Legislature:
Category:
Reset
Active:

Cottonera Supervisory Council — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Cottonera Supervisory Council u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-klijenti kollha (entitajiet Governattivi, kumpaniji mis-settur privat, individwi eċċ.) li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tat is-servizzi tagħha bi ħlas f’dawn l-aħħar ħames snin u nofs (2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 s’issa), sena b’sena, skont it-tabella li qed tintbagħat separatament? Jista’ jgħid ukoll min hu r-regolatur f'dan il-każ? Min jiddeċiedi liema huma l-każijiet li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha taħdem direttament fuqhom u titlob tariffi għas-servizz, u fuq il-bażi ta' liema kriterji jintgħażel klijent minn ieħor? Kif jiġu kkalkulati l-miżati peress li dan mhux preskritt legalment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li s-servizzi li toffri s-Sovrintendenza li huma suġġett għal ħlas huma limitati għal: · Spezzjonijiet ta’ artifatti ta’ patrimonju kulturali li jkunu qegħdin jiġu mpurtati fil-pajjiż, mhux mill-EU; Examinations Fees (collected in terms of S.L.35.03 Fees for Examination of Works of Art) 2018 2019 2020 2021 2022 2023 €65,157 €22,125 €4,638 €20,379 €72,540 €27,052 · Assessjar ta’ talbiet għal esportazzjoni ta’ oġġetti mhux kulturali; Administrative Fees (export of non-cultural items) 2018 2019 2020 2021 2022 2023 n/a n/a €15,907 €18,704 €20,478 €6,905 · Esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali; Export/Re-Export of Cultural Items (over 50 years) (collected in terms of Art.54 of Cultural Heritage Act (CAP.446) 2018 2019 2020 2021 2022 2023 Administrative Fee n/a n/a n/a n/a n/a €110 Export/Re-Export Certificate n/a n/a n/a n/a n/a €2,310 Other Services rendered in terms of Cultural Heritage Act 2018 2019 2020 2021 2022 2023 n/a n/a €7,150 €48,244 €21,108 €0

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – dħul mill-Compromised Fine Mechanism

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul fis-sena 2022 bl-adozzjoni tal-'Compromised Fine Mechanism’ mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jista’ jagħti rendikont ta’ dan id-dħul u jgħid minn fejn kien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li l-mekkaniżmu tal-Compromised Fines huwa mekkaniżmu tal-Awtorità kkonċernata u mhux tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Intant infurmat ukoll illi kull meta s-Sovrintendenza ressqet każ ta’ Compromised Fines quddiem l-Awtorità kkonċernata, dejjem kien hemm involut fil-proċess is-Sovrintendent.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – dħul mill-Compromised Fine Mechanism

Question

Peress li skont ir-Rapport Annwali tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tal-2019 il-'Compromised Fine Mechanism’ kien amministrat mill-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li l-multi nġabru u nżammu mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid ukoll minn fejn ġej is-sors tad-dħul għas-Sovrintendenza? Min kien l-uffiċjal li mexxa l-'Compromised Fine Mechanism’ f’isem is-Sovrintendenza dak iż-żmien, u min qed imexxi dan il-mekkaniżmu illum?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9504.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – debituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-debituri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jekk il-“miżati ta’ eżami u amministrattivi” huma fuq bażi ta’ flus kontanti, (irreferi għal paġna 9 tal-istqarrijiet finanzjarji awditjati tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2022) allura min irid jagħti l-flus lis-Sovrintendenza? Jista’ jagħti lista komprensiva tad-debituri u l-ammonti rispettivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-tagħrif jinġabar.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – kredituri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-kredituri li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha tħallas total ta’ €768,508 hekk kif imniżżel fl-estimi finanzjarji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li l-ammont msemmi ma jirriflettix kredituri iżda huma proviżjonijiet.

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali – remunerazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393, datata 20 ta’ Ġunju 2022, dwar ir-remunerazzjoni mogħtija lis-CEOs fis-settur kulturali, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“Planning Authority benefits” li qed jirċievi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament waqt li qed jokkupa l-kariga ta’ Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandu? Jista’ jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kemm jammontaw dawn il-benefiċċji?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-tagħrif jinġabar.

