Maltin. Għalkemm il-jobs fil-films jiġu offruti mis-settur privat, il-Kummissjoni Maltija tal-Films ħasbet biex tinvesti fit-taħriġ ta’ aktar Maltin u Għawdxin biex ikollhom l-opportunità jagħżlu job fil-films.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm dewmien twil (saħansitra snin sħaħ ta’ dewmien) fl-għotja ta’ Atti ta’ Kurazija (Guardianship deeds) lil NGOs? Fejn qegħdin jeħlu dawn il-proposti? Jista’ jgħid ukoll jekk dan id-dewmien huwiex ġustifikat jew le? Jista’ jiċċara f’isem il-Gvern jekk hemmx jew le r-rieda politika biex ikomplu jingħataw Atti ta’ Kurazija lil NGOs?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-archaeological drawing tal-permess PA/07155/19 li jinsab fi Triq tax-Xemx u l-Qamar kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, side road ta’ Triq id-Dejma, Fgura? Jista’ jgħid kemm instabu features b’kollox fuq dan is-sit? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista deskrittiva ta’ features li nstabu fuq dan is-sit (cross-referenced mal-archaeological drawing ta’ PA/07155/19), il-valur kulturali mogħti għal kull feature u d-deċiżjoni li ttieħdet għal kull feature hekk kif indikat fit-tabella li qed tintbagħat separatament? Jista' jgħid ukoll jekk instabux special finds fuq dan is-sit u jagħti informazzjoni dwar xi nstab u fejn instabu fis-sit? Peress li diġà għaddiet sena minn mindu nħareġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar, hemm ħsieb li xi fdalijiet li nstabu fuq dan is-sit jiġu skedati? Jekk iva, liema u f’liema livell?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tindirizza d-domandi tagħha lill-Ministeru responsabbli mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6770, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Wara li l-Kunsill Lokali bagħat ’il fuq minn 30 email biex jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet konċernati dwar l-istat li fih tinsab Triq il-Kbira, Ħal Balzan, wara xogħol ħażin li sar bħala parti mill-Flood Relief Project, kif anke ġie kkonfermat mill-perit imqabbad mill-Kunsill Lokali stess, jista' l-Ministru jgħid meta dan l-inkonvenjent kbir se jitranġa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan illi wara li saret laqgħa fuq is-sit bejn il-Kunsill Lokali u rappreżentanti tal-entitajiet kkonċernati fejn saru xi testijiet meħtieġa, ġie identifikat li x-xogħol kien sar qabel l-imsemmi Flood Relief Project u ma kienx jorbot ma' dak il-proġett.
Fid-dawl ta' dak li ħareġ mit-testijiet li saru, infurmat li l-Kunsill Lokali kkonċernat talab l-għajnuna tal-entità kkonċernata sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa b-intiża li t-triq terġa' lura għal stat sigur.
Tali tiswijiet, li infurmat li ser iħallas għalihom l-istess Kunsill Lokali, bdew nhar it-Tlieta 7 ta' Marzu 2023.
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251, 6478 u 6774 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Jista' l-Ministru jgħid meta se tinqala' u ssir mill-ġdid Triq il-Kbira f’Ħal Balzan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ xogħol infrastrutturali f’toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, inkluż f’Ħal Balzan, matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-bini ta’ Arkivju Nazzjonali fuq l-art f’Ta' Qali li fit-3 ta’ Ġunju 2019 kienet mgħoddija uffiċjalment lill-Arkivji Nazzjonali għal dan l-iskop u li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien ikkonferma li fuqha ser jinbena l-Arkivji Nazzjonali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Wara li l-Kunsill Lokali bagħat ’il fuq minn 30 email biex jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet konċernati dwar l-istat li fih tinsab Triq il-Kbira, Ħal Balzan, wara xogħol ħażin li sar bħala parti mill-Flood Relief Project, kif anke ġie kkonfermat mill-perit imqabbad mill-Kunsill Lokali stess, jista' l-Ministru jgħid meta dan l-inkonvenjent kbir se jitranġa?
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251 u 6478 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6671 u jinforma lill-Kamra dwar il-progress tal-wegħda elettorali għall-bini ta' Arkivju Nazzjonali ġdid f’Ta’ Qali - proġett li jinkludi fih il-faċilitajiet moderni meħtieġa għall-preservazzjoni tal-patrimonju arkivistiku ta' pajjiżna? Jista’ jgħid jekk hemmx xi ħjiel dwar meta se jibda jittella’ dan il-bini u meta hemm hu maħsub li jitlesta u jibda jopera?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li proġett ta’ din il-portata jitlob ħafna preparazzjoni. Il-bini ta’ Arkivji Nazzjonali huwa proġett li jsir darba biss u għalhekk huwa importanti li jsiru preparazzjonijiet, kalkoli u tħejjiet kbar u sewwa biex ikollna arkivju nazzjonali li jixraq lil pajjiżna u li jaqdi sewwa l-funzjoni tiegħu.
