Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – debituri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9506 u jgħid min huma d-debituri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jekk il-“miżati ta’ eżami u amministrattivi” huma fuq bażi ta’ flus kontanti, (irreferi għal paġna 9 tal-istqarrijiet finanzjarji awditjati tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2022) allura min irid jagħti l-flus lis-Sovrintendenza? Jista’ jagħti lista komprensiva tad-debituri u l-ammonti rispettivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali – remunerazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9508 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393, datata 20 ta’ Ġunju 2022, dwar ir-remunerazzjoni mogħtija lis-CEOs fis-settur kulturali, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“Planning Authority benefits” li qed jirċievi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament waqt li qed jokkupa l-kariga ta’ Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandu? Jista’ jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kemm jammontaw dawn il-benefiċċji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed isir assessjar fuq l-irwejjaħ u t-trabijiet li ġejjin mill-impjant tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jistgħu jkunu għad-detriment tas-saħħa għar-residenti li joqogħdu fl-inħawi tal-istess impjant, fosthom l-Iklin, il-Mosta, in-Naxxar u anke l-Għargħur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qiegħed f’kollaborazzjoni mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar dan.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4898, ġaladarba l-membri li jiffurmaw parti mill-Arts Council Malta huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jiffurmaw parti mill-Arts Council Malta?
Cultural Heritage Advisory Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9515, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Cultural Heritage Advisory Committee huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Cultural Advisory Committee?
Valletta Cultural Agency — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Valletta Cultural Agency u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Żfin Malta Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti minn Żfin Malta Board u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali — stone marker
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet ittieħdu mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali wara li saret spezzjoni fir-residenza tal-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u wara rapporti li l-istess Ministru kien fil-pussess ta’ stone marker protetta? Jista’ jgħid jekk is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali talabx lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jittieħdu l-passi meħtieġa kif mitlub mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445) jew le? Jekk iva, meta saret din it-talba? Jekk le, għaliex ma sarx dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1305.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk infetaħx każ mill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga rapport kif ikkonferma l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali li fil-pussess tiegħu għandu stone marker protetta? Jekk iva, fejn wasal il-każ? Jekk le, għaliex ma ttieħdux passi s’issa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Malta Film Commission – dħul minn kiri tal-faċilitajiet, użu ta’ riżorsi umani u administration fees
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9026 intera u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti kollha ta’ dħul li rċeviet il-Malta Film Commission mill-kiri tal-faċilitajiet, użu ta’ riżorsi umani u administration fees fil-Malta Film Studios għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9498, jista’ l-Ministru jagħti tweġiba għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 għax il-figuri li bagħatli huma biss minn Jannar sa April 2023? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' persuni li żaru kull sit amministrat minn Heritage Malta f'Malta u Għawdex, xahar b'xahar, minn Jannar sa Diċembru tas-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull tali sit għax-xahar u s-sena elenkata individwalment u skont jekk kinux tfal, adulti jew anzjani?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
National Archives Council — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti min-National Archives Council u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
National Council for Cultural Heritage — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti min-National Council for Cultural Heritage u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
National Festivities Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti min-National Festivities Committee u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
National World Heritage Sites Technical Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti min-National World Heritage Sites Technical Committee u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Pjazza Teatru Rjal Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Pjazza Teatru Rjal Board u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Ta’ Qali Projects Management Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti minn Ta’ Qali Projects Management Committee u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Malta International Contemporary Art Space — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Malta International Contemporary Art Space u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Malta Libraries Council — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Malta Libraries Council u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Malta Philharmonic Orchestra Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill -Malta Philharmonic Orchestra Board u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?