Distanza massima bejn punti tan-new water

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx distanza massima bejn punt u ieħor ta’ distribuzzjoni tan-new water u jekk fl-affermattiv, kemm hi din id-distanza? X’inhi r-raġuni għaliex id-distanza bejn punt u ieħor ta’ distribuzzjoni tan-new water fil-Miżieb hija tant kbira, li mhux kull bidwi jista’ jagħmel użu minnhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li m’hemmx distanza massima bejn punt u ieħor ta’ distribuzzjoni tan-New Water. Għalkemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tassigura li dawn il-punti jiġu mqassmin b’mod bilanċjat, raġonevoli u ġust, huwa diffiċli li d-distanza għal kull bidwi tkun l-istess. Dejjem ser ikun hemm bdiewa li jkunu viċin ħafna tad-dispensers u oħrajn li jkollhom jgħaddu l-pajpijiet tagħhom sabiex jagħmlu użu minn dan is-servizz.

Heritage Malta – persuni li żaru diversi siti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li żaru kull sit (admissions) amministrat minn Heritage Malta f’Malta u Għawdex, xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru tas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u minn Jannar sa April tal-2023? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull tali sit għax-xahar u s-sena elenkata individwalment u skont jekk kinux tfal, adulti jew anzjani?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. GHAR DALAM Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 1075 1357 2167 3344 Senior Citizensizens 223 272 426 462 Students 141 213 266 571 Children 93 130 85 302 HAGAR QIM Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 4257 5099 8274 14672 Senior Citizensizens 718 879 2034 2887 Students 642 1071 1386 2490 Children 183 360 200 1011 HYPOGEUM Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 1309 1245 1535 1485 Seniors 0 482 13 520 Students 0 173 22 118 Children (6-12) 0 59 0 76 Last Minute 0 0 0 0 INQUISITOR`S PALACE Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 1007 1199 1995 2908 Senior Citizensizens 300 516 760 812 Students 150 185 426 419 Children 35 70 45 171 MNAJDRA TEMPLE Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 3676 4545 6368 10682 Senior Citizensizens 611 854 1615 2470 Students 514 846 1088 1978 Children 170 360 183 936 ROMAN DOMUS Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 622 867 1146 2060 Senior Citizensizens 158 326 511 612 Students 160 309 356 452 Children 31 86 35 175 NATIONAL MUSEUM OF ARCHAEOLOGY Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 2335 2889 4169 6674 Senior Citizens 754 745 1331 1529 Students 369 616 661 1121 Children 110 213 83 370 MUZA Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 1157 1225 1887 3115 Senior Citizens 334 409 601 554 Students 196 219 329 341 Children 27 57 23 82 NATIONAL MUSEUM OF NATURAL HISTORY Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 855 1086 1515 2011 Senior Citizens 102 238 257 354 Students 209 208 252 400 Children 69 131 91 244 FORT ST ELMO Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 3966 4583 6889 10855 Senior Citizens 760 1063 1998 2353 Students 620 904 981 1949 Children 189 362 210 838 VALLETTA UNDERGROUND Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 356 291 436 496 Senior Citizens 77 80 87 177 Students 58 89 40 72 Children 0 0 0 22 FORT ST ANGELO Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 1841 2338 3468 5280 Senior Citizens 420 674 1213 1413 Students 279 382 509 830 Children 58 146 69 419 PALACE ARMOURY Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 0 0 0 0 Senior Citizens 0 0 0 0 Students 0 0 0 0 Children 0 0 0 0 ST. PAUL`S CATACOMBS Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 3842 4956 6935 11498 Senior Citizens 434 704 1159 1542 Students 639 968 1150 2118 Children 188 389 167 806 STATE ROOMS Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 0 0 0 0 Senior Citizens 0 0 0 0 Students 0 0 0 0 Children 0 0 0 0 TARXIEN TEMPLES Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 1633 1722 3039 4440 Senior Citizens 382 513 996 1086 Students 263 409 593 823 Children 94 109 61 266 FORTRESS Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 61 96 71 202 Senior Citizens 10 16 50 15 Students 1 10 44 3 Children 1 4 1 5 FOLKLORE GOZO Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 633 844 1277 2028 Senior Citizens 145 237 433 508 Students 104 156 178 402 Children 45 91 46 215 GGANTIJA TEMPLES Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 4099 5929 10161 16789 Senior Citizens 623 929 1941 2631 Students 455 666 963 1952 Children 176 272 140 961 GOZO MUSEUM OF ARCHAEOLOGY Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 647 875 1354 2002 Senior Citizens 132 235 395 485 Students 102 164 202 439 Children 43 74 49 214 GOZO NATURE MUSEUM Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 533 710 1063 1581 Senior Citizens 94 171 279 302 Students 89 145 174 316 Children 40 68 38 197 TA` KOLA WINDMILL Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 520 688 1050 1902 Senior Citizens 112 253 477 484 Students 67 109 139 224 Children 30 53 32 207 OLD PRISONS Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 837 1135 1807 2761 Senior Citizens 164 227 476 562 Students 133 231 252 497 Children 58 111 70 352 BORG IN NADUR Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 271 225 275 329 Senior Citizens 67 45 61 51 Students 46 54 52 62 Children 31 12 8 19 HAGRAT Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 103 119 210 453 Senior Citizens 28 22 78 73 Students 13 6 14 13 Children 6 16 9 27 SKORBA Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 83 93 195 289 Senior Citizens 33 18 79 64 Students 12 12 153 37 Children 4 7 9 22 TA' BISTRA Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 Adults 48 8 74 5 Senior Citizens 8 63 17 0 Students 6 8 5 0 Children 0 0 15 0

