Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ix-Xagħra, Għawdex — Sit vakanti - Archaeological drawing

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15567, fejn ingħatat risposta parzjali, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista deskrittiva ta’ features li nstabu fuq dan is-sit (cross-referenced mal-archaeological drawing tal-permess PA/00564/18 li huwa permess tal-iżvilupp fuq l-istess sit fejn hemm applikazzjoni tal-iżvilupp b'numru PA/03174/23), il-valur kulturali mogħti għal kull feature u d-deċiżjoni li ttieħdet għal kull feature hekk kif indikat fit-tabella li qed tintbagħat separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Siti ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO — Siti li kienu fuq it-'Tentative List'

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema mis-seba’ siti li kienu fuq it-'Tentative List' tal-UNESCO fl-1998 ġew innominati biex jingħataw rikonoxximent bħala Siti ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO mill-2018, meta l-Ministru nieda l-proġett? Jista' jgħid ukoll liema huma dawn is-siti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi ghat-twegiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 15668.

Patrimonju kulturali — Proġett tal-inventarju nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett tal-inventarju nazzjonali ta' patrimonju kulturali tanġibbli u intanġibbli u jgħid kemm tpoġġew siti, oġġetti, eċċ. fuq dan l-inventarju mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jipprovdi lista komprensiva maqsuma bejn patrimonju kulturali tanġibbli u dawk intanġibbli, kif ukoll skont it-tipoloġiji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-proġett tal-Inventarju Nazzjonali għadu għaddej u dan anke in vista tal-fatt li Malta hija mogħnija b’patrimonju rikk u estensiv. Mis-sena 2018 ’l quddiem sar investiment ġdid fl-Inventarju Nazzjonlali, sew fejn tidħol teknoloġija, kif ukoll riżorsi umani. Fis-sena 2021, is-Sovrintendenza iffirmat ‘Enterprise Agreement’ mal-kumpannija ESRI sabiex l-inventarju jkun ibbażat fuq Sistema ta’ GIS. Dan il-ftehim issa ġie inkorporat mal-ftehim il-ġdid li l-Gvern Ċentrali ffirma mal-kumpannija ESRI. Is-siti tal-Inventarju li kienu nġabru sal-2014 kellhom jiġu vverrifikati kollha kemm huma minħabba li nstab li kien hemm ammont konsiderevoli ta’ żbalji, partikolarment fil-koordinati ġeografiċi, iżda anke f’dettalji oħra. Mis-sena 2018 ’l quddiem ittieħdet ukoll id-deċiżjoni li l-Inventarju jingħata xeħta aktar wiesgħa u s-sejbiet arkeoloġiċi kollha ma jibqgħux jiġu mistura, iżda bdew jiġu ppublikati fuq l-istess pjattaforma tal-Inventarju. Fis-sena 2022 reġa' ġie ippubblikat l-Inventarju mill-ġdid wara li saru l-korrezzjonijiet neċessarji għal total ta’ 2,490 sit (ara d-dokument Lista A hekk kif imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra) u għall-ewwel darba ġew ippubblikati s-sejbiet arkeoloġiċi għal total ta’ 2,300 sit, u li issa jammonta għal total ta’ 3,176 sit (ara d-dokument Lista B hekk kif mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra). F’Diċembru 2023 żdiedu 48 sit ġdid (ara d-dokument Lista C hekk kif imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra) u dan filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin għandhom jiġu ppubblikati 9 siti oħra.

Patrimonju kulturali — Tfassil tad-dokument ta' politika dwar protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal it-tfassil tad-dokument ta' politika ta' kif għandhom jiġu protetti siti u oġġetti ta' patrimonju kulturali tanġibbli u intanġibbli li tpoġġew fuq l-inventarju nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jispeċifika fis-sezzjoni ‘Preliminarja’ it-tifsira ta’ Patrimonju, liema tifsira tinkludi patrimonju tanġibbli u intanġibbli. Infurmat ukoll li abbażi ta’ din it-tifsira, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tevalwa proprjeta/siti/ogġġetti jekk humiex ta’ valur kulturali jew le. Filwaqt li infurmat li l-ġbir tal-Inventarju Nazzjonali huwa wieħed mill-obbligi tas-Sovrintendenza hekk kif stabilit f’Artikolu 7(5) tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, il-metodu ta’ kif jinġabar l-inventarju huwa wkoll stabilit fl-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, preciżament f’artikolu 53.

Applikazzjoni għal Żvilupp– Skoperti arkeoloġiċi

Question

Fid-dawl li l-Awtorità tal-Ippjanar din il-ġimgħa, ssospendiet lill-PA/03174/23 biex titlob informazzjoni mingħand is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali dwar skoperti arkeoloġiċi fuq il-post, madankollu, l-istess Awtorità tal-Ippjanar tat tiġdid ta' applikazzjoni preċedenti (PA/03678/23) fuq l-istess footprint ġimagħtejn ilu, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza waqqfitx ix-xogħlijiet b'rabta ma' dak il-permess, jew jekk is-Sovrintendenza hux ser tippermetti lill-iżviluppatur ikompli x-xogħlijiet fuq il-bażi tal-permess PA/03678/23 bis-sogru li jinqerdu aktar fdalijiet – u għar taħt l-art – anke waqt li jidħol f'konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-applikazzjoni mhux deċiża fuq l-istess footprint?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Applikazzjoni għal Żvilupp– Skoperti arkeoloġiċi

Question

Fid-dawl li l-Awtorità tal-Ippjanar din il-ġimgħa, ssospendiet lill-PA/03174/23 biex titlob informazzjoni mingħand is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali dwar skoperti arkeoloġiċi fuq il-post, madankollu, l-istess Awtorità tal-Ippjanar tat tiġdid ta' applikazzjoni preċedenti (PA/03678/23) fuq l-istess footprint ġimagħtejn ilu, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza waqqfitx ix-xogħlijiet b'rabta ma' dak il-permess, jew jekk is-Sovrintendenza hux ser tippermetti lill-iżviluppatur ikompli x-xogħlijiet fuq il-bażi tal-permess PA/03678/23 bis-sogru li jinqerdu aktar fdalijiet – u għar taħt l-art – anke waqt li jidħol f'konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-applikazzjoni mhux deċiża fuq l-istess footprint?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali illi l-istess Sovrintendenza waqqfet ix-xogħolijiet kollha li jistu jitwettqu taħt il-permess PA/03678/23 kif ukoll PA564/18 sakemm tingħata l-informazzjoni kollha lill-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Il-Belt Valletta – Rapport dwar il-Views and Vistas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15296 u ċjoè: B’referenza għal rapport dwar il-views and vistas tal-Belt Valletta li sar fuq il-Belt mill-World Heritage Committee, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport li diġà ntbagħat lill-UNESCO?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirrefer lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 15296 li ngħatat fis-seduta 197.

Creative Malta Scheme — Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser taħdem il-Creative Malta Scheme u min jista’ japplika għal dawn il-fondi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li din l-iskema qed tiġi maniġġjata għall-ewwel darba mill-Kunsill Malti għall-Arti li bħalissa qed iwettaq ir-riċerka meħtieġa. Infurmat ukoll li hekk kif tali riċerka tiġi konkluża, ser ikunu qeghdin jinħarġu l-linji gwida tas-sena 2024 fejn tidħol din l-iskema.

Xagħra, Għawdex — Rationalisation Scheme – Rapport arkeoloġiku

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport arkeoloġiku sħiħ (inkluż pjanti assoċjati) imfassal mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali b'konnessjoni mar-'Rationalisation Scheme' taż-żona kollha magħrufa bħala Ta’ Lablab, fix-Xagħra, Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ix-Xagħra, Għawdex – Applikazzjoni għal żvilupp — Rapport arkeoloġiku

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport arkeoloġiku sħiħ (inkluż pjanti assoċjati) imfassal mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali b'konnessjoni mas-sit suġġett għall-applikazzjoni tal-iżvilupp b'numru PA/03174/23 li jinsab f' 'Vacant Site at, N/S off Triq il-Knisja c/w N/S off, Triq George Mcadam, Xagħra'?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza ghall-Patrimonju Kulturali illi fuq is-sit kopert mill-applikazzjoni PA 3174/23, instabu tlettax (13) -il trinka ghall-uzu agrikolu u giet ikkonfermata l-prezenza tal-ghar li kien gie ddokumentat waqt l-evalwazzjoni marbuta mal-PC 40/13. Infurmat ukoll li ma nstabet l-ebda sejba specjali waqt il-moniteragg li sar taht id-direzzjoni tas-Sovrintendenza. Finalment infurmat ukoll li l-kaz ghadu mhux maghluq ghall-fini ta’ moniteragg jew investigazzjoni, u jkun mitqies bhala mitmum biss meta jitlestew il-pedamenti jekk jithalla li jsir zvilupp fuq is-sit.

Ix-Xagħra, Għawdex – Sit vakanti — Archaeological drawing

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-archaeological drawing tal-permess PA/03174/23 li jinsab f' 'Vacant Site at, N/S off Triq il-Knisja c/w N/S off, Triq George Mcadam, Xagħra'? Jista’ jgħid ukoll kemm instabu features b’kollox fuq dan is-sit? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista deskrittiva ta’ features li nstabu fuq dan is-sit (cross-referenced mal-archaeological drawing ta’ PA/03174/23), il-valur kulturali mogħti għal kull feature u d-deċiżjoni li ttieħdet għal kull feature hekk kif indikat fit-tabella li qed tintbagħat separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk instabux sejbiet speċjali (special finds) fuq dan is-sit u jagħti informazzjoni dwar x’instab u fejn instabu fis-sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali illi fuq is-sit kopert mill-applikazzjoni PA 3174/23, instabu tlettax (13)-il trinka għall-użu agrikolu u ġiet ikkonfermata l-preżenza tal-għar li kien ġie ddokumentat waqt l-evalwazzjoni marbuta mal-PC 40/13. Infurmat ukoll li ma nstabet l-ebda sejba speċjali waqt il-monitoraġġ li sar taħt id-direzzjoni tas-Sovrintendenza. Finalment infurmat ukoll li l-każ għadu mhux magħluq għall-fini ta’ monitoraġġ jew investigazzjoni, u jkun mitqies bħala mitmum biss meta jitlestew il-pedamenti jekk jitħalla li jsir żvilupp fuq is-sit.

Siti ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO — Siti proposti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sit ġie propost lill-UNESCO biex jingħataw rikonoxximent fuq it-'Tentative List' bħala Sit ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO mill-2018, meta l-Ministru nieda l-proġett? Jista' jgħid ukoll liema huma dawn is-siti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi qabel fejn jidħlu nominazzjonijiet ta’ siti, hemm proċess twil ta’ riċerka u konsultazzjoni fuq livell nazzjonali kif ukoll djalogu mal-World Heritage Centre u mal-ICOMOS, anke dwar l-aħjar triq ta’ kif wieħed għandu jipproċedi. Dan il-proċess jinsab għaddej. Infurmat illi s-siti li qegħdin jiġu kkunsidrati fil-preżent huma: Il-Fortifikazzjonijiet tal-Port il-Kbir u l-Kottonera, l-Imdina, u ċ-Ċittadella li lkoll jinsabu fuq il-lista tentattiva. Ma’ dawn, qed jiġu kkunsidrati wkoll il-fortifikazzjonijiet kostali ta’ Żmien l-Ordni li kienu parti mill-istess sistema difensiva tal-Gżejjer Maltin.

Kummissarju tal-Films – Allowance ta’ safar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14571 u jgħid kemm għandu allowance ta’ safar il-Kummissarju tal-Films li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jagħti rendikont ta’ infiq fuq safar li għamel madwar id-dinja fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Kummissarju tal-Films

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14572 u jgħid jekk hux ser jiġi appuntat Kummissarju tal-Films ġdid jew le minħabba li t-term tal-Kummissarju tal-Films ittermina f’Diċembru tal-2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14572.

Mediterrane Film Festival — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, 13709, 13954, 14091, 14216 u 14664 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival: The Golden Bee Awards — Luxury Board u VIPS Abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195, 13464, 13707, 13924, 14093, 14218 u 14665 u għid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194, 13465, 13708, 13923, 14094, 14219 u 14666 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet — Kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15295 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14573, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm daħħlet flus f’kirjiet, l-Awtorità tal-Artijiet minn fuq proprjetajiet immobbli u ċjoè fortijiet u batteriji kostali ta’ wirt nazzjonali li jaqgħu taħt fortifikazzjonijiet għal dawn l-aħħar ħames snin, fosthom Forti San Luċjan, Forti Sant’Anġlu, Forti Ricasoli, Forti Madliena fost oħrajn? Jista’ jgħid ukoll jekk inkrewx ukoll minn terzi persuni jew kumpaniji, jagħti rendikont b'kemm inkrew u jipprovdi lista ta’ rendikonti separati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Palazz tal-Gran Mastru – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-€40 miljun li ntefqu fuq il-Palazz tal-Gran Mastru ġewwa l-Belt Valletta, liema ċifra ilha tissemma mill-Ministru sa minn sentejn ilu? Jista’ wkoll jipprovdi lista ta’ kemm minnhom kienu kuntratti barra Heritage Malta u kemm minnhom kienu direct orders?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-investiment li sar fil-Palazz tal-Gran Mastru huwa imqassam skond kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Intant infurmat li din it-tabella ma tinkludiex il-pagi tal-ħaddiema tal-Aġenzija Heritage Malta li kienu involuti direttament f’dan il-progett, f’dawn l-aħħar ħames snin. Infurmat ukoll li minbarra t-tim tal-progetti, kuraturi u logistika, li kienu dejjem fuq is-sit, mas-seba’ t’elef (7,000) artifatt li hemm fl-Armerija ġew restawrati kollha minn ħaddiema ta’ Heritage Malta. Contract Total Value (incl. VAT) and/or as applicable CT3028/2017 - Engagement of an Integrated Design Team for the Grandmaster's Palace Regeneration Project €587,775.94 CT3055/2017 - Works Tender for the documentation and resoration of the Piano Nobile Artworks in an environmentally friendly manner, at the Grandmaster's Palace in Valletta €4,792,634.35 HM06/98/2019 - Contract for the Replaceement of the Existing Roof of the Piano Nobile Corridor at the Grand Master's Palace, Valletta €1,093,275.25 CT3036/2020 - Tender for All Works required for the Restoration, Rehabilitation and Upgrading of the Grandmasters’ Palace, Valletta, in an Environmentally Friendly Manner €4,707,725.76 HM06/44/2020 - Service contract for the engagement of an integrated design team for all the Grandmaster's Palace in Valletta (excluding the parts under the ERDF project) €312,700.00 HM06/72/2020_HM24/26/2020 - Direct Order for the testing of structures in separate Areas, at the Grandmaster's Palace, Valletta €69,667.20 HM06/85/2020_HM24/36/2020 - Contract for the re-introduction of water spouts in the Nettuno Courtyard of the Grandmaster's Palace, Valletta €65,891.20 HM06/84/2020_HM24/37/2020 - Contract for the replacement and repair of Stone Balustrades in the Parapet around the Nettuno Courtyard of the Grandmaster's Palace, Valletta €88,500.00 CT3004/2021 - Design & Build Works Tender in lots for the Documentation and Restoration of the State Rooms in an Environmentally Friendly manner at the Grandmaster's Palace, Valletta (Lot 1) €4,520,190.72 CT3004/2021 - Design & Build Works Tender in lots for the Documentation and Restoration of the State Rooms in an Environmentally Friendly manner at the Grandmaster's Palace, Valletta (Lot 2) €3,424,869.17 CT3004/2021 - Design & Build Works Tender in lots for the Documentation and Restoration of the State Rooms in an Environmentally Friendly manner at the Grandmaster's Palace, Valletta (Lot 3) €1,653,770.21 HM06/07/2021_HM24/02/2021 - Contract for 3D documentation and training (on mapping software) at the Grandmaster's Palace €411,820.00 CT3028/2021 - Structural roof repairs/restoration/replacement and waterproofing at the Grandmaster's Palace, Valletta, using Environmentally Friendly Materials €3,520,008.59 CT3024/2021 (Lot 1) - Interior fit-out works, refurbishment, and installation of conservation grade showcases, audio-visual development and graphic installations at the Grandmaster's Palace, Valletta using Environmentally friendly materials €1,288,391.43 HM24/03/2021 - Negotiated Procedure for the design, manufacture, supply, delivery, installation, testing and commissioning of an Environmental Control System at the Grandmaster's Palace, Valletta €790,534.06 HM24/06/2021 - Contract for the creation of new decorations at the Offie of the President of the Republic at the Grandmaster's Palace, Valletta €38,326.40 HM24/21/2021 - Works' Contract with RVC Ltd for the replacement and installation of special light fittings in Nettuno Courtyard of the Grandmaster's Palace, Valletta €54,931.64 HM24/53/2021 - Works Negotiated Procedure for the Uncovering and restoration of the decorated Palace Armoury (former Parliament) wall surfaces at the Grandmaster's Palace, Valletta €542,257.20 HM24/67/2021 - Works Negotiated Procedure with Camilleriparismode for the supply, fabrication and installation of Damask at Piano Nobile level in the Grandmaster's Palace, Valletta €596,387.93 HM24/71/2021 - Turnkey Works Negotiated Procedure for the Restoration and Rehabilitation of the Grandmaster's Palace, Valletta (Phase 2) €6,357,724.78 CT3038/2021_HM24/79/2021 - Supply of audio-visual design and development works at the Grandmaster's Palace, Valletta using Environmentally Friendly Materials €329,176.65 HM24/81/2021 - Supply Direct Order for the provision of a scaffold for the Throne Room at the Grandmaster's Palace, Valletta €28,609.10 HM24/11/2022 - Provision of services of a Project Manager on the Grandmaster's Palace Project, Valletta €47,200.00 HM24/53/2022 - Supply Direct Order for 3D modelling and manufacturing of busts and helmets from Silvercraft Ltd for the Grand Master's Palace in Valletta €57,171.00 HM06/238/2023 - Printing, supply and delivery of Grandmaster's Palace Project boo for Heritage Malta part-financed by the European Regional Development Fund (ERDF) €6,300.00 HM24/48/2023 - Supplies Direct Order with SR Services for the purchase of an aerial work platform for the Palace Armoury at the Grand Master's Palace in Valletta. €37,760.00 HM24/63/2023 - Works Direct Order with de Valier Company Ltd. for the restoration of the four brass statues above the Clock Tower at the Grand Master's Palace in Valletta €41,300.00 HM24/64/2023 - Supplies Direct Order with Elite Innovations Ltd for the purchase, installation and commissioning of 2 (two) turnstiles and 1 (one) swing gate for the Grand Master's Palace in Valletta €23,653.10 HM24/105/2023 - Supplies Direct Order with Mediterranean Protection Solutions for the procurement, installation and commissioning of an X-ray Inspection System for the Grand Master's Palace in Valletta €33,841.22 HM24/121/2023 - Works Direct Order with Noel Pisani for the restoration, including parts of 3 (three) 18th century tent and bag chandeliers at the Grand Master's Palace in Valletta €65,704.91 HM24/122/2023 - Works Direct Order with L.I.C.C Ltd for works to be carried out next to Nettuno Courtyard at the Grand Master's Palace in Valletta €48,416.58 Various Acquisitions of artefacts €539,416.00 Restoration of Soffits - Currently under procurement €2,006,000.00 The fit-out of the display in the Mint and Treasury €500,000.00 Lightning Protection €65,000.00

Iklin – Skola Maria Reġina – Petizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħditx xi azzjoni wara l-petizzjoni li għamlu r-residenti tal-Iklin rigward l-inkonvenjent li qed jiġi kkawżat minn loudspeaker li qed jintuża fl-Iskola Maria Reġina, l-Iklin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-iskola ma tgħamel xejn differenti mill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex.