Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193 u 13466 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10399, 11055, 11804, 12115, 12663, 12994, 13192 u 13467 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi ġew il-ħaddiema barranin li qed jaħdmu f'pajjiżna mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema industrija ta' pajjiżna jaħdmu u kemm persuni jaħdmu f'kull industrija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Ġgantija – applikazzjoni għall-permess ta’ bini
Question
Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet varji li qed isiru rigward il-pożizzjoni tal-awtoritajiet konċernati rigward l-applikazzjoni għall-permess tal-bini PA 570/21 ġewwa l-Buffer Zone tas-sit ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO tal-Ġgantija, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Minuti kollha tal-Kumitat Tekniku Nazzjonali tal-Wirt Dinji rigward dan il-każ matul is-snin 2022 u 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Waqt li napprezza l-ispirtu li bih l-Onor. Interpellant qed titlob kopja ta' dawn il-minuti, irrid ninformaha li anke in linja ma' diversi risposti li ngħataw matul is-snin minn Ministri varji tad-diversi amministrazzjonijiet b'referenza għal talbiet li setgħu saru dwar pubblikazzjonijiet ta' minuti ta' Bordijiet varji (mhux neċessarjament dan il-kumitat) ir-risposti kienu fis-sens li n-natura ta' dan it-tagħrif mhijiex waħda pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ir-restawr fil-Mużew Marittimu u kemm fadallu biex ikun lest?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġett tal-Mużew Marittimu jinsab qrib it-tlestija tal-ewwel fażi tiegħu, liema fażi kienet kofinanzjata minn fondi Norvegiżi (EEA Funds). Il-ftuħ mill-ġdid ta’ din il-parti tal-Mużew Marittimu hu pjanat għall-ewwel kwart tas-sena 2024.
Intant infurmat, l-implimentazzjoni tal-fażijiet l-oħra li qed jiġu finanzjati minn fondi Nazzjonali, jinsabu fi stadju avvanzat ta' disinn.
Fid-dawl illi t-Torri tal-Kaptan f’San Pawl tat-Tarġa, l-ewwel fortifikazzjoni tal-Kavallieri barra n-naħat tal-port, huwa fil-periklu li jaqa’ u wkoll jagħmel parti mill-Inventarju Nazzjonali tal-Patrimonju Kulturali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew deċiżjonijiet li jridu jiġu meħuda biex dan l-imsemmi torri jiġi ppriservat mill-elementi biex ma jkomplix jaqa’ u mbagħad jiġi kkonservat u rrestawrat ukoll?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi Heritage Malta għamlet talba formali sabiex it-Torri tal-Kaptan jgħaddi fil-kustodja tagħha, liema talba ġiet riferuta lill-Awtorità kkonċernata.
Saru wkoll taħditiet bejn Heritage Malta u l-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar din il-binja.
Għar-rigward tal-bqija tal-proċess rigwardanti tali talba, nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195 u 13464 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?
Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194 u 13465 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ restawr se jsir f’Villa Portelli u f’Villa Gwardamanġa u għal xiex ser jintużaw dawn iż-żewġ vilel wara li jitlestew? Jekk għal viżitaturi, x’ser tkun it-targeted audience ta’ dawn iż-żewġ vilel separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm ser tkun in-nefqa pproġettata ta’ restawr mill-bidu sat-tmiem ta’ dan il-proġett taż-żewġ vilel separatament? Min hu responsabbli għax-xogħol li qed isir jew se jsir ġewwa Villa Gwardamanġia u ġewwa Villa Portelli u kemm hu ż-żmien stipulat minn meta beda jew ser jibda, sa meta jispiċċa ż-żmien tax-xogħlijiet f’dawn iż-żewġ vilel?
Response (BONNICI, OWEN)
Nagħmilha ċara li aħna ma naqblux ma’ dak li trid l-Onor. Interpellant, cjoè li dawn iż-żewġ siti jgħaddu għand il-privat u li l-Gvern jagħti flus lill-privat biex imexxi dawn iż-żewġ siti.
Aħna rridu li l-Gvern jagħti flus lil Heritage Malta sabiex dawn l-assi storiċi jkunu tal-poplu Malti u Għawdxi u jservu ta’ attrazzjoni turistika importanti ħafna.
Din hi distinzjoni ċara bejn il-viżjoni tagħna u dak li trid li jsir l-Onor Interpellant.
Irrid ngħid li ninsab infurmat li f’Villa Portelli u Villa Gwardamangia huwa pjanat li jsir restawr minn nies professjonali fi ħdan Heritage Malta kif ukoll minn kuntratturi li għandhom esperjenza f’xogħol bħal dan. Huwa pjanat li wara li jitlesta x-xogħol meħtieg fuq iż-żewġ siti msemmija, dawn jiġu miftuħa għat-tgawdija tal-pubbliku. Infurmat li t-target audience għal dawn iż-żewġ siti huma l-pubbliku ġenerali, komunità lokali u turisti.
Intant infurmat li għadhom qed isiru l-istudji meħtieġa rigward in-nefqa globali għal dawn iż-żewġ siti.
Finalment infurmat ukoll li minn meta Heritage Malta ingħatat r-responsabbiltà ta’ dawn iż-żewġ siti, beda x-xogħol ta’ konsolidazzjoni u l-istudji tekniċi kollha meħtieġa. Minħabba l-ħtiega ta’ ħruġ ta’ tenders u l-proċess kollu relatat mal-istess tfassil u aġġudikazzjoni tat-tenders, it-tul ta’ żmien marbut mat-tlestija ta’ dawn iż-żewġ proġetti se jiġi indikat fi stadju ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm (l-ammont globali) ħallset il-kumpanija li informazzjoni dwarha qed jingħataw separatament biex jinżamm il-Forti Ricasoli minn mindu beda jintuża sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal kemm ġranet ġie mħallas dan l-istess ammont s’issa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, relatata maż-żamma u l-użu ta’ Forti Ricasoli, hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10399, 11055, 11804, 12115, 12663 u 12994 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664 u 12995 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?
Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665 u 12996 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?
Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666 u 12997 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?
Birkirkara – Triq il-Papa Ġwanni Pawlu I — Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta se ssir it-tiswija neċessarja u jingħata asfalt lill-wiċċ ta’ Triq il-Papa Ġwanni I, f’Birkirkara, peress li wara li sar xogħol ta’ manutenzjoni tal-main tad-drenaġġ, il-wiċċ ta’ din t-triq jinsab fi stat perikoluż ħafna?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol fl-imsemmija triq għadu għaddej u mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ Novembru. Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu u jiġu mħarsa l-miżuri kollha ta’ saħħa u sigurtà.
Birkirkara – Triq il-Papa Ġwanni Pawlu I — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir it-tiswija neċessarja u jingħata asfalt lill-wiċċ ta’ Triq il-Papa Ġwanni I, f’Birkirkara, peress li wara li sar xogħol ta’ manutenzjoni tal-main tad-drenaġġ, il-wiċċ ta’ din t-triq jinsab fi stat perikoluż ħafna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13196.