Heritage Malta – dħul minn diversi siti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul finanzjarju minn kull sit amministrat minn Heritage Malta f'Malta u Għawdex, xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru tas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u minn Jannar sa April tal-2023? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull tali sit għax-xahar u sena elenkata individwalment u jgħid x’kien il-valur tad-dħul minn ħlas ta’ persuni tfal, adulti jew anzjani?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Heritage Malta – attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ attivitajiet privati, in-natura tagħhom u d-dħul finanzjarju minn kull sit amministrat minn Heritage Malta f'Malta u Għawdex, xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru tas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u minn Jannar sa April tal-2023? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull tali sit għax-xahar u s-sena elenkata individwalment?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Heritage Malta — other expenditure

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“other expenditure” li huma mniżżlin fl-estimi ta’ Heritage Malta, apparti l-flus li ser jintefqu fuq “exhibition and events”, “general staff costs” u “marketing and communications expenses”? Jista’ jgħid kif se jintefqu u fuq xiex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: § ‘ Library ’ - xiri ta kotba għal użu ta’ riċerka u għall-kollezjoni; § ‘ Bank Charges and IFRS interest - tariffi tal-bank għal użu tal ‘ epos machine ’ u ‘merchant accounts’ kif ukoll IFRS16 interest fuq propjetà; § ‘ Professional Diving service’ – Servizzi meħtieġa mill-‘ UnderWater Cutural Heritage ’ għal protezzjoni u management ta’ siti taħt il-baħar; § ‘ Licences ’ - liċenzji varji bhal pereżempju; liċenzji ta’ karozzi u liċenzji għal użu ta’ ‘software’ u subscriptions oħra

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hijiex toffri servizzi ta’ evalwazzjoni arkeoloġika, monitoraġġ arkeoloġiku u/jew servizzi ta’ konservazzjoni/restawr hija stess, apparti milli tirregola s-settur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hija r-regolatur nazzjonali tal-patrimonju kulturali u parti mid-dmir tagħha huwa li tagħmel monitoraġġ fuq xogħlijiet ta’ restawr u arkeoloġija. Is-Sovrintendenza mhix operatur ta’ dawn ix-xogħlijiet fis-settur privat. Għaldaqstant is-Sovrintendenza twettaq il-monitoraġġ ta’ restawr tal-bini peress li għandha uffiċjali ddedikati għal dan ix-xogħol. Dan il-monitoraġġ isir kull fejn ikun hemm kundizzjoni ta’ restawr fil-permess ta’ żvilupp. Intant infurmat li s-Sovrintendenza tipparteċipa f’xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni mill-uffiċjali tagħha, f’każijiet rari ta’ meta ikun hemm bżonn l-ispjeċjalizzazzjoni tal-uffiċjali tagħha. Fir-rigward ta’ monitoraġġ jew evalwazzjoni arkeoloġika, infurmat li s-Sovrintendenza għandha rwol stipulat fl-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali, u huwa d-dmir tas-Sovrintendenza li tinvestiga u tissorvelja. Għaldaqstant m’huwiex każ li s-Sovrintendenza tkun qed toffri servizz meta twettaq evalwazzjoni jew monitoraġġ arkeoloġiku, imma pjuttost tkun qed twettaq id-dmirijiet tagħha flok tiddelegahom lil monitors (li huma persuni akkreditati u awtorizzati mis-Sovrintendnenza li jaħdmu fis-settur privat), speċjalment f’każijiet fejn ikunu jirrekkjedu l-intervent dirett tas-Sovrintendenza. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każijiet oħra fejn ikun hemm bżonn l-ispeċjalizzazzjoni tas-Sovrintendenza, u li mhux disponibbli fis-settur privat, u għaldaqstant ix-xogħol isir dirett mill-uffiċjali tas-Sovrintendenza.