Informat li sar diġà ħafna xogħol f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-progress tal-wegħda elettorali għall-bini ta' Arkivju Nazzjonali ġdid f’Ta’ Qali - proġett li jinkludi fih il-faċilitajiet moderni meħtieġa għall-preservazzjoni tal-patrimonju arkivistiku ta' pajjiżna? Jista’ jgħid jekk hemmx xi ħjiel dwar meta se jibda jittella’ dan il-bini u meta hemm hu maħsub li jitlesta u jibda jopera?
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844 u 6251 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Palazz ta’ San Anton – plakki li hemm fil-Kappella
Question
Jista’ l-Ministru jelenka lista ta' plakki li hemm fil-Kappella li tinsab fil-Palazz ta’ Sant’Anton li juru min tgħammed u min iżżewweġ fl-istess kappella?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jaf kulħadd, il-Palazz ta' Sant'Anton huwa fir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-President.
MICAS – sejħa internazzjonali għal direttur artistiku
Question
Fid-dawl li f’Marzu 2022 il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) ħareġ sejħa internazzjonali għal direttur artistiku, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna biex tieħu dan ir-rwol intgħażlitx u jekk iva, x’inhi r-remunerazzjoni li se tingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proċess tas-sejħa kkonċernat għadu ma ngħalaqx.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-remunerazzjoni tad-direttur artistiku l-ġdid hix se tkun koperta mill-fondi tal-Gvern li jingħataw lill-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) jew hux se tkun koperta mill-fondi ġenerati mill-attivitajiet li jorganizza l-MICAS, fosthom il-MICAS Gala?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-remunerazzjoni tad-direttur tal-programm artistiku l-ġdid se tkun parti mill-ispiża għall-operat tal-MICAS.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6057, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari kollha u jagħti rendikont tal-job description ta' kull grad li hemm fit-Teatru Manoel? Jista’ wkoll jikkonferma li kull grad qed jaħdem skont il-job description li għandu?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
*Grade
Nomenclature
Job Description
2
CEO
2
COO
4
Assistant Director
Marketing & Audience Development
4
Senior Manager
Production & Events
4
Senior Manager
HR & Admin
5
Manager
Facilities
5
Manager
Education Programme
**Grade
Nomenclature
Job Description
A
Senior Executive
Secretary
A
Senior Executive
Booking Office
A
Senior Executive
Light Technician
A
Senior Executive
Stage Artist
B
Executive Officer
Wardrobe Mistress
B
Executive Officer
Procurement
B
Executive Officer
Stage Crew
B
Executive Officer
Accounts & HR
B
Executive Officer
Maintenance & Stage Crew
C
Officer
Stagehand
C
Officer
Booking Office and Cultural Service
C
Officer
Wardrobe
C
Officer
Stage Crew
C
Officer
Administration Assistant
C
Officer
Tradesman Wardrobe
C
Officer
Light Technician & Stage Crew
C
Officer
Stage Crew & Maintenance
D
Theatre Attendant
Theatre Attendant
*As per ACM and PCO Grading and Salary Structure
**As per Collective Agreement 2019 - 2023
Intant, infurmat mit-Teatru Manoel li kull grad qed jaħdem skont il-job description li għandu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6086 u jgħid kemm ser titħallas il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u kemm se jitħallsu kull kantant/a u l-koristi? Kemm ġejjin jiswew ix-xenarju, il-props l-oħra, id-dawl, is-sound, in-nies involuti fil-produzzjoni, l-ilbies/kostumi, l-orkestra, il-kirja ta' partituri, ir-reklamar u oħrajn miċ-ċifra msemmija ta' €400,000 għall-Opera Tosca?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Opera ta’ Puccini - Tosca ser tkun qed tiġi mtella' fit-Teatru Manoel bejn il-5 u t-12 ta’ Marzu, bil-parteċipazzjoni tat-tenur internazzjonali Jose Cura u ser tiġi finanzjata mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta VCA (€200,000) u t-Teatru Manoel (€206,114.80).
Intant, tajjeb jiġi rrimarkat li din l-opra hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha, partikolarment mill-aspett ta’ daqs. In oltre, għall-ewwel darba ser naraw il-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali sħiħa f’opri simili.
Din l-opra hija importanti ħafna għall-fatt li ser tkun qed tpoġġi lit-Teatru Manoel u l-Belt Valletta fuq il-mappa Operistika Internazzjonali, tant li diġà qed ikun hemm rappurtaġġ internazzjonali dwar l-istess opra.
Intant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tan-nefqa surreferita.