B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308 u l-wegħda elettorali tal-Gvern preżenti li jlesti l-bini tal-Arkivju Nazzjonali ġdid matul din il-Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda u jitlesta dan il-proġett?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha fuq il-kiri tal-Forti Ricasoli għall-użu tal-films kemm dawk lokali u dawk barranin mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi — Ballu tal-Karnival - Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21616, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti rendikont separat ta’ kemm kienet in-nefqa tal-Ballu tal-Karnival jew Ballo in Maschera ġewwa s-Sala tal-Konferenzi l-Belt, Valletta fl-2022 u fl-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm inbiegħu biljetti u kemm minnhom kienu complimentary tickets u x’kien il-profitt wara dan l-avveniment kemm fl-2022 u dak tal-2023 separatament?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ballu tal-Karnival ma sarx fl-2022. Filwaqt li nirreferiha għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21616, ninfurmaha li inbiegħu 283 biljett. Biljett wieħed biss kien complimentary.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ letturi: (a) full-time, u (b) part-time li hemm fil-Higher Secondary in-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll kemm mil-letturi full time li hemm fis-Sixth Form t’Għawdex, għandhom kwalifiki fil-livell ta’ (a) Baċellerat, (b) Masters (c) Dottorat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Higher Secondary tan-Naxxar hemm 134 għalliem fejn 67 għandhom kwalifika ta’ livell sitta, 65 għandhom Masters u 2 għandhom Dottorat.
B’referenza għall-wirja tal-arti bl-isem ta’ Topia, li ser tittella fil-MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt Valletta, mit-22 ta’ Ottubru 2024 sad-19 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-arranġament jew ftehim iffirmat bejn iż-żewġ naħat, jiġifieri Heritage Malta u l-kap eżekuttiv li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tad-David Gill Art Gallery?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ftehim iffirmat bejn Heritage Malta u l-Kap Eżekuttiv li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament.
Il-Belt, Valletta — Dar il-Mediterran għall-Konferenzi - Slaves Hall
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21615, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti rendikont separat tan-nefqa totali tar-restawr li sar fuq l-iSlaves Hall ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta; rendikont separat ta’ kif intefqu l-fondi Ewropew u dawk lokali?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ letturi: (a) full-time, (b) part-time li hemm fis-Sixth Form College f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm mil-letturi full time li hemm fis-Sixth Form t’Għawdex, għandhom kwalifiki fil-livell ta’ (a) Baċellerat, (b) Masters (ċ) Dottorat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskola msemmija hemm 67 lettur full time. Il-letturi kollha għandhom il-kwalifiċi neċessarji fejn kollha għandhom kwalifika ta’ livell sitta, 17 għandhom Masters u 1 għandu Dottorat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ studenti li jattendu s-Sixth Form t’Għawdex li (a) applikaw (b) attwalment għamlu l-eżamijiet tal-livell ta’ (i) Intermediate (ii) Advanced fis-suġġetti kollha li jiġu offruti fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kien in-numru ta’ studenti li kellhom A, B, C u D f’dawn l-eżamijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ studenti li rreġistraw għall-eżamijiet fl-iskola msemmija tinsab hawn taħt;
Sena
Reġistrazzjonijiet
2020
204
2021
300
2022
215
2023
193
2024
242
Infurmat li informazzjoni addizzjonali ma tistax tiġi ppublikata
Rabat, Għawdex — Triq Ta’ Viani/Triq Ġorġ Pisani - Fdalijiet palaeontoloġiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fid-dawl tal-ittra mibgħuta mid-Dottoressa li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fl-10 t’Awwissu 2024, fejn irreġistrat ilment formali dwar l-aġir u l-attitudni ta’ bullying fil-konfront tagħha meta ġibdet l-attenzjoni dwar sejbiet ta’ fdalijiet palaeontoloġiċi li kienu fil-periklu li jitkissru u/jew jinsterqu waqt xogħlijiet ta’ twessigħ ta’ triq fi Triq Ta’ Viani/Triq Ġorġ Pisani fir-Rabat, Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saru l-verifiki meħtieġa nħass illi l-każ huwa magħluq.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika xahar b’xahar, tan-numru ta’ turisti li ġew f’pajjiżna u li żaru mużewijiet u siti separatament, għas-snin 2022, 2023, 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll l-etajiet tagħhom u kemm nefqu l-viżitaturi/it-turisti f’kull mużew jew sit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kemm ġew turisti, xahar b’xahar għas-snin 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, għal kull reġjun?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ fatturi/invoices u dettalji assoċjati li ħarget is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, kif mitlub fit-tabella annessa għal servizzi mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Heritage Malta — TCNs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati Third Country Nationals fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Heritage Malta separatament mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-pajjiż ta’ oriġini?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2022, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali impjegat persuna b’nazzjonalita Sirjana b’kuntratt definittiv għal sena mid-29 ta’ Jannar 2023 li hija specjaliżżata fil-‘World Heitage Studies’ u persuna oħra ta’ nazzjonalita Amerikan fuq bażi part-time ta’ ħmistax -il siegħa fil-ġimgħa b’kuntratt definittiv mill-5 ta’ Diċembru 2023 sal-15 tal Awwissu 2024 b’ispeċiliżżazzjoni fl-‘Underwater Archaeology’. Dan ta’ l-aħħar ingħata kuntratt indefinittiv fuq bażi full-time mid-9 ta’ Settembru 2024.
Ninsab infurmat ukoll li Heritage Malta mill-2022 sal-lum kellha persuna impjegata b’nazzjonalita Kolombjana fuq kuntratt indefinittiv, l-persuna impjegata għandha l-grad ta’ Conservator u n-natura tax-xogħol tagħha hija waħda speċjaliżżata u professjonali.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Heritage Malta — Persuni minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Heritage Malta separatament mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-pajjiż ta’ oriġini?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mill-2022, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali impjega 4 persuni ta’ nazzjonalita Taljana, fl-2023 ġie ngaġġat impjegat Taljan ieħor. Fl-2024 ġie mpjegat persuna Olandiża. Il-ħames impjegati Taljani imsemmija huma ingaġġati mal-SCH fuq bażi full-time b’kuntratt indefinit. Il-persuna Olandiża hija ukoll ingaġġata mal–SCH fuq bażi full -time b’kuntratt indefinit. L-impjegati huma kollha grawdati f’ “Cultural Heritage”, b’Degrees, Masters u PhD relatati.
Ninsab infurmat ukoll li Heritage Malta, fl-2022, kien hemm impjegat persuna ta’ nazzjonalità Slovakka fuq kuntratt definit u impjegat Spanjol fuq kuntratt indefinit bħala Conservators, waqt li fl-2024 ġie ngaġġat impjegat Taljan fuq kuntratt indefinit u impjegat ta’ nazzjonalita Griega fuq kuntratt definit ta’ tliet snin bħala Co-ordinators.
Materjal Malti li jindaqq fuq l-istazzjonijiet privati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew id-diskussjonijiet mal-artisti u l-istazzjonijiet tar-radjijiet lokali privati flimkien mal-Kunsill tal-Arti dwar il-possibilità taż-żieda fil-kontenut jew materjal Malti li jindaqq fuq stazzjonijiet privati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet mal-artisti, l-istazzjonijiet tar-radjijiet lokali privati flimkien mal-Kunsill tal-Arti dwar il-possibilità taż-żieda fil-kontenut jew materjal Malti li jindaqq fuq stazzjonijiet privati huma skedati li jsiru fl-ewwel kwart tas-sena 2025.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Persuni barranin li għandhom permessi tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid bħalissa kemm hemm persuni barranin li għandhom permess tax-xogħol biex jaħdmu għal aktar minn sena (rinnovabbli)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx diġà impjegat mal-Arts Council u jekk iva minn meta? Jista’ jgħid ukoll jekk il-call għal kariga ta’ Chief Operations Officer mal-istess entità kinitx interna biss jew le? Hemm il-ħsieb illi jinfetħu aktar calls għal pożizzjonijiet diversi fi ħdan l-istess entità u jekk dawn hux ħa jiġu mnedija bl-istess mod?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament iffirma l-ewwel kuntratt tiegħu mal-Arts Council fis-6 ta’ Ottubru 2014 wara li għadda mill-għarbiel ta ‘public call’ b’żewġ interviews għall-pożizzjoni ta’ Legal Officer.
Wara għaxar snin fil-pożizzjoni ta’ legal officer, fi ħdan il-Kunsill ħarġet sejħa għal Chief Operations Officer, kif inhi l-prassi mitluba mill-PSMC ħarġet l-ewwel b’mod intern. Il-persuna indikata applikat għal din is-sejħa billi kien jissodissfa ir-rekwi¿iti mitluba. Wara li ġew sodisfatti r-rekwiżiti proċedurali kollha anke f’dan ir-rigward, u wara li bord indipendenti evalwa l-intervisti, il-persuna msemmija ġie mogħti l-pożizzjoni fl-ewwel ta’ Settembru 2024.
Ninsab infurmat ukoll li bħal kull entità oħra li tikber u tiġġedded maż-żmien jaf jkun hemm lok fejn jinfetħu iktar pożżizjonijiet interni kif ukoll esterni.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħata t-titlu ta’ ‘founder’ tal-Malta Biennale, meta l-kariga tiegħu hija ta’ chairman ta’ Heritage Malta li teħtieġ responsabbiltà li kull ħaġa li ssir f’din l-istituzzjoni, tibqa’ għan-nom tal-istituzzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ‘founder’ mhux titlu imma fatt. L-idea ta’ biennale u l-ewwel attentati biex l-idea titwettaq saru mill-persuna li l-interpellanta għamlet referenza għalih separatament matul il ħatra li kellu qabel ġie maħtur Chairperson ta’ Heritage Malta.
Il-maltabiennale.art huwa ta’ Heritage Malta, illum parti mill-istruttura tagħha u hekk jidher ċar ukoll mill-kommunikazzjonijiet u s siti elettroniċi tal-istess biennale, tant li l aġenzija tqis il-biennale bħala parti minn ħidma usa li trid titwettaq biex il mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta ikunu iktar rilevanti għall-udjenzi kontemporanji u żagħżagħ.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inħatar bħala d-Direttur ta’ MUŻA?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni ta' Direttur mhux waħda kuratorjali. Ix-xogħol huwa li wieħed jippilota t-tibdiliet meħtieġa, u li fil-fatt qed isiru fil-mużew imsemmi biex jiġbed udjenzi usa'. Il-viżitaturi f'dan il-mużew żdiedu f'dawn l-aħħar sentejn. Il-ħatra saret mill-Bord tad-Diretturi ta' Heritage Malta fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta' Settembru 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn inħass il-bżonn li jintuża crew barrani b’mod speċjali fl-irwoli ta’ Head of Departments biex jinġibed il-clip qasir li ġie ffilmjat bil-protagonist li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu l-ispejjeż ta’ dan il-crew, kemm-il persuna kienet involuta, l-ispejjeż ta’ flights, akkomodazzjoni, trasport, per diems u oħrajn u jagħti rendikont ta’ kollox separat?