Malta Film Studios – rate card

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika r-rate card preżenti tal-Malta Film Studios? Jista’ jgħid kif jiġu stabbiliti r-rati tal-Malta Film Studios u min japprova t-tibdil minn sena għal sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Rampa bejn l-Imnajdra u Ħaġar Qim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed titkabbar ir-rampa bejn l-Imnajdra u Ħaġar Qim? Jista’ jgħid jekk il-UNESCO ġietx avżata dwar dan kif jitolbu l-operational guidelines tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-passaġġ eżistenti li jgħaqqad lil Ħaġar Qim mal-Imnajdra nbena fil-bidu tas-sittinijiet. Wara aktar minn sittin sena ta’ użu, il-biċċa l-kbira taċ-ċangaturi tal-franka kienu nkisru, u dan irriżulta f’perikli serji għas-sigurtà tal-viżitaturi, minbarra li estetikament ma kinux pjaċevoli u kienu jagħtu impressjoni ta’ traskuraġni. Barra minn hekk, infurmat li xi partijiet tal-ħitan tal-konkrit li jżommu dan il-passaġġ sofrew ħsarat strutturali u kien hemm sogru li jaqgħu. Intant infurmat li ricentament, Heritage Malta kienet iffaċċjata b’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fejn viżitaturi kellhom jiġu assistiti minn tim mediku waqt li kienu fl-Imnajdra. Minħabba l-wisa’ limitata tal-passaġġ, ambulanza ma setgħetx tinżel l-Imnajdra. Seħħew ukoll għadd ta’ nirien fiż-żona madwar is-siti megalitiċi iżda l-vetturi tal-Protezzjoni Ċivili ma setgħux jilħqu s-sors tan-nar, b’riskju ta’ ħsara serja kemm lill-istrutturi megalitiċi – li huma elenkati bħala Siti ta’ Patrimonju Dinji – kif ukoll lill-ambjent naturali ta’ dan is-sit ta’ Natura 2000. Infurmat li Heritage Malta studjat disinji alternattivi għal passaġġ ġdid, filwaqt li kkunsidrat il-kuntest tal-madwar, il-loġistika u l-metodoloġija tax-xogħol li għandha tiġi adottata biex is-siti jinżammu aċċessibbli u biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda impatt fuq is-siwi arkeoloġiku u ekoloġiku taż-żona. Fl-istess ħin, Heritage Malta kellha tagħżel disinn aħjar biex jiġi ffaċilitat l-aċċess f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Għalhekk, infurmat li Heritage Malta kellha żżid il-wisa’ tal-passaġġ mingħajr ma tiġi estiża l-istruttura lil hinn mill-pedament eżistenti tagħha. Dan wassal għall-ħtieġa li kull naħa tal-passaġġ tisporġi b’35 ċm ’il barra bla ma jitwessgħu l-pedamenti. Infurmat li strutturalment, dan seta’ jitwettaq biss bl-użu ta’ planki tal-konkrit. Infurmat li ntgħażlet sistema ta’ precast minflok jingħata l-konkrit fuq il-post sabiex jitnaqqas kwalunkwe riskju ta’ tixrid ta’ materjal u biex tiġi ffaċilitata l-kostruzzjoni. Il-wiċċ tal-planki qed jitħalla biż-żrara tal-qawwi mqabbża, sabiex il-kulur aħħari tal-planki tal-konkrit jaqbel aktar mal-ambjent ta’ blat fil-madwar. Infurmat ukoll li l-livelli tal-passaġġ eżistenti se jinbidlu wkoll f’għadd ta’ punti sabiex tiġi segwita t-topografija taż-żona u fl-istess ħin jitnaqqas ir-riskju ta’ waqgħat minn għoli eċċessiv tul dawn il-punti. Sabiex jitjieb l-aċċess għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’każ ta’ nirien, infurmat li qed tiġi integrata wkoll sistema ta’ tifi tan-nar fil-passaġġ il-ġdid li mhux biss se tilħaq lill-Imnajdra iżda se jkollha wkoll għad ta’ punti ma’ fejn jistgħu jitqabbdu l-pajpijiet tal-ilma. Il-passaġġ il-ġdid se jiffaċilita wkoll il-manutenzjoni tal-ilqugħ li jgħatti ż-żewġ siti. Intant infurmat li x-xogħlijiet huma koperti mill-permess għall-iżvilupp PA1637/20, li minbarra r-rikostruzzjoni tal-passaġġ jinkludi wkoll it-tibdil tal-kmamar tal-uffiċjali tas-sigurtà li kien hemm sa issa f’Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Infurmat ukoll li matul il-proċess tal-ippjanar u qabel ma nħareġ il-permess, kien hemm konsultazzjoni kontinwa kemm mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi kif ukoll mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li t-tnejn qed jissorveljaw ix-xogħlijiet li għaddejjin. Il-periti u l-arkeologi ta’ Heritage Malta qed jagħmlu monitoraġġ u sorveljanza kontinwa wkoll. Fuq nota finali, infurmat li kif mitlub fil-linji gwida dwar l-operat, il-UNESCO jiġu infurmati b’xogħol ta’ manutenzjoni bħal dan fir-rapporti li jintbagħtu regolarment.

