Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431 u 12666 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?
Dgħajjes tradizzjoni u artiġjanali – Skema ta’ għajnuna għall-preservazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija s-somma totali li qed tingħata għall-iskema ta’ għajnuna għall-preservazzjoni ta' dgħajjes tradizzjonali u artiġjanali? Jista’ jagħti breakdown ta' kif se tkun qed titqassam din is-somma mad-diversi speċi ta' dgħajjes tradizzjonali li se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll kemm-il dgħajsa u ta' liema tip diġà bbenefikaw minn din l-iskema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hekk kif imniżżel fil-linji gwida tal-iskema għall-Preservazzjoni tad-Dgħajjes Tradizzjonali, ġew allokati €80,000 fejn kull applikant jista’ jibbenefika sa massimu ta’ Eur 5,000 jekk jitqis bħala eliġibbli. Infurmat ukoll li bħalissa l-applikazzjonijiet għadhom qegħdin jiġu evalwati mill-bord ta’ evalwazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Film Commission hijiex qed tiċċarġja u tiġbor rata ta' kull ġimgħa biex jinżamm f’postu s-sett ta' Gladiator 2? Jista’ jgħid ukoll jekk tali klawsola kenitx inkluża bħala salvagwardja fil-kuntratt oriġinali ffirmat għall-istess produzzjoni u jekk dawn il-fondi hux se jitnaqqsu mir-rebate li se jingħata lill-kumpanija tal-produzzjoni tal-istess film?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li kull min jagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Malta Film Studios, jagħmel dan bi ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kompetenzi għandu l-UNESCO Valletta manager li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk kienx editur tal-ġurnal li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll? Qiegħed jieħu paga u/jew allowances u jekk iva, kemm? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’għamel f’dan l-irwol mill-bidu tas-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kompetenzi akkademiċi tal-Valletta Site Manager jinkludu M.A. fl-istorja bi speċjalizzazzjoni dwar l-Ordni ta’ San Ġwann, apparti minn diversi papers akkademiċi dwar l-istorja u l-kultura Maltija.
Infurmat ukoll li huwa kien serva għal seba’ snin bħala editur ta’ it-TORĊA kif ukoll opinjonista ta’ The Times of Malta.
Intant infurmat li l-Valletta Site Manager mhux qed jirċievi l-ebda pagament addizzjonali. Dan ix-xogħol żdied mal-bqija tad-dmirijiet tiegħu bħala Direttur, li għalih jitħallas bħal kull direttur ieħor fis-servizz pubbliku.
Infurmat li kemm ilu f’dan l-irwol, is-site manager ġabar madwaru numru ta’ esperti li flimkien sawru l-management plan għall-Belt Valletta.
Finalment infurmat ukoll li filwaqt li kellu kuntatt ma’ Site Managers oħra barra minn Malta, hu mexxa numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ persuni tekniċi u stakeholders waqt it-tiswir tal-pjan, ħadem fuq repożitorju ta’ dokumentazzjoni viżwali tal-Belt Valletta, assista fil-kompilazzjoni tal-State of Conservation Report fi Frar li għadda u kkompila l-Periodic Report f’Lulju li għadda.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10399, 11055, 11804, 12115 u 12663 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116 u 12664 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?
Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430 u 12665 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm dewmien twil (saħansitra snin sħaħ ta' dewmien) fl-ipproċċessar ta’ talbiet għal għotja ta' Atti ta' Kurazija (Guardianship deeds) lil NGOs mill-Awtorità tal-Artijiet u fejn qegħdin jeħlu dawn il-proposti? Jista' jgħid ukoll jekk dan id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk hemmx ir-rieda politika biex ikomplu jingħataw Atti ta' Kurazija lil NGOs, jew le?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal liema proposti qed tirreferi, għax kull każ għandu l-mertu tiegħu.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset flus is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-1 ta’ Jannar 2013, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jagħti lista tas-servizzi jew spejjeż li ffurmaw dawn l-ammonti, maqsuma sena b’sena għal kull servizz jew spiża?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Sena
Ammont imħallas
Raġuni
Rimarki
2013
Xejn
2014
Xejn
2015
Xejn
2016
Xejn
2017
Xejn
2018
Xejn
2019
€ 158,631.46
Rimborż tal-Pagi u Assikurazzjoni Personali, li jkopri mit-12 ta’ Novembru 2018 sat-12 ta’ Awwissu 2019, ta’ ħames (5) impjegati tal-PA b’self mal-SCH
2020
Xejn
2021
€ 329,223.92
Rimborż tal-Pagi u Assikurazzjoni Personali, li jkopri mit-13 ta’ Awwissu 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 ta’ ħames (5) impjegati tal-PA b’self mal-SCH
1
2022
€ 427,524.74
Rimborż tal-Pagi u Assikurazzjoni Personali, li jkopri mil-1 ta’ Jannar 2021 sal-2 ta’ Diċembru 2022 ta’ sitt (6) impjegati tal-PA b’self mal-SCH
2
2023
€ 24,469.06
Rimborż tal-Pagi u Assikurazzjoni Personali, li jkopri mit-3 ta’ Diċembru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022 ta’ sitt (6) impjegati tal-PA b’self mal-SCH
3
1. L-ammont gross li SCH kellha tagħti lil PA kien dak ta’ €336,160.53. Minn dan tnaqqas (offset) l-ammont ta’ €6,936.61 li kien dovut mill-PA lill-SCH, rimborż ta’ parti mill-paga tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.
