Excess Mortality u Temperature Attributable Mortality
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern jikkalkulax l-excess mortality u t-temperature-attributable mortality waqt temperaturi estremi u heatwaves u, jekk iva, jispeċifika:
(a) is-snin u l-perjodu użati sabiex jiġi stabbilit il-baseline tal-imwiet mistennija;
(b) jekk il-baseline jiġix aġġustat għat-tkabbir u t-tixjiħ tal-popolazzjoni, ix-xejriet fit-tul u l-varjazzjoni staġjonali;
(c) liema kejl tat-temperatura jintuża u jekk jiġux ikkunsidrati l-umdità, it-temperaturi minimi ta’ billejl, it-tul u l-intensità tal-heatwave;
(d) jekk jiġux ikkunsidrati l-effetti differiti tas-sħana fuq il-mortalità fil-jiem ta’ wara;
(e) jekk l-analiżi tiġix aġġustata għal fatturi oħra, fosthom it-tniġġis tal-arja u l-prevalenza ta’ mard infettiv; u
(f) liema definizzjoni operattiva ta’ heatwave tintuża mill-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta?
Jista’ jiddentifika d-dati tal-heatwaves jew tal-livelli ta’ twissija tas-saħħa relatati mas-sħana bejn Ġunju u Settembru tas-snin 2023, 2024, 2025 u 2026? Jekk il-Gvern ma jikkalkulax l-excess mortality jew it-temperature-attributable mortality, jista’ jgħid għaliex dawn l-istimi ma jsirux u jekk hemmx il-ħsieb li tiġi stabbilita sistema nazzjonali ta’ monitoraġġ tal-mard u tal-mortalità attribwibbli għas-sħana?
Persuni li mietu b’heatstrokes fl-2023, 2024, 2025 u 2026
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’Malta u f’Għawdex, separatament, matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru tas-snin 2023, 2024, 2025 u 2026, kemm ġew irreġistrati mwiet li fihom minħabba l-esponiment għal sħana naturali eċċessiva, heatstroke, sunstroke, ipertermija jew kundizzjoni oħra relatata mas-sħana kienu rreġistrati bħala:
(a) il-kawża prinċipali tal-mewt; jew
(b) kawża sekondarja, kontributorja jew fattur li kkontribwixxa għall-mewt?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont ix-xahar, separatament għal Malta u Għawdex, is-sess, gruppi ta’ età 0–64, 65–74, 75–84 u 85 sena jew aktar?
Jista’ jgħid ukoll, għall-istess perjodi, kemm kienu:
(a) l-imwiet osservati minn kull kawża;
(b) l-imwiet mistennija skont il-baseline użat mill-awtoritajiet;
(c) l-excess all-cause mortality waqt perjodi ta’ temperaturi estremi u heatwaves; u
(d) l-għadd stmat ta’ mwiet attribwibbli għal temperaturi għoljin, inklużi mwiet li fihom is-sħana ma ġietx imniżżla fuq iċ-ċertifikat tal-mewt iżda setgħet wasslet għall-aggravament ta’ kundizzjoni eżistenti, fosthom mard kardjovaskulari, ċerebrovaskulari, respiratorju jew renali, id-dijabete u kundizzjonijiet relatati mas-saħħa mentali?
Jista’ jipprovdi dawn l-istimi bħala għadd ta’ mwiet u bħala rata għal kull 100,000 persuna, flimkien mal-intervalli ta’ kunfidenza jew miżura oħra tal-inċertezza statistika? Fejn id-data għall-2026 għadha mhix finalizzata, jista’ jipprovdi l-aħħar data proviżorja disponibbli, jindika d-data sa meta tkopri u jgħid meta mistennija tkun disponibbli d-data finali?
