Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijjiet parlamentari 10399, 11055, 11804 u 12115 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803 u 12116 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109 u 12430 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110 u 12431 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5645, peress li l-Ministru kkonferma li hemm sitt (6) impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li jaħdmu fl-għola karigi fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u jipprovdi l-informazzjoni mitluba fit-tabella li qed tintbagħat separatament u ċjoè: a. jagħti d-data ta’ meta kull persuna daħlet taħdem fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; b. jindika l-kariga u l-grad li kull persuna kienet tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar fil-mument li daħlet fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; c. jindika l-kariga u l-grad li tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar illum minkejja li taħdem mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; d. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li daħlet fiha fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; e. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li tokkupa llum fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; u f. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim jew kuntratt li jirregola l-ingaġġ ta’ dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali — Remunerazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12108, fejn jingħad li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa mħallas benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar li jikkonsistu minn “EUR 550 per annum, EUR 1,600 per annum u EUR 816 per annum” u “huma skont il-ftehim kollettiv tal-grad sostantiv tal-individwu kkonċernat”, u b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393 fejn jingħad li l-benefiċċji jikkonsistu wkoll minn EUR2,000 per annum, EUR8,000 per annum u EUR4,600 per annum kif ukoll l’hekk imsejħa ‘Planning Authority Benefits’, kif murija fit-tabella li qed tintbagħat separatament, jista’ l-Ministru: a. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ ingaġġ ta’ dan l-individwu; b. jispjega b’mod ċar x’inhuma l-'Planning Authority Benefits' li qed jirċievi; u ċ. jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-benefiċċji b’referenza 1 sa 4, kif indikati fit-tabella t’hawn taħt, huma benefiċċji intitolati skont il-ftehim kollettiv bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-UPAP (Union tal-Professjonisti fl-Ambjent u l-Ippjanar). Intant infurmat li l-benefiċċji b’referenza 5 u 6, kif indikati fit-tabella t’hawn taħt, huma benefiċċji intitolati skont il-kuntratt ta’ ingaġġ, liema kuntratt qiegħed jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Entità Salarju gross p.a. Benefiċċji Performance Bonus SCH €40,951 p.a. 1. Expense Allowance: €2,000 p.a. 2. Resource & Training Allowance: €550 p.a 3. Communication Allowance: €1,600 p.a. 4. Qualification Allowance: €816 p.a. 5. Responsibility Allowance: €8,000 p.a. 6. All Inclusive Car Allowance: €4,860 p.a. up to 15% of basic pay per annum

Belt Valletta — UNESCO World Heritage

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’idejn min ġie fdat it-tfassil tal-abbozz finali tal-management plan, il-views and vistas analysis u r-reviżjoni tal-buffer zone għas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO - il-Belt Valletta, li għal darba oħra reġgħu ġew mitluba mill-UNESCO World Heritage Centre fil-laqgħa li saret fl-Arabja Sawdija ftit tal-ġimgħat ilu? Ġaladarba saret stqarrija pubblika mill-Ministeru tiegħu li l-management plan u analiżi oħra qegħdin fi stadju avvanzat, jista’ l-Ministru jagħti garanzija inekwivokabbli lill-poplu Malti u Għawdxi li d-dokumenti kollha mitluba mill-UNESCO World Heritage Centre (b’referenza għas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO - il-Belt Valletta) ser ikunu konklużi u sottomessi sal-aħħar tal-2024 u li jilħqu l-istandards internazzjonali meħtiega mill-UNESCO World Heritage Centre?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tfassil tal-abbozz finali tal-management plan tal-Outstanding Universal Value tas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta” - ġie fdat f’idejn il-Koordinatur tal-Proġett tan-Nominazzjoni ta’ Patrimonju Dinji ta’ Malta u s-Site Manager uffiċċjali tas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta”. Il-viewshed survey ġie fdat f’idejn espert fil-geo-spatial sciences, u l-analisi tal-viewsheds flimkien mal-views and vistas saru minn speċjalista fl-iSpatial Planning li ħejjiet ukoll ir-reviżjoni tal-buffer zone għas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta”. Dawn l-istudji u dokumenti tħejjew skont standards internazzjonali meħtiega mill-UNESCO World Heritage Centre u best practice, u saru bil-kordinazzjoni tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, bis-sehem tas-Segretarju Permanenti MPWP, l-Ambaxxatur Malti għall-UNESCO u chairman tal-Kumitat Tekniku għall-Wirt Dinji Nazzjonali, is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali, id-Direttur tal-Kultura, id-Direttur tar-Restawr u Preservazzjoni, il-Koordinatur tal-Proġett tan-Nominazzjoni ta’ Patrimonju Dinji ta’ Malta u d-Direttur tal-Ippjanar. Il-World Heritage Centre tal-UNESCO kien diġà talab lill-Gvern Malti dawn l-istudji fl-2009 imma kien biss taħt dan il-gvern preżenti li ttieħdet azzjoni dwar dawn, billi fl-2014 Malta għaddiet lill-UNESCO ir-Retrospective Statement of Outstanding Universal Value tas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta” u f’Marzu ta’ din is-sena bagħtet lill-UNESCO l-iState of Conservation Report dwar il-Belt Valletta, li fih il-Gvern Malti spjega li ġew ikkummissjonati l-istudji u t-tfassil tal-management plan. Dawn id-dokumenti jinsabu għall-aċċess pubbliku fuq il-website tal-UNESCO. Dan apparti li matul dawn l-aħħar għaxar snin, il-Gvern Malti stieden u laqgħa diversi missjonijiet ta’ esperti tal-UNESCO u ICOMOS dwar aspetti diversi li jirrigwardaw siti ta’ Wirt Dinji f’Malta u Għawdew u li dejjem ittieħdet u ġew implimentati l-pariri tal-UNESCO. Wara li analizzat ir-risposta ta’ Malta, f’Awwissu ta’ din is-sena l-UNESCO wieġbet lill-Gvern Malti permezz ta’ draft decision fejn faħħret u rrikonoxxiet il-ħidma u l-avvanzi li għamlet Malta rigward ir-rekwiżiti mitluba mill-UNESCO kif ukoll dwar ir-restawr li qed isir fis sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta”. Malta se tkun qed tiffinalizza u tissottometti r-rekwiżiti sa tmiem is-sena d-dieħla. Dan ġie affermat mill-UNESCO waqt il-45 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji li saret fl-Arabja Sawdita f’Settembu ta’ din is-sena. Waqt l-imsemmija sessjoni tal-Kumitat, il-UNESCO ma reġgħetx talbet dawn ir-rekwiżiti imma bħala proċedura affermat id-draft decision bħala waħda approvata minħabba li ħadd mill-partijiet ma ħass l-ħtieġa ta’ emendi. Għalhekk, dan il-Gvern ser ikompli fit-triq li beda u jara li jiġu finalizzati u sottomessi ir-rekwiżiti mitluba mill-UNESCO skond standards internazzjonali meħtiega mill-World Heritage Centre tal-UNESCO fiż-żmien stipulat.