2. L-ammont gross li SCH kellha tagħti lil PA kien dak ta’ €507,800.82. Minn dan tnaqqas (offset) l-ammont ta’ €80,276.08 li kien dovut mill-PA lill-SCH, rimborż ta’ parti mill-paga tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.
3. L-ammont gross li SCH kellha tagħti lil PA kien dak ta’ €40,080.24. Minn dan tnaqqas (offset) l-ammont ta’ €15,611.18 li kien dovut mill-PA lill-SCH, rimborż ta’ parti mill-paga tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-1 ta’ Jannar 2013, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jagħti lista tas-servizzi jew spejjeż li ffurmaw dawn l-ammonti, maqsuma sena b’sena għal kull servizz jew spiża?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar tirrifuża parti mill-ispejjeż tal-kuntratt tas-Sovrintendent li sar bejn l-Ministeru tal-Kultura u Gvern Lokali u l-Awtorità tal-Ippjanar.
Intant, l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
· 2021: L-ammont ta’ €6,936.61 li kien dovut mill-PA lill-SCH, rimborż ta’ parti mill-paga tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.
· 2022: L-ammont ta’ €80,276.08 li kien dovut mill-PA lill-SCH, rimborż ta’ parti mill-paga tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali
· 2023: L-ammont ta’ €15,611.18 li kien dovut mill-PA lill-SCH, rimborż ta’ parti mill-paga tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali (dan l-ammont rċevut sa 26.10.2023).
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Organigramma
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-organigramma tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u jindika fuq l-istess organigramma, liema huma dawk il-karigi kollha okkupati minn impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll persuni li jokkupaw kariga fuq basi ta’ ‘Position of Trust’ u għal dawn il-karigi jitniżżlu l-ismijiet tal-individwi kkonċernati?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-organigramma tas-Sovrintendenza, fejn tindika il-karigi okkupati minn impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar (immarkati biċ-ċelest).
Intant, is-Sovrintendenza ma timpjegax persuni fuq bażi ta’ Position of Trust.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk apparti dawk l-impjegati msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5645, kienx hemm iktar impjegati mill-Awtorità tal-Ippjanar li ddaħħlu jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fil-perjodu bejn l-2013, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull individwu, jista’ l-Ministru jimla t-tabella li qed tintbagħat separatament u:
a. jagħti d-data ta’ meta kull persuna daħlet taħdem fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;
b. jindika l-kariga u l-grad li kull persuna kienet tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar fil-mument li daħlet fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;
ċ. jindika l-kariga u l-grad li tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar illum minkejja li taħdem mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;
d. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li daħlet fiha fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;
e. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li tokkupa llum fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; u
f. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim jew kuntratt li jirregola l-ingaġġ ta’ dawn l-impjegati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza ma impjegatx impjegati oħra mill-Awtorità tal-Ippjanar, għajr dawk imsemmija fir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5645.
Intant ninsab infurmat li s-Sa Mandy Gatt m’għadhiex impjegata tas-Sovrintendenza.
Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar il-parkeġġ riservat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li l-ebda karozza bin-numru tar-reġistrazzjoni assenjat ma’ dan il-parkeġġ m’għadha tipparkja fih? Jista' jgħid jekk din il-karozza għadhiex tinstaq fit-toroq? X'ġara mill-persuna li hija rreġistrata ma' din il-karozza?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nfurmat li l-parkeġġ riservat huwa approvat, u li l-vettura msemmija għandha liċenzja valida u bħalissa qiegħda għat-tiswija.
