Jista' l-Ministru jgħid x'sar mir-rapport dwar il-creative industries tal-2012? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiġi kkummissjonat studju ieħor fiż-żmien qarib, dwar il-bidliet u l-iżviluppi li qed isiru f'dawn is-setturi (creative economy) biex verament wieħed jifhem il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet ekonomiċi ta' din l-industrija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi r-rapport dwar l-ekonomija kreattiva tal-2012 kien fforma l-bażi ta’ kif l-industriji kreattivi ġew kategorizzati u mkejla fil-politika kulturali nazzjonali ta’ Malta mill-2011 'l quddiem. Dan ifisser li ġie stabbilit il-mod ta’ kif jiġu determinati s-setturi eliġibbli għal fondi pubbliċi li huma mmirati lejn l-arti u l-kultura, kif ukoll l-mod ta’ kif ġew kkategorizzati l-impjiegi fis-setturi kreattivi u kulturali meta jsiru konsultazzjonijiet, riċerki, miżuri u inizjattivi varji tul is-snin.
Infurmat ukoll li kontinwazzjoni diretta tar-rapport in kwistjoni, hi evidenti fis-serje ta’ rapporti dwar l-ekonomija kreattivi li ġew maħduma mid-dipartiment tal-politika ekonomika fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi bejn l-2015 u 2018 bħala parti mill-programm ta’ riċerka tal-Kapitali Ewopea tal-Kultura 2018 b’konsultazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, l-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u l-ex Fondazzjoni Valletta 2018 (illum Valletta Cultural Agency).
Fil-fatt infurmat li bejn is-sena 2018 u s-sena 2021 saru diversi eżerċizzji ta’ riċerka konsultattiva u kwalitattiva (bl-użu tal-istatistika nazzjonali) li ħarsu lejn aspetti diversi ta’ l-ekonomija kreattivi li wasslu għad-dokument tal-Politika Nazzjonali Kulturali 2021, primarjament b'enfasi fuq l-impjiegi (speċjalment fi żmien il-pandemija) u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-parteċipazzjoni kulturali u l-irwol tal-edukazzjoni fl-iżvilupp tal-ħiliet fl-industriji kreattivi.
Naturalment, il-Kunsill Malti għall-Arti qed jaħdem sabiex jippubblika informazzjoni u analiżi aġġornata dwar l-ekonomija kreattiva permezz ta’ kollaborazzjonijiet li jinsabu għaddejjin ma' entitajiet oħra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16000 u 16630 u jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16001 u 16631 u jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ix-Xagħra Għawdex – Żona Ta’ Lablab – Fdalijiet misjuba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabux burial pits oħrajn u/jew aktar għadam uman fiż-żona Ta’ Lablab fix-Xagħra, Għawdex? Jista’ wkoll jindika b’mod grafiku fejn instabu dawn il-fdalijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li l-istess Sovrintendenza ma tafx b’burial pits oħrajn li nstabu fiż-żona Ta’ Lablab fix-Xagħra, Għawdex.
Ix-Xagħra Għawdex – Żona Ta’ Lablab — Heritage gain
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx imposta heritage gain fuq Plot 16 u/jew fuq Plot 17 li jinsabu fiż-żona Ta’ Lablab fix-Xagħra, Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li fuq Plot 16 ma ġiet imposta l-ebda heritage gain.
Intant infurmat mill-istess Sovrintendenza li fuq Plot 17, ġiet imposta heritage gain f’April ta’ 2022 abbażi tar-riżultati tal-investigazzjonijiet u rakkommandazzjonijiet li kienu saru fl-2012.
Jista’ l-Ministru jgħid hux qed isir xogħol ġewwa Forti Sant Iermu? Jekk iva, jista’ jgħid x'tip ta' xogħol qed isir u x’inhi r-raġuni għalfejn dan hu meħtieg li jsir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-forti Sant Iermu saru dawn ix-xogħlijiet
1. Xogħolijiet ta’ restawr fuq il-pjattaforma tal-lighthouse u l-pedamenti tagħha;
2. Żieda fl-interpretazzjoni fil-bastjun ta’ Abercrombie u fil-gunpowder magazine;
3. Manutenzjoni regolari t’aperturi u aspetti oħra skond kif ikun meħtieg;
4. Xogħolijiet ta’ preparazzjoni għar-restawr tal-viewing platform fuq il-Kavallier;
5. Restawr tal-pont antik tad-daħla u tat-taraġ biswit li jagħti għall-foss;
6. Preparementi għall-installazzjonijiet tal-MaltaBiennale;
7. Xogħol ta’ restawr tal-Gardjola;
8. Preparamenti għax-xogħol ta’ tiswija ta’ soqfa tal-garaxxijiet għall-vetturi tal-gwerra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16501 u jagħti n-numru ta' diretturi nisa appuntati mill-Gvern fuq bordijiet tal-pajjiż bejn l-2013 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll x'kien in-numru totali ta' irġiel u nisa li kienu f'din il-kariga fl-istess snin?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra fejn jikkonċerna l-bordijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16512 u jgħid kif ser jibda jippromwovi films ta’ produtturi Maltin u li ġew iffilmjati f’pajjiżna biex jiġu esibiti fuq l-istazzjon nazzjonali ta’ pajjiżna u b’hekk ikunu jistgħu jitgawdew mill-poplu Malti u Għawdxi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru kkonċernat. L-istazzjon nazzjonali ma jaqax taħt il-mansjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li diġà ntbagħat lill-UNESCO dwar il-views and vistas tal-Belt Valletta li sar fuq il-Belt mill-World Heritage Committee?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi stante l-fatt li l-iskambji u l-komunikazzjonijiet mal-UNESCO ghadhom ghaddejjin, ikun intempestiv li tali rapport jigi ppubblikat f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-grad ta’ Fort Bengħisa (Bengħajsa) ġewwa Birżebbuġa u x’inhuma r-raġunijiet għalfejn ġiet skedata bħala t-tali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li Fort Bengħisa hija skedata fil-livell ta’ Grad 1 permezz ta’ GN 255/96 minħabba l-arkitettura militari tal-forti.
Għal iktar informazzjoni nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-grad ta’ Fort Bengħisa (Bengħajsa) ġewwa Birżebbuġa u x’inhuma r-raġunijiet għalfejn ġiet skedata bħala t-tali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fortizza ta’ Bengħajsa ġiet skedata fi Grad 1 skont in-Notifika tal-Gvern 0255/96 (datata 19.04.96), minħabba l-valuri arkitettoniċi, storiċi u kuntestwali.
Ix-Xagħra, Għawdex — Żona Ta’ Lablab – Prehistoric burial pit
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15902, fejn il-Ministru qal li l-prehistoric burial pit ma nstabx fil-konfini ta’ Plot 17, u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15903, fejn il-Ministru qal li l-prehistoric burial pit instab fi Plot 16, u fid-dawl li fl-istess tweġiba tal-mistoqsija 15903 il-Ministru ppreżenta site plan li turi b’mod ċar li l-prehistoric burial pit qiegħed fil-konfini ta’ Plot 17, jista’ l-Ministru jikkonferma mal-awtorità kkonċernata fejn jinstab bl-eżatt il-prehistoric burial pit u jinforma bl-eżitu ta’ dan l-istħarriġ?
Jista’ l-Ministru jieħu konsiderazzjoni tal-erba’ pjanti annessi li jispjegaw aħjar dak li qed jiġi mitlub: l-ewwel pjanta turi parti minn Plot 16 fejn qiegħed isir monitoraġġ arkeoloġiku b’konnessjoni ma’ PA/05339/21; it-tieni turi Plot 17 fejn hemm permessi eżistenti PA/00564/18 u PA/003678/23, u applikazzjoni għall-iżvilupp PA/03174/23, it-tielet turi l-pjanta taż-żona fir-Rationalisation Scheme PC40/13 li l-Ministru ssottometta bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija 15565 superimposta fuq iż-żona Ta’ Lablab; u r-raba' turi l-archaeological drawing b’konnessjoni ma’ PA/00564/18 (fi Plot 17) li l-Ministru ssottometta bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija 15901 superimposta fuq estratt tas-site plan li l-Ministru stess issottometta bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija 15903 biex jindika l-lokazzjoni tal-prehistoric burial pit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza li l-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi eżattament fejn jinstab il-burial pit.
Ix-Xagħra Għawdex – Żona Ta’ Lablab — Preservazzjoni ta’ Prehistoric burial pit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’deċiżjoni ttieħdet dwar il-preservazzjoni tal-prehistoric burial pit li nstab fiż-żona Ta’ Lablab fix-Xagħra, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jinżamm, hux ser jiġi skedat, hux ser jitkisser jew jekk hux diġà tkisser?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li s-sit fejn instab il-prehistoric burial pit mhux kopert b’permess jew applikazzjoni u s-Sovrintendenza m’ għandha l-ebda talba biex dan jitkisser.