Heritage Malta – 20 anniversarju — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-20 anniversarju ta' Heritage Malta li sar ftit tal-ġimgħat ilu u jagħti rendikont sħiħ tan-nefqa għal dan l-avveniment?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Description of Item/Service Amount inc Vat Hiring of Qty 8 rectangular tables € 984.12 HM Ensemble music recording & arrangements € 1,160.00 Transport Service for Gozo Employees € 300.00 HM 20 Appreciation tokens € 3,400.80 Rental of Red Carpet € 95.00 DJ Services € 1,295.00 Postage service € 47.16 Live Feed Equipment Rental & Technicians Crew during the event € 1,475.20 Rental of Truss for photographic stand € 313.59 Hiring of stage including stairs € 649.00 Catering Services € 5,000.00 AV, Music videos, features, filming and photography € 10,785.20 Rental of Lighting Equipment € 5,782.89 Rental of LED Screens € 11,233.60 Rental of Sound System € 3,103.40

Mediċina Timolol

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jerġgħu jkunu fis-suq pilloli li jingħataw lill-persuni li jbatu bil-glaucoma bl-isem ta' Timolol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pilloli Timolol ma jintużawx għall-kura tal-Glaucoma.

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081 u 12109 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12110 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Kunsill tal-Arti – Għotjiet finanzjarji lill-għaqdiet mhux volontarji u/jew entitajiet li jagħmlu karità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11805 ninforma lill-Ministru li qiegħda nirreferi għall-NGOs u allura jista’ l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tal-għotjiet finanzjarji jew ta’ xorta oħra mogħtija mill-Kunsill tal-Arti lill-NGOs u/jew entitajiet li jagħmlu karità matul is-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali — Debituri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11080, jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ tas-servizzi kollha mogħtija lil kull debitur individwalment u jekk is-servizz għandu x'jaqsam ma’ żvilupp, jagħti d-dettalji tas-sit (indirizz) fejn sar/qed isir l-iżvilupp u n-numru rispettiv tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jagħti wkoll it-tqassim finanzjarju għal kull servizz, jekk l-ammont dovut minn xi debitur jikkonsisti minn aktar minn servizz jew sit wieħed?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li d-dettalji relattivi huma skont kif jinsabu hawn taħt: Operating Debtors Total Emmanuel Azzopardi (irreferi għan-nota numru 1) 170.22 Dylan Bugeja (irreferi għan-nota numru 2) 300.00 Infrastructure Malta (irreferi għan-nota numru 3) 701.50 MFF Ltd. (irreferi għan-nota numru 2) 3,000.00 Planning Authority (irreferi għan-nota numru 4) 15,611.18 Noti: 1. 5% Ħlas tal-Eżaminazzjoni f’termini tas-S.L. 35.03 Regolamenti dwar id-drittijiet għall-eżami ta’ Oġġetti tal-arti u ta’ antikità - L.N. 4 tal-1968, kif emendat bl-L.N. 104 tal-1981 u L.N. 407 tal-2007. 2. Talba għall-Obbligu tal-Patrimoju skont l-artikolu 59(3) tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. 3. Servizzi mogħtija skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali re PA8622/20 - Bugibba Breakwater, Dawret il-Gżejjer, Buġibba, San Pawl il-Baħar 4. Talba għar-rimborż tas-salarju dovut lis-Sur Kurt Farrugia skont il-ftehim tal-loan.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-passiv kurrenti (current liabilities) għas-snin 2022 u 2023 hekk kif imniżżel fl-estimi finanzjarji 2023 tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jista' jippreżenta lista: a. ta’ individwi/dipartimenti/entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha tħallas €148,244 għas-sena 2022 u ta’ €184,182 għas-sena 2023; u b. ta' individwi/ dipartimenti /entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlet proviżjonijiet għall-ħlas ta' €768,508 għas-sena 2022 u ta’ €986,567 għas-sena 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li fir-rigward tal-lista ta’ individwi/dipartimenti/entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha tħallas għas-sena 2022, din hi skont kif ġej: 1. Kredituri: €55,596 Gozo Pride Tours € 1,156 Arkafort € 5,000 VH Company Ltd. € 5,310 ICOM Malta € 673 Planning Authority € 40,082 Adrian Mifsud € 472 J&K Rentals € 336 Medicoop Ltd. € 1,800 Numerica Consultancy € 767 2. Irrecoverable VAT: €29,985 - l-ammont kollu hu dovut lid-Dipartiment tal-VAT, li tħallas fl-2023. 