Birkirkara – Triq Psaila — bus stop

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-bus stop li kien hemm fejn il-binja tal-GO ġewwa Triq Psaila, Birkirkara, iċċaqlaq u ħa erba’ parking spaces, meta 100 metru 'l bogħod hemm bus stop quddiem Sunshine Store u ieħor fejn l-iskola? X’permessi kien hemm biex iċċaqlaq dan il-bus stop?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li ninsab infurmat illi l-imsemmi ‘Bus-Stop’ ma jaqax fil-konfini ta’ Birkirkara iżda ta’ Santa Venera, nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi d-domanda tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq il-Kbira San Ġużepp — bus stop u traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li l-bus stop u t-traffic lights li hemm fi Triq il-Kbira San Ġużepp, ġewwa Birkirkara, quddiem l-Istitut San Ġużepp, jitressqu iżjed 'l isfel biex itaffu t-traffic jam li jkun ġej minn Triq l-Imdina u Triq Fleur-de-Lys, lejn il-Ħamrun u l-Belt?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil Onor. Interpellant li Triq il-Kbira San Gużepp ġo Birkirkara ma teżistix. Jeżistu Triq il-Kbira u Triq il-Kbira Ħas Sajjied li ma jidhirx li fihom traffic lights u bus stops. Fil-każ li qed tirreferi għal Triq il-Kbira San Gużepp ġo Santa Venera, l-Awtorità tat-Trasport ma għandha preżentament l-ebda talba pendenti għal rilokazzjoni tal-bus stop u traffic lights. L-Awtorità tista' tikkunsidra t-talba ladarba din tidħol b'mod uffċċjali.

Malta Film Studios — Masterplan

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Masterplan għall-Malta Film Studios li skont il-Film Commissioner se jiswa €35 miljun? Jista’ jippubblika l-baġit dettaljat għal dan il-pjan u action plan, sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Malta Film Commission bħalissa qed taġġorna l-baġit tal-Master Plan. L-offerti għal proġett se jinħarġu fi żmien li ġej.

Malta Film Studios – spiża tal-Masterplan

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal-ispiża li saret mill-Gvern, mill-Malta Film Commission u minn entitajiet oħrajn fuq il-Masterplan għall-Malta Film Studios mill-2013 sal-aħħar ta’ Ottubru 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-Estimi tal-Baġit li diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Film Commission – dħul minn kiri tal-faċilitajiet, użu ta’ riżorsi umani u administration fees

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti kollha ta’ dħul li rċeviet il-Malta Film Commission mill-kiri tal-faċilitajiet, użu ta’ riżorsi umani u administration fees fil-Malta Film Studios għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6088 u d-dokumenti mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. Sadanittant tlabt biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni.