Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Iklin — Triq Geronimo Abos – Sistema tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14565 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tgħid hemmx xi ħjiel dwar meta ser tittieħed azzjoni rigward id-drenaġġ li ma jlaħħaqx mal-katusi li hemm ġewwa Triq Geronimo Abos, l-Iklin u dan għad-detriment tar-residenti? Tista’ tgħid ukoll x’tip ta’ azzjoni ser tittieħed?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li dan jiġri biss meta sseħħ maltempata u huwa konsegwenza ta’ konnessjonijiet illegali tal-ilma tax-xita minn binjiet privati għal ġos-sistema tad-drenaġġ li joħolqu domanda żejda fuq l-istess sistema. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma xorta qed tivverifika dwar kif tista’ tiġi mitigata din is-sitwazzjoni li, kif spjegajt, qed tinħoloq b’aġir irresponsabbli ta’ terzi.

Awtorità tal-Artijiet — Kirjiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14573, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm daħħlet flus f’kirjiet, l-Awtorità tal-Artijiet minn fuq proprjetajiet immobbli u ċjoè fortijiet u batteriji kostali ta’ wirt nazzjonali li jaqgħu taħt fortifikazzjonijiet għal dawn l-aħħar ħames snin, fosthom Forti San Luċjan, Forti Sant’Anġlu, Forti Ricasoli, Forti Madliena fost oħrajn? Jista’ jgħid ukoll jekk inkrewx ukoll minn terzi persuni jew kumpaniji, jagħti rendikont b'kemm inkrew u jipprovdi lista ta’ rendikonti separati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Belt Valletta – Rapport dwar il-Views and Vistas

Question

B’referenza għal rapport dwar il-views and vistas tal-Belt Valletta li sar fuq il-Belt mill-World Heritage Committee, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport li diġà ntbagħat lill-UNESCO?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194, 13465, 13708, 13923, 14094 u 14219 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Kummissarju tal-Films – Allowance ta’ safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu allowance ta’ safar il-Kummissarju tal-Films li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jagħti rendikont ta’ infiq fuq safar li għamel madwar id-dinja fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet — Kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm daħlet flus f’kirjiet, l-Awtorità tal-Artijiet minn fuq proprjetajiet immobbli ta’ wirt nazzjonali li jaqgħu taħt fortifikazzjonijiet għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll jekk inkrewx ukoll minn terzi persuni jew kumpaniji u jagħti rendikont b'kemm inkrew u jipprovdi lista ta’ rendikonti separati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm mijiet ta’ propjetajiet li jistgħu jaqgħu f’din il-kategorija li jinkrew lil diversi entitajiet pubbliċi jew lil privat. Dawn il-propjetajiet jistgħu jkunu suġġetti għal konċessjonijiet enfitewtiċi taħt kundizzjonijiet varji u mhuwiex fattibbli li l-Awtorità tal-Artijiet tagħti rendikont wieħed għal dawn kollha. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant tindika siti partikolari li dwarhom trid din l-informazzjoni.

Ħal Balzan — Direttorat tas-Saħħa Ambjentali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13963 u l-każ li jġib miegħu n-numru tar-referenza: 5935/2023 li ntbagħat lid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, jista’ l-Ministru jgħid x’ser isir wara li ġiet ikkuntattjata l-kumpanija li tieħu ħsieb il-kondominju tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li minnha ħiereġ likwidu ta’ kulur skur li jibda ħiereġ ta’ kull filgħaxija mill-ħamsa ta’ wara nofsinhar lil hemm?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Mediterrane Film Festival — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, 13709, 13954, 14091 u 14216 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival: The Golden Bee Awards — Luxury Board u VIPS Abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195, 13464, 13707, 13924, 14093 u 14218 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

L-Iklin — Triq Geronimo Abos – Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi ħjiel dwar meta ser tittieħed azzjoni rigward id-drenaġġ li ma jlaħħaqx mal-katusi li hemm ġewwa Triq Geronimo Abos, l-Iklin u dan għad-detriment tar-residenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ azzjoni ser tittieħed?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Għawdex – Restawr tal-Batterija tal-Qbajjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex tiġi ssalvagwardjata l-batterija li hemm ġewwa l-Qbajjar, Għawdex peress li din qiegħda fi stat ħażin u tista’ tispiċċa bi ħsarat waqt il-maltemp tax-xitwa jekk ma tiġix irrestawrata minnufih?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sit imsemmi huwa suġġett għal talba ta’ kustodja. Infurmat li t-talba, li ġejja mingħand Din l-Art Ħelwa, qed tiġi analizzata u proċessata. Irrid ngħid ukoll li fejn jidħlu talbiet ta' kustodja hemm entitajiet oħrajn lil hinn mill-Ministeru de quo li huma involuti.

Tmexxija tal-Batterija tal-Qbajjar — Din l-Art Ħelwa u Kunsill Lokali taż-Żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-batterija li tinsab ġewwa l-Qbajjar tgħaddi lill-NGO Din l-Art Ħelwa u lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ sabiex tiġi ssalvagwardjata?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li qed isiru diskussjonijiet f’dan ir-rigward.

Il-Belt Valletta u l-Furjana- pjan amministrattiv

Question

Fid-dawl li ħarġet il-konsultazzjoni pubblika dwar il-pjan amministrattiv tal-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid kif il-vista tal-Belt Valletta ma ġietx diskussa qabel ma ntbagħat ir-rapport lill-UNESCO? Jista’ jgħid ukoll hemmx xi raġunijiet speċifiċi għalfejn il-Furjana ma ġietx inkluża fil-buffer zones tal-Belt Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Views and Vistas Analysis mitluba mill-World Heritage Centre huwa eżerċizzju tekniku li jikkonsisti minn ritratti minn u lejn il-Belt Valletta minn punti li huma viżwalment strateġiċi u ‘viewshed survey’ diġitali. Infurmat li dawn ġew diskussi bejn l-entitajiet konċernati dwar il-Belt Valletta bħala Sit ta’ Wirt Dinji u ntbagħtu lill-World Heritage Centre kif mistenni. Intant infurmat li dwar il-buffer zone proposta, l-Onor. Interpellant mitluba tara l-mappa fuq paġna 15 tad-Draft Management Plan for Valletta WHS li tqiegħed għall-Konsultazzjoni Pubblika, fejn il-Floriana hija inkluża fil-Buffer Zone.

Ħal Balzan — Direttorat tas-Saħħa Ambjentali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13962 rigward l-likwidu ta’ kulur skur li jibda ħiereġ ta’ kull filgħaxija mill-ħamsa ta’ wara nofsinhar lil hemm mill-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u l-każ li jġib miegħu n-numru tar-referenza 5935/2023 li ntbagħat lid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, tista’ l-Ministru tgħid x’ser isir wara l-investigazzjoni li saret?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’referenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13962, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wettqet l-investigazzjoni meħtieġa u rriżulta li dan l-ilma li qed tirreferi għalih ma jappartjenix għall-infrastruttura tal-Korporazzjoni. Dwar “il-każ li jġib miegħu n-numru tar-referenza 5935/2023 li ntbagħat lid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali” li qed tirreferi għalih nitlobha tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Balzan — Direttorat tas-Saħħa Ambjentali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13963 u l-każ li jġib miegħu n-numru tar-referenza: 5935/2023 li ntbagħat lid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, jista’ l-Ministru jgħid x’ser isir wara li ġiet ikkuntattjata l-kumpanija li tieħu ħsieb il-kondominju tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li minnha ħiereġ likwidu ta’ kulur skur li jibda ħiereġ ta’ kull filgħaxija mill-ħamsa ta’ wara nofsinhar lil hemm?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

B’referenza għat-tweġiba parlamentari Nru 13963, ninsab infurmat li fit-18 ta’ Diċembru 2023, tkompliet l-investigazzjoni billi saret l-ispezzjoni neċessarja mill-uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali flimkien mal-kumpanija amministrattiva li tieħu ħsieb il-kondominju tal-fond indikat. Waqt il-ħin tal-ispezzjoni ġie kkonfermat li l-katusi huma kollha konnessi regolarment u wkoll waqt il-ħin tal-ispezzjoni ma kien hemm l-ebda ħruġ ta’ ilma maħmuġ. Wara din id-data saru wkoll spezzjonijiet oħra minn ufficcjali għas-Saħħa Ambjentali, saħansitra fil-għaxija u qatt ma ġie nnutat ħruġ ta’ ilma minn din il-binja. Minbarra li l-kumpanija amministrattiva li tieħu ħsieb il-kondominju ġiet avżata sabiex tibqa tissorvelja din il-binja saru wkoll spezzjonijiet mill-uffiċċjali ġol-appartamenti fejn ġie żgurat li ma hemm ebda konnesjonijiet bħal eżempju tal- washing machines li huma rregolarli. Dawn kollha nstabu li jarmu regolarment fid-drenaġġ.

Għalliema fl-Iskejjel Primarji u Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14092 fl-intier tagħha u jgħid kemm mit-3,641 għalliem fl-iskejjel tal-istat huma għalliema kkwalifikati u kemm minnhom huma supply? Fir-rigward tal-għalliema (kwalifikati u dawk supply) fl-iskejjel sekondarji, jista’ jindika ta’ liema suġġetti huma? Jista’ jgħid ukoll kemm klassijiet fl-iskejjel primarji u kemm klassijiet fl-iskejjel sekondarji jinsabu mingħajr għalliema għal kull suġġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; SECTOR GRADE SUPPLY TEACHER TEACHER Primary 142 1242 Secondary 219 2038 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull għalliem regolari jew supply għandhom il-kwalifiki neċessarji.

Mediterrane Film Festival — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, 13709, 13954 u 14091 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival: The Golden Bee Awards — Luxury Board u VIPS Abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195, 13464, 13707, 13924 u 14093 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194, 13465, 13708, 13923 u 14094 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.