Social Climate Fund – Sejħiet għall-applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan u l-iskeda ta' meta ser jibdew joħorġu s-sejħiet għall-applikazzjonijiet tas-Social Climate Fund u liema setturi ser jikkonċernaw?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Pjan ta’ Malta għall-Fond Soċjali għall-Klima huwa mistenni li jiġi varat għada is-6 ta’ Ottubru 2026. Wara dan, ser jibda l-proċess tal-ħruġ tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Social Climate Fund – Sejħiet għall-applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan u l-iskeda ta' meta ser jibdew joħorġu s-sejħiet għall-applikazzjonijiet tas-Social Climate Fund u liema setturi ser jikkonċernaw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan nazzjonali tal-Gvern finalizzat, wara l-konsultazzjoni pubblika, ta' kif qed jippjana li jintużaw il-fondi Ewropej tas-Social Climate Fund allokati għal Malta? Jista' jgħid ukoll fiex wasal il-proċess tal-evalwazzjoni ta' dan l-istess pjan nazzjonali mill-Kummissjoni Ewropea?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li kopja tal-Pjan ta’ Malta għall-Fond Soċjali għall-Klima, kif ġie sottomess u approvat mill-Kumissjoni Ewropeja, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan nazzjonali tal-Gvern finalizzat, wara l-konsultazzjoni pubblika, ta' kif qed jippjana li jintużaw il-fondi Ewropej tas-Social Climate Fund allokati għal Malta? Jista' jgħid ukoll fiex wasal il-proċess tal-evalwazzjoni ta' dan l-istess pjan nazzjonali mill-Kummissjoni Ewropea?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Arts and Culture Hub fil-Marsa huwiex mistenni li jitlesta sal-2030? Jista’ wkoll:
i. jgħid kemm hu stmat li se jiswa l-proġett;
ii. jgħid jekk huwiex previst li jinġiebu fondi Ewropej addizzjonali sabiex jitwettaq il-proġett kollu wara l-finanzjament Ewropew allokat għall-ewwel fażi tal-proġett;
iii. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett; u
iv. jgħid min huma l-periti jew id-ditta ta’ periti li qed jaħdmu fuq dan il-proġett, jew li diġà ħadmu, jew ser ikomplu jaħdmu fuqu?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li dan il-proġett huwa stamt li jiswa €63 miljun u l-fondi Ewropej allokati sal-lum jammontaw għal €15-il miljun. Il-pjanti tal-proġett ma jistgħux jiġu ppreżentati peress li ħa jkunu parti mit-tender ta’ konstruzzjoni tal-proġett li għandu joħroġ fil-jiem li ġejjin.
Social Climate Funds – Sejħiet għall-applikazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-pjan u l-iskeda ta' meta ser jibdew joħorġu s-sejħiet għall-applikazzjonijiet tas-social climate funds u liema setturi ser jikkonċernaw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess tal-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-Gvern għall-użu tal-fondi Ewropej tas-Social Climate Fund mill-Kummissjoni Ewropea?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan nazzjonali tal-Gvern iffinalizzat, wara l-konsultazzjoni pubblika, ta' kif qed jippjana li jintużaw il-fondi Ewropej tas-Social Climate Fund allokati għal Malta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Special Access Arrangements – Studenti fil-livell avvanzat
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn Special Access Arrangements fis-snin 2024-2026, fil-livell avvanzat (Advanced level) f'dawn is-suġġetti :
i. Ingliż;
ii. Malti;
iii. Matematika;
iv. Bijoloġija;
v. Physics; u
vi. Chemistry?
Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ġew minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li d-differenza bejn it-total ta’ Tabella numru 2 meta mqabbla mal-informazzjoni provduta f’Tabella 1, huma n-numru ta’ kandidati privati.
Special Access Arrangements – Studenti fil-livell intermedjarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn Special Access Arrangements fis-snin 2024-2026, fil-livell Intermedjarju (Intermediate Level) f'dawn is-suġġetti :
i. Ingliż;
ii. Malti;
iii. Matematika;
iv. Bijoloġija;
v. Physics; u
vi. Chemistry?
Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ġew minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li li l-informazzjoni mitluba ingħatatli kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li d-differenza bejn it-total ta’ Tabella numru 2 meta mqabbla mal-informazzjoni provduta f’Tabella 1, huma n-numru ta’ kandidati privati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 501 u jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena? Jista’ l-Ministru jagħti wkoll iċ-ċifri separatament dwar:
i. il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżi barranin fosthom billboards, magazines u riklamar;
ii. il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżna fosthom banners, billboards, magazines u riklamar;
iii. l-akkomodazzjoni u t-titjiriet tal-ajru ta’ kull pajjiż li l-kantant żar qabel biex isir il-marketing tal-kanzunetta, fosthom l-Awstralja, in-Norveġja, l-Albanija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, ir-Rumanija, l-Ingilterra, San Marino u l-Litwanja;
iv. kemm siefru persuni mal-kantant matul dawn il-vjaġġi kull darba u xi rwol kellu kull wieħed minnhom;
v. kemm telgħu persuni flimkien mal-kantant ġewwa Vjenna bħala parti mill-kontinġent u x’kien l-irwol ta’ kull persuna; u
vi. kemm ġew jiswew b’kollox it-titjiriet u l-akkomodazzjoni tal-kontinġent Malti, inkluż tal-kantant, fi Vjenna?
