Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20616 u ċjoè: Fid-dawl tal-problemi li hemm fil-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex (fir-Rabat), jista’ l-Ministru jgħid:
i. Kemm ilu ma jkun hemm kotba ġodda f’din il-librerija?
ii. Kemm hemm kotba li kienu akkwistati għal Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex imma għadhom Malta għax m’hemmx spazju?
iii. X’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex Għawdex ikollu Librerija Nazzjonali xierqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kull sena jinħadmu madwar 4,000 materjal Melitensia anke b’mod retrospettiv. Dan il-materjal jittella Għawdex biex ikunu jistgħu jinqdew r-riċerkaturi li jżuru l-Librerija Nazzjonali t’Għawdex. Tajjeb insemmu ukoll li ħafna mill-materjal Melitensia li jkun ġie ppubblikat jinsab ukoll fil-Librerija Pubblika Ċentrali u dan ikun għad-dispożizzjoni tal-klijenti ta’ Malta Libraries fi żmien qasir. Dan għaliex dan il-materjal jinħadem f’Għawdex stess.
Ta’ min isemmi ukoll li permezz tal-preżenza tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Bibljografija f’Għawdex, qed isir proġett ieħor, dak fejn kull informazzjoni bibjografika fil-katalgu jkolla stampa tal-qoxra tal-ktieb, gażżetta jew perjodiku. Dan ix-xogħol għadu għaddej peress li hu proċess kontinwu li jimxi pari passu ma l-ikkatalogar. S’issa tlestew 17,000 qoxra li jidru fil-katalgu għall-benefiċċju tal-pubbliku.
Simili għal-Librerija Nazzjonali ta’ Malta, l-Librerija t’Għawdex takwista kważi l-materjal kollu tagħha bis-saħħa tal-Liġi tad-Depositu Legali. Fis-sena jkun hemm madwar 1,150 materjal li jiġi ddepositat. Huwa minħabba li minħabba raġuni ta’ spazju u raġunijiet loġistiċi hemm madwar 4000 ktieb/ġurnali li għadhom Malta.
Madanakollu l-ħidma fil-Librerija Nazzjonali kif ukoll fil-Librerija Pubblika Ċentrali ma tieqafx u kull sena jagħmlu użu minnhom numru kbir ta’ riċerkaturi.
B'referenza għall-film qasir li ħadu sehem fih il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttur għal dan il-film qasir bl-isem 'Once upon a time in Malta', kienx Malti jew barrani? Jista’ jgħid ukoll l-isem ta' dan id-direttur u ċ-ċifra ta' kemm tħallas? Jista’ jipprovdi lista tal-ispejjeż kollha (break down costs) għal dan il-film qasir ta' għaxar minuti?
Il-Belt, Valletta – Pjazza San Ġorġ – Valleta Green Festival
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa' b'kollox il-Valletta Green Festival fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta u jipprovdi lista tal-ispejjeż kollha (break down costs)?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-ispiża involuta kif mgħoddija lili mill-Valletta Cultural Agency.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308 u l-wegħda elettorali tal-Gvern preżenti li jlesti l-bini ta’ Arkivju Nazzjonali ġdid tul din il-leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda u jitlesta dan il-proġett?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20584 u jgħid kemm-il persuna taħdem f’kull entità li taqa’ taħtu? Jista’ jindika t-titlu tax-xogħol, is-salarju, l-allowances u l-pakketti finanzjari u allowances oħra ta’ kull persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellanta. Fl-assenza ta’ raġuni valida għaliex l-Onor. Interpellanta tixtieq tingħata din l-informazzjoni, ikun iktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utiliżżati għal dan il-għan, minflok jiġu utiliżżati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv għall-ġid ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20572 u jgħid x'kien il-baġit allokat u n-nefqa għall-film qasir bit-titlu Once Upon A Time in Malta li nħadem għall-introduzzjoni tal-Malta Golden Bee Awards li ħadu sehem fih il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-film kienx maħdum minn production company Maltija u jekk kienx hemm open call għalih?
Golden Bee Awards — Kriterji għal Għażla tan-Nomini
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20570 u jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu n-nomini tal-films għall-Golden Bee Awards u jgħid jekk ħarġitx call for interest biex wieħed japplika kemm għall-films barranin u dawk Maltin?
Fid-dawl tal-problemi li hemm fil-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex (fir-Rabat), jista’ l-Ministru jgħid:
i. Kemm ilu ma jkun hemm kotba ġodda f’din il-librerija?
ii. Kemm hemm kotba li kienu akkwistati għal Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex imma għadhom Malta għax m’hemmx spazju?
iii. X’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex Għawdex ikollu Librerija Nazzjonali xierqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Fid-dawl tal-problemi li hemm fil-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex (fir-Rabat), jista’ l-Ministru jgħid:
i. Kemm ilu ma jkun hemm kotba ġodda f’din il-librerija?
ii. Kemm hemm kotba li kienu akkwistati għal Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex imma għadhom Malta għax m’hemmx spazju?
iii. X’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex Għawdex ikollu Librerija Nazzjonali xierqa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u n-nefqa għall-film qasir bit-titlu Once Upon A Time in Malta li nħadem għall-introduzzjoni tal-Malta Golden Bee Awards li ħadu sehem fih il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-film kienx maħdum minn production company Maltija u jekk kienx hemm open call għalih?
Jista' l-Ministru jippreżenta l-baġit kollu għall-festival tal-Mediterrane Film Festival 2024 u minn liema fondi intefqu dawn il-flus billi joħroġ lista tagħhom separatament?
Mediterrane Film Festival u Golden Bee Awards — Tenders u direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tenders u direct orders tas-suppliers kollha għal Mediterrane Film Festival u dawk tal-Golden Bee Awards kinitx ħarġet sejħa pubblika biex wieħed japplika għalihom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċeduri tmexxew skont il-liġijiet li jikkonċernaw ix-xiri pubbliku u approvati mill-Ministeru għall-Finanzi kif mitlub. F’ħafna mill-każijiet il-proċeduri jkunu għadhom pendenti minħabba vverifikar ta’ invoices u pagamenti anċillari.
Ħ’Attard — Triq ir-Rużell/Triq il-Mosta - Fdalijiet storiċi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20286 rigward fdalijiet storiċi fi Triq ir-Rużell/Triq il-Mosta f’Ħ’Attard, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi stħarriġ fuq ix-xelter jew jekk saritx talba biex isir stħarriġ fuqu u jekk is-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali ħaditx xi pożizzjoni fuq il-preservazzjoni ta' dan ix-xelter?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tikkonferma li x-xelter li hemm fis-sit diġà ġie spezzjonat u issa trid issir is-survey tiegħu. Is-Sovrintendenza tkun f’posizzjoni li tikkummenta fuq x’passi ser jittieħdu ladarba tiġi terminata l-evalwazzjoni tas-sit kollu u jitkompla l-proċess tal-applikazzjoni ta’ żvilupp li fih is-Sovrintendenza hija kkonsultata.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna taħdem f’kull entità li taqa’ taħtu? Jista’ jindika t-titlu tax-xogħol, is-salarju, l-allowances u l-pakketti finanzjari u allowances oħra ta’ kull persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li jiddeskrivi dak li ġie diskuss fil-laqgħat ta’ konsultazzjoni organizzati mill-EU Taxation and Customs Unit (TAXUD), il-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill mal-istati membri tal-Unjoni Ewropea msemmija f’paġna 43 tar-rapport annwali 2023 tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tikkonferma li l-laqgħat imsemmija fil-mistoqsija parlmentari, jsiru sabiex jiffaċilitaw diskussjonijiet bejn Stati Membri fir-rigward ta’ moviment ta’ oġġetti kulturali u li dawn jirrelataw dirett mal-proġett ta’ introduzzjoni ta’ sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kollha sabiex tirregola l-importazzjoni hekk kif stipulat fir-Reg. (EU)880/2019. Għaldaqstant, peress li d-dokumenti relatati ma’ dan il-proġett għadhom fi stadju ta’ abbozz, u minħabba in-natura kunfidenzjali tagħhom, kif ukoll peress illi għadhom iridu jiġu uffiċjalment iffirmati mill-Kummissjoni Ewropea, it-tali informazzjoni ma tistax tiġi iċċirkolata mal-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi nhar il-15 ta' Mejju 2024 fil-kawża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li permezz tagħha nstab li dan l-istess individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament wettaq diskriminazzjoni politika fil-konfront tal-persuna li d-dettalji dwarha ukoll qegħdin jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Nagħmel referenza għall-Interpellanza tal-Onor. Membru. Infurmat illi l-ebda impjegat fil-Ministeru tal-Kultura ma kien mixli b’diskriminazzjoni politika li ġiet imwettqa fil-vesti tiegħu waqt li l-istess kien impjegat fl-istess Ministeru tal-Kultura.
Mediterrane Film Festival u Golden Bee Awards – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders li nħarġu għal Mediterrane Film Festival u dawk allokati għall-Golden Bee Awards separatament?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dettalji dwar il-Mediterrane Film Festival se jkunu mwieġba f’rapport li qed jitħejja u li se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20304, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istess persuna li issa għandha l-kariga ta’ chairman ta’ Spazju Kreattiv li ngħata wkoll it-tmexxija eżekuttiva tal-istess entità, għandux żewġ pagi differenti jew pakketti finanzjarji separati?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif diga' ġie spjegat is-Sur Rupert Cefai, li serva b'suċċess fil-kariga ta' Chairperson ta' Spazju Kreattiv, assuma wkoll il-kariga tat-tmexxija Eżekuttiva ta' Spazju Kreattiv biex issa huwa c-Chairperson Eżekuttiv tal-istess entità u għalhekk jaqdi ż-żewġ rwoli.
Mhijiex l-ewwel darba li persuna taqdi ż-żewġ rwoli f'entitajiet pubbliċi.
Huwa qed jitħallas l-istess salarju li kien jieħu l-predeċessur tiegħu li kellu t-tmexxija eżekuttiva ta' l-entita' u kif ukoll l-onorarja ta' Chairperson.
L-Onorarja ta' Chairperson kienet u baqgħet ta' €12,420 per annum.
Golden Bee Awards – kriterji għal għażla tan-nomini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu n-nomini tal-films għall-Golden Bee Awards u jgħid jekk ħarġitx call for interest biex wieħed japplika kemm għall-films barranin u dawk Maltin?