3. Accruals: €62,663 ARMS € 968 Epic Communiations € 200 M Company € 65 Industrial Motors € 203 J&K Rentals € 913 Mario Casha € 1,160 Adrian J. Miller € 3,776 Adrian Mifsud € 411 Numerica Consultancy € 767 Demetrius Buttigieg € 416 Arkafort € 82 Catherine Attard € 549 Commissioner for Revenue € 50,307 Lill-haddiema tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali € 2,846 Fir-rigward tal-lista ta’ individwi/dipartimenti/entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha tħallas għas-sena 2023, infurmat li ċ-ċifra msemmija hija biss ‘stima’ u mhux ċifra ‘attwali’. Ma teżisti l-ebda lista ta’ individwi/dipartimenti/entitajiet eċċ. Il-figura hija bbażata fuq xejriet tas-snin preċedenti fir-rigward tal-kredituri tal-SCH (previżjon). Intant infurmat ukoll li fir-rigward tal-lista ta' individwi/ dipartimenti /entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlet proviżjonijiet għall-ħlas ta' €768,508 għas-sena 2022, din iċ-ċifra hija l-ammont miġbur kollu mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali sal-31 ta’ Diċembru 2022 mill-obbligi tal-patrimonju, skont l-artiklu 59(3) ta’ l-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali. Fir-rigward tal-lista ta' individwi/ dipartimenti /entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlet proviżjonijiet għall-ħlas ta' €986,567 għas-sena 2023, infurmat li din iċ-ċifra hija biss ‘stima’ mhux ċifra ‘attwali’. Il-figura hija bbażata fuq xejriet tas-snin preċedenti (previżjon).

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali — Remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9508, 10103, 10813 u 11079, u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393, datata 20 ta’ Ġunju 2022, dwar ir-remunerazzjoni mogħtija lis-CEOs fis-settur kulturali, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“Planning Authority benefits” li qed jirċievi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament waqt li qed jokkupa l-kariga ta’ Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandu? Jista’ jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kemm jammontaw dawn il-benefiċċji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-benefiċċji, li huma ta’ EUR 550 per annum, EUR 1,600 per annum u EUR 816 per annum, huma skont il-ftehim kollettiv tal-grad sostantiv tal-individwu kkonċernat. Nieħu l-opportunità biex insellem il-ħidma tas-Sovrintendent tal-Parimonju Kulturali li jwettaq xogħol b’mod professjonali u effiċjenti fis-settur tal-ħarsien tal-patrimonju kulturali.

Persuni li attendew l-Iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816 u 11081 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Regolamentazzjoni tal-emissjonijiet u l-kwalità tal-arja

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11706 u tgħid liema hija l-awtorità responsabbli biex tirregola impjanti ta’ produzzjoni tat-tarmac bil-poter li tissorvelja u tissanzjona?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija responsabbli mill-operat ta’ impjanti li jeħtieġu permess ambjentali, pereżempju r-riċiklaġġ ta’ materjal jew skart, jew inkella t-tħaddim ta’ xi impjant ta’ kombustjoni ta’ daqs medju (medium combustion plant).

Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijjiet parlamentari 11055, 10399 u 11804 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052 u 11803 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.