Tista’ l-Ministru tara li jiġi risolt l-inkonvenjent fir-rigward tan-New Water Dispenser bin-numru N188, li ilha bla ilma għal kważi aktar minn tliet ġimgħat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dispenser li qiegħda tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta safa fil-mira ta’ att kriminali (serq), dan sabiex jittieħed minnu ilma bla limitu. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux biss qiegħda ssewwi l-ħsarat li sarulu, imma wkoll qed tinvestga u tassigura li jittieħdu l-passi neċessarji biex att simili ma jirrepetix ruħu. Id-dispenser mistenni jerġa’ jkun operattiv fil-ġranet li ġejjin.
Heritage Malta – Xiri ta’ lbiesi – Eurovision Song Contest
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex il-ħsieb illi tixtri lbiesi li libsu kantanti Maltin fil-Eurovision Song Contest tul is-snin biex dawn jagħmlu parti mill-kollezzjoni tan-National Textile Collection li jinsabu ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur u dawk ġewwa l-mużew nazzjonali tal-Etnografija?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Infurmat li Heritage Malta tista’ teżerċita d-dritt tagħha skont Kap 445 tal-Liġijiet ta’ Malta u takkwista materji li jkunu ta’ importanza u valur artistiku u kburija nazzjonali. Tant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija konġunta maħruġa mill-Malta Community Chest Fund u Heritage Malta li tispjega kif il-libsa milbusa mir-rappreżentanta ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1992 kienet akkwistata minn Heritage Malta biex issir parti mill-kollezzjoni nazzjonali tat-Tessuti fil-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija. Is-sinjifikat tal-akkwist ta’ din il-libsa de quo li għall-ewwel darba, Malta klassifikat fost l-aqwa tliet postijiet ta’ dan il-contest. Din il-libsa ingħatat b’ġest ġeneruż minn Mary Spiteri nnifisha u l-flus offruti marru għall-kawża tal-Malta Community Chest Fund.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat minn Heritage Malta li, fil-preżent, m'għandiex ħsieb li takkwista l-imsemmija lbiesi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena? Jista’ l-Ministru jagħti wkoll iċ-ċifri separatament dwar:
i. il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżi barranin fosthom billboards, magazines u riklamar;
ii. il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżna fosthom banners, billboards, magazines u riklamar;
iii. l-akkomodazzjoni u t-titjiriet tal-ajru ta’ kull pajjiż li l-kantant żar qabel biex isir il-marketing tal-kanzunetta, fosthom l-Awstralja, in-Norveġja, l-Albanija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, ir-Rumanija, l-Ingilterra, San Marino u l-Litwanja;
iv. kemm siefru persuni mal-kantant matul dawn il-vjaġġi kull darba u xi rwol kellu kull wieħed minnhom;
v. kemm telgħu persuni flimkien mal-kantant ġewwa Vjenna bħala parti mill-kontinġent u x’kien l-irwol ta’ kull persuna; u
vi. kemm ġew jiswew b’kollox it-tijiriet u l-akkomodazzjoni tal-kontinġent Malti, inkluż tal-kantant, fi Vjenna?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
‘Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-informazzjoni qegħda tiġi miġbura’
Special Access Arrangements – Studenti fil-livell tas-SEC
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn Special Access Arrangements fis-snin 2024-2026, fil-livell tas-SEC f'dawn is-suġġetti:
i. Ingliż;
ii. Malti;
iii. Matematika;
iv. Biology;
v. Physics; u
vi. Chemistry?
Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ġew minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ingħatatli kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li d-differenza bejn it-total ta’ Tabella numru 2 meta mqabbla mal-informazzjoni provduta f’Tabella 1, huma n-numru ta’ kandidati privati.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim li permezz tiegħu nħatar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, inklużi d-dettalji dwar ir-remunerazzjoni, il-benefiċċji, it-termini u t-tul tal-ħatra? Jekk dan ma jistax isir, jista' jgħid ukoll għaliex?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija 31362 fil-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jokkupa xi kariga, rwol konsultattiv jew pożizzjoni, kemm imħallsa kif ukoll mhux imħallsa, fi ħdan il-Malta Film Commission jew fi kwalunkwe entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija 31362 fil-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-proċess ta' għażla u ta' due diligence li sar fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qabel inħatar mal-Malta Film Commission? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi tip ta' verifika (vetting) dwar il-kandidat qabel il-ħatra tiegħu?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija 31362 fil-Leġiżlatura XIV.