Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl tat-Tarġa — Torri tal-Kaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13921 u 14095 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13649, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew deċiżjonijiet li jridu jiġu meħuda biex it-Torri tal-Kaptan f’San Pawl tat-Tarġa jiġi ppreservat mill-elementi biex ma jkomplix jaqa’ u mbagħad jiġi kkonservat u rrestawrat ukoll?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li rappreżentanti ta’ Heritage Malta flimkien mal-SCH u rappreżentant tar-Reġjun tat-Tramuntana żaru s-sit in kwistjoni sabiex jidentifikaw ix-xogħol ta’ restawr meħtieġ fuq l-istess sit.

Għalliema fl-Iskejjel Primarji u Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14092 fl-intier tagħha u jgħid kemm mit-3,641 għalliem fl-iskejjel tal-istat huma għalliema kkwalifikati u kemm minnhom huma supply? Fir-rigward tal-għalliema (kwalifikati u dawk supply) fl-iskejjel sekondarji, jista’ jindika ta’ liema suġġetti huma? Jista’ jgħid ukoll kemm klassijiet fl-iskejjel primarji u kemm klassijiet fl-iskejjel sekondarji jinsabu mingħajr għalliema għal kull suġġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Baġit 2024 — Restawr tal-knejjes

Question

Peress li fid-Diskors tal-Baġit 2024 hemm referenza għar-restawr tal-knejjes, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-involviment tal-Gvern f'dan il-proġett? Jekk il-Gvern qiegħed jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja, jista' jgħid x'inhu l-ammont ta' din il-kontribuzzjoni u minn fejn ġejjin il-fondi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni qiegħed jagħmel xogħol ta’ restawr fuq numru ta’ bini ekkleżjastiku, liema xogħol ser jitkompla fis-sena 2024. Tali xogħlijiet jinkludu: § xogħol mal-frontispizju tal-Parroċċa tal-Isla u mal-kampnar tal-Oratorju tar-Redentur; § restawr tal-faċċata tal-Knisja ta’ San Ġużepp ta' Tarxien; § restawr tal-faċċata tal-Bazaar tal-Fondazzjoni San Jeanne Antide Tarxien; § restawr tal-knisja ta’ San Klement iż-Żejtun; § restawr tal-faċċati tal-knisja tas-Salvatur il-Qadim f’Ħal Lija; § xogħol ta’ tiswija fuq ġewwa fil-kappella tal-Qalb ta’ Ġesu iż-Żurrieq; § restawr tal-faċċati tal-knisja ta’ San Ġakbu ix-Xgħajra u § restawr tal-faċċati tal-knisja tal-Madonna tad-Dawl f’Ħaż-Żebbuġ. Infurmat li dawn ix-xogħolijiet huma stmati li ser jiswew aktar minn €700,000 u huma ffinanzjati minn fondi pubbliċi. Intant infurmat li d-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni qiegħed jagħmel ukoll xogħol ta’ restawr billi joħroġ sejħiet pubbliċi. Dawn ix-xogħlijiet, kif ukoll dawk li huma mistennija li jibdew fis-sena 2024 jinkludu: § ir-restawr tal-koppla tal-knisja ta’ San Pawl f’Bormla; § ir-restawr tal-faċċata tal-kunvent ta’ Sta Margherita f’Bormla; § ir-restawr tal-knisja tal-Ġiżwiti il-Belt Valletta minn ġewwa, xogħol ta’ bdil ta’ servizzi u dawl f’din l-istess knisja, ir-restawr tal-bankijiet u bibien fl-Oratorju tal-Onorati biswit din il-knisja; § ir-restawr tal-faċċata ta’ wara tal-Parroċċa taż-Żejtun; § ir-restawr tal-faċċata prinċipali tal-Parroċċa tal-Marsa; § il-konsolidament tal-blat u pedamenti u r-restawr tal-knisja tal-Lunzjata fis-Siġġiewi; § ir-restawr tal-faċċati u kampnari tal-knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta; § xogħlijiet strutturali ta’ emerġenza fil-knisja ta’ Santa Marija f’Birkirkara u § tiswijiet fil-knisja ta’ Santa Marija f’Bubaqra, iż-Żurrieq. Infurmat li dawn ix-xogħlijiet huma stmati li ser jiswew aktar minn €4,100,000 u huma ffinanzjati minn fondi pubbliċi. Finalment, infurmat li d-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni fl-2024 alloka ukoll €90,000 għall-Iskema tar-Restawr ta' Proprjetà Immobbli fi knejjes ta’ Malta u Għawdex. Din l-Iskema issir b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għal-Arti.

Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10399, 11055, 11804, 12115, 12663, 12994, 13192, 13467, 13710 u 13955 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, 13709 u 13954 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Għalliema fl-Iskejjel Primarji u Sekondarji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13950 u jgħid kemm hemm għalliema li qed jgħallmu fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid kemm minnhom huma għalliema kkwalifikati u kemm minnhom huma supply? Fir-rigward tal-għalliema (kwalifikati u dawk supply) fl-iskejjel sekondarji, jista’ jindika ta’ liema suġġetti huma? Jista’ jgħid ukoll kemm klassijiet fl-iskejjel primarji u kemm klassijiet fl-iskejjel sekondarji jinsabu mingħajr għalliema għal kull suġġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-istat hemm total ta’ 3,641 għalliem.

Mediterrane Film Festival: The Golden Bee Awards — Luxury Board u VIPS Abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195, 13464, 13707 u 13924 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194, 13465, 13708 u 13923 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

San Pawl tat-Tarġa — Torri tal-Kaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13921 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13649, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew deċiżjonijiet li jridu jiġu meħuda biex it-Torri tal-Kaptan f’San Pawl tat-Tarġa jiġi ppreservat mill-elementi biex ma jkomplix jaqa’ u mbagħad jiġi kkonservat u rrestawrat ukoll?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Arkivji Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma mad-Dipartiment ikkonċernat jew entitajiet oħrajn li jaqgħu taħtu li qed jużaw art mikrija lill-Arkivji Nazzjonali biex fuqha jinbena l-Arkivju Nazzjonali ġdid? Jista’ jgħid ukoll għaliex l-Arkivji Nazzjonali mhuwiex jitħalla jimxi bil-proġett imwiegħed li huwa dak li jibni l-Arkivju Nazzjonali ġdid?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10399, 11055, 11804, 12115, 12663, 12994, 13192, 13467 u 13710 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħal Balzan – Tiswijiet

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi ddeterminat minnufih x’inhu l-likwidu ta’ kulur skur (ritratti annessi) li ħiereġ minn binja f’Ħal Balzan li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex ikun stabbilit jekk hemmx bżonn ta’ tiswijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma kinitx notifikata rigward dan l-ilma li qed jiskula. Meta saret taf dwar dan bdiet mill-ewwel bl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Environmental Health Directorate – Tiswijiet

Question

Fid-dawl tal-każ li jġib miegħu n-numru tar-referenza 5935/2023 li ntbagħat lill-Environmental Health Directorate, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jiġi ddeterminat minnufih x’inhu l-likwidu ta’ kulur skur (ritratti annessi) li ħiereġ mill-binja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex ikun stabbilit jekk hemmx bżonn ta’ tiswijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-binja indikata minnha saru żewġ spezzjonijiet minn uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali fit-22 ta’ Novembru u kif ukoll fl-1 ta’ Diċembru iżda fiż-żewġ okkażjonijiet dan l-ilment ma ġiex ikkonfermat peress li waqt il-ħin tal-ispezzjoni ma nstab l-ebda ħruġ ta’ ilma maħmuġ. Madankollu, sar ukoll kuntatt mal-kumpanija li tieħu ħsieb il-kondominju tal-fond indikat, u sar appuntament sabiex titkompla l-investigazzjoni.

Mediċina – Out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-Atorvastatin tal-40 mg li bħalissa qiegħda out of stock ser tkun lura fl-istock tal-POYC u għaliex ma ngħatatx alternattiva oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Atorvastatin tal-40 mg hija disponibbli.

San Pawl tat-Tarġa – Torri tal-Kaptan

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13649, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew deċiżjonijiet li jridu jiġu meħuda biex it-Torri tal-Kaptan f’San Pawl tat-Tarġa jiġi ppreservat mill-elementi biex ma jkomplix jaqa’ u mbagħad jiġi kkonservat u rrestawrat ukoll?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Ġgantija – applikazzjoni għall-permess ta’ bini

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13647, jista’ l-Ministru jindika taħt liema regolamenti jew liġi l-Minuti tal-Kumitat Tekniku Nazzjonali tal-Wirt Dinji huma allegatament ipprivileġġjati?

Response (BONNICI, OWEN)

Bl-istess mod li f'diversi tweġibiet li ngħataw matul is-snin minn Ministri varji tad-diversi amministrazzjonijiet b'referenza għal talbiet li setgħu saru dwar pubblikazzjonijiet ta' minuti ta' Bordijiet varji (mhux neċessarjament dan il-kumitat).

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194, 13465 u 13708 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195, 13464 u 13707 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li qed jgħallmu fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid kemm minnhom huma għalliema kkwalifikati u kemm minnhom huma supply? Fir-rigward tal-għalliema (kwalifikati u dawk supply) fl-iskejjel sekondarji, jista’ jindika ta’ liema suġġetti huma? Jista’ jgħid ukoll kemm klassijiet fl-iskejjel primarji u kemm klassijiet fl-iskejjel sekondarji jinsabu mingħajr għalliema għal kull suġġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, u 13709 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.