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali — Remunerazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12108, fejn ingħad li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed jirċievi benefiċċji “skont il-ftehim kollettiv tal-grad sostantiv tal-individwu kkonċernat”, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ftehim kollettiv imsemmi huwa b’referenza għall-ftehim kollettiv bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Union Professjonisti fl-Ambjent u fl-Ippjanar (UPAP)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li il-ftehim kollettiv imsemmi huwa l-ftehim kollettiv bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Unjoni Professjonisti fl-Ambjent u l-Ippjanar (UPAP).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12266 dwar debituri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fejn il-Ministru qal li debitur minnhom hija l-Awtorità tal-Ippjanar u li dan b'konnessjoni ma’ “Talba għar-rimborż tas-salarju dovut lis-Sur Kurt Farrugia skont il-ftehim tal-loan” u li jammonta għal €15,611.18, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tas-servizzi kollha li s-Sur Kurt Farrugia ta lill-Awtorità tal-Ippjanar li għalihom qed jiġi mitlub rimborż?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ispiża imsemmija tappartjeni għar-rifużjoni tas-salarju u benefiċċji ta’ kull tliet xhur tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Rendikont
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12267 dwar passiv kurrenti (current liabilities) għas-snin 2022 u 2023 fejn il-Ministru informa lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha bħala kreditur tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar, u ċjoè għandha tħallasha l-ammont ta’ €40,082 għas-sena 2022, jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa (break down of costs) tas-servizzi jew spejjeż li jiffurmaw dan l-ammont?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ €40,082 li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha tagħti lill-Awtorità tal-Ippjanar jirriżulta minn:
1. Rimborż tal-Pagi u Assikurazzjoni Personali, li tkopri mit-3 ta’ Diċembru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022, ta’ ħames (5) impjegati tal-PA b’self ma’ SCH:
Jonathan Borg
€ 9,822
Kevin Borda
€ 8,460
Kenneth Cauchi
€ 6,587
Mark Cassar
€ 6,235
Audrey Camilleri
€ 4,741
2. Rimborż tal-Paga u Assikurazzjoni Personali, li tkopri mit-3 ta’ Diċembru 2022 sat-13 ta’ Diċembru 2022, ta’ impjegata (1) tal-PA b’self ma’ SCH sat-13 ta’ Diċembru 2022.
Mandy Gatt
€ 4,237
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – servizzi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9503 dwar servizzi li tagħti s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jista’ l-Ministru jgħid minn liema artiklu tal-liġi (Kap. 445) jinħarġu l-miżati li qed jintalbu għall-“Other Services rendered in terms of Cultural Heritage Act”?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li “Other Services rendered in terms of Cultural Heritage Act” jirreferi għal każijiet rari fejn is-Sovrintendenza offriet is-servizzi tagħha għal evalwazzjoni arkeoloġika kemm fuq l-art u kemm taħt il-baħar fin-nuqqas ta’ riżorsi umani fis-settur privat. Intant, il-miżati tas-servizzi msemmija jemanu mill-artiklou 59 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – servizzi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9503 dwar servizzi li tagħti s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali taħt il-kategorija “Other Services rendered in terms of Cultural Heritage Act”, jista’ l-Ministru jipprovdi listi ta’ individwi/dipartimenti/entitajiet eċċ. għas-snin 2020, 2021, 2022 u 2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma separatament u bl-ammonti li nġabru minn kull individwu/dipartiment/entità?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
2020
Infrastructure Malta
€ 4,400
Infrastructure Malta
€ 2,750
Total: €7,150
2021
WaterServ Malta
€4,090
Ministry of Inclusion & Social Wellbeing
€37,500
Infrastructure Malta
€3,710
Malta Tourism Authority
€529
Infrastructure Malta
€667
Project Plus Ltd.
€1,081
Infrastructure Malta
€667
Total: €48,244
2022
Infrastructure Malta
€407
WasteServ Malta
€20,000
Infrastructure Malta
€701
Total: €21,108
2023
Infrastructure Malta
€684
Total: €684
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7660 dwar għotja ta’ Atti ta’ Kurazija (Guardianship Deeds), jista’ l-Ministru jgħid jekk dan id-dewmien (saħansitra snin sħaħ ta' dewmien) huwiex ġustifikat? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ir-rieda politika biex ikomplu jingħataw Atti ta' Kurazija lil NGOs, jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali pproċessat it-talbiet ta’ Atti ta’ Kurazija kollha li rċeviet sal-2022. Infurmat li talbiet ġodda ġew ipproċessati u riferuti lill-Awtorità tal-Artijiet, filwaqt li talbiet għal tiġdid ġew ipproċessati u riferuti għand in-Nutar tal-Gvern.