Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24402 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24392 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24391 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24390 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24400 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24399 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

MICAS — Mużew tal-Arti Kontemporanja - Struttura ta' evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta’ qafas jew struttura ta' evalwazzjoni stabbilita għall-impatt tal-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) fuq ix-xenarju kulturali u l-ekonomija ta' Malta? Jekk iva, jista’ jipprovdi d-dettalji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ċertament il-kejl tal-impatt ta’ kwalunkwe mużew jista’ jinvolvi l-valutazzjoni ta’ diversi dimensjonijiet – bħall-impatti soċjali, kulturali, ekonomiċi u edukattivi. Hemm diversi eżempji ta’ strutturi ta’ evalwazzjoni u għodod li jistgħu jgħinu f’din l-analiżi iktar l-quddiem u meta jkun il-waqt biex jitkejjel l-impatt tal-MICAS. Tajjeb li nirrimarka li qabel ma l-MICAS fetaħ uffiċjalment bħala mużew f’Ottubru 2024, tul is-snin tal-fażi tal-bini, l-kumitat tal-MICAS vara il-MICAS International Art Weekend, fejn kull sena ġew mistiedna artisti internazzjonali ta’ fama. Min jifforma parti mill-komunità artistika Maltija jixhed għal valur kulturali u didattiku tal-espożizzjoni pubblika ta’ din l-arti kontemporanja madwar Malta (Ugo Rondinone fil-Ġnien Sa Maison issa fil-MICAS; Cristina Iglesias fil-Ġnien Hastings; Michele Oka Doner fil-Belt Valletta), kif ukoll il-valur edukattiv tal-intervisti pubbliċi ma’ dawn l-artisti ta’ fama internazzjonali. Dan l-impatt intwera ċar, kif tennejt fir-risposta għall-mistoqsija 24376, fejn anke qabel ma tlestew ix-xogħolijiet tal-mużew, artisti Maltin kienu qed jiġu eżebiti f’eżebizzjoni innovativa u virtwali mtella’ mill-MICAS; u issa l-legat ta’ Ray Pitrè sa fl-aħħar ġie iċċelebrata b’mod denju nhar d-9 ta’ Jannar il-MICAS, filwaqt li dalwaqt il-MICAS se torganiżża eżebizzjoni ta’ sitt artisti Maltin taħt tema komuni, mifruxa fuq it-tliet sulari tal-mużew. Dan jixhed programm artistiku maħsub u intenzjonat li jqarreb l-arti Maltija ma’ dik internazzjonali.

MICAS — Mużew tal-Arti Kontemporanja – Aċċess għall-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx inizjattivi li huma ppjanati biex iżidu l-aċċess pubbliku għal wirjiet u avvenimenti fil-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS), partikolarment għal gruppi edukattivi u komunitarji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa l-MICAS għaddej b’serje ta’ viżti mill-iskejjel Maltin kif ukoll minn komunitajiet ta’ viżitaturi anzjani. Dan se jkun programm ta’ viżti li jkompli tul is-sena, flimkien ma’ attivatijiet pubbliċi bi dħul b’xejn bħall-Open Weekend li sar f’Novembru tal-2024. Ippjanati avvenimenti simili sabiex l-ispazju tal-MICAS isir misraħ ta’ attività kulturali u mhux biss tal-arti viżwali, u b’hekk inkunu qed nagħtu merħba lil prattikanti oħra tal-arti biex jieħdu posthom fuq il-campus tal-MICAS. Il-MICAS għandu programm artistiku mfassal għas-sentejn li ġejjin li se jinkludu eżebizzjonijiet ta’ artisti Maltin kif ukoll barranin. L-għan tal-MICAS huwa li jqarreb udjenzi Maltin mal-arti kontemporanja, u dan huwa process li għandu jitmexxa minn esperti, b’missjoni ta’ edukazzjoni, għax nirrikonoxxu l-benefiċċju tal-arti fil-ħajjiet tagħna u għall-iżvilupp uman tas-soċjetà tagħna. Bl-istess mod, il-MICAS irid jikseb attenzjoni internazzjonali sabiex jagħti pjattaforma mistħoqqa lill-artisti Maltin – pjattaforma li tiġi żgurata kemm mill-arkitettura attraenti ta’ dan il-mużew, u mill-missjoni tal-bord u d-direzzjoni artistika.

Esebizzjoni — Spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża tad-delegati u l-persuni oħra li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu li telgħu ġewwa l-mużew Louvre ta’ Abu Dhabi għall-esebizzjoni temporanja fejn kienu esibiti ż-żewġ Ċippi fl-2023, u jagħti rendikont ta’ kollox separat, fosthom: titjiriet tal-ajru, akkomodazzjoni, u per diem fost affarijiet oħra? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa totali u jagħti rendikont separat tal-esebizzjoni taż-żewġ Ċippi ġewwa pajjiżna din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra mgħoddija lili mill-Heritage Malta.

Heritage Malta – Ġimgħa tal-Karriera

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ġiet ikkanċellata 'il-Ġimgħa tal-Karriera' ġewwa Bighi taħt il-kappa ta’ Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Ġimgħa tal-Karrieri, li kienet ippjanata li ssir is-sena l-oħra, ġiet posposta għall-2025 u mhux ikkanċellata. Ir-raġunijiet kienu varji, fosthom il-fatt li kien hemm ħafna attivitajiet ta’ terzi ippubliċiżżati illi kienu ħa jnaqqsu mill-konkorrenza tal-attivita’ tal- karrieri.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24394 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24389 u tgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u tagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Tista’ tippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24385 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24386 u tgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u tagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Tista' tjippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24387 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24388 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Kummissjoni tal-Films

Question

Fid-dawl li fil-klawsola 4.13 tal-iScreen Malta Film & TV Financial Incentives Guidelines, il-Kummissarju tal-Films jisħaq illi 0.5% tal-infiq eliġibbli f’pajjiżna jmur għall-‘Opportunity for all’ Skills development Programme; (“A financial contribution from all industry players, and the