Intant infurmat illi s-Sovrintendenza qed tevalwa jekk dan il-feature għandux jiġi skedat.
Sejba ta’ prehistoric burial site – Rapport mill-arkeologu
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16156 u 16157, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Dok. B sottomess mill-arkeologu lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li fih ġiet irrappurtata s-sejba tal-prehistoric burial pit hekk kif inhu mitlub mit-Terms of Reference maħruġa mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li hekk kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, l-archaeological monitor irraporta skoperta ta’ għadam eżatt mat-tarf tal-konfini ta’ Plot 17, fejn imiss ma’ Plot 16.
Infurmat li dwar dan is-Sovrintendenza ħarġet struzzjonijiet dettaljati, ordnat lil monitor sabiex jestendi l-investigazzjoni u spezzjonat minnufih. Infurmat ukoll li kien waqt din l-ispezzjoni li s-Sovrintendenza ddeterminat li kien instab burial pit ġewwa plot 16, u minn hemm komplew l-investigazzjonijiet neċessarji.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16001 u jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Tenders u Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ismijiet u/jew kumpaniji li ngħataw direct orders u/jew tenders mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni mis-sena 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont monetarju li ngħata lil kull persuna jew kumpanija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' ismijiet u/jew kumpaniji li ngħataw direct orders u/jew tenders minn SportMalta mis-sena 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont monetarju li ngħata lil kull persuna jew kumpanija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li d-Direct Orders maħruġa minn Sport Malta ġew ippublikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta’ membri tal-Pulizija li reġgħu ngħaqdu mal-istess Korp wara li kienu boarded out u bdew jirċievu l-pensjoni tal-invalidità mill-2013 sal-aħħar tal-2023, maqsuma sena b'sena? Jista’jgħid ukoll kemm hemm minnhom, li baqgħu jirċievu l-pensjoni tal-invalidità, apparti minn dħul ieħor mingħand il-Korp, wara li reġgħu ngħaqdu mal-Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ndikat fil-mistoqsija kien hemm żewġ uffiċċjali li reġgħu ingħaqdu mal-Korp wara li kienu ‘boarded-out’ u bdew jirċievu l-pensjoni tal-invalidità. Uffiċċjal spiċċa mis-servizz wara li ġie ‘boarded-out’ fis-sena 2013 u reġa' daħal fis-sena 2019. Illum dan irtirat u pensjonant tal-Korp. Uffiċċjal ieħor ġie ‘boarded-out’ fis sena 2015 u reġa' daħal fis sena 2018. Dan għadu jservi. Fi kawlunkwe każ, it-Taqsima tar-Riżorsi Umani tal-Korp, infurmat lid-Dipartiment tat-Teżor, biex il-pensjoni tas-servizz ta’ tali uffiċċjali tieqaf.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li Forti Ricasoli jiġi restawrat peress illi l-qagħda ta’ dan il-forti u l-madwar, qiegħed fi stat delapitat?
Response (BONNICI, OWEN)
Preliminarjament:
1) Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar snin saru dawn ix-xogħlijiet fuq Forti Ricasoli:
Start Date
End Date
Total Cost (Incl.
VAT)
Restoration of the Facade of the Casemated Battery at
No 1 Curtain, Fort Ricasoli, Kalkara
18/11/2019
17/11/2020
€ 252,230.72
Restoration of the South Façade of St Dominic Casemated Redoubt (Counterguard) at Fort Ricasoli,
Kalkara
28/01/2020
15/01/2021
€ 101,949.00
Restoration Works on St Dominic Demi-Bastion at Fort
Ricasoli, Kalkara
18/06/2021
23/06/2022
€ 330,042.26
Rebuilding and Restoration Works on the Façade of the Casemates along the Tenaille at Fort Ricasoli,
Kalkara
21/02/2022
15/01/2023
€ 433,789.48
2) Nirreferi in oltre lill-Onor. Interpellanta għal dak kontenut f’PQ 715 u PQ 1286 ta’ dina l-Leġiżlatura.
Fejn jidħol il-kontenut tad-domanda, anke in linea anke ma’ dak li kien intqal f’PQ 29873 tal-leġi¿latura XI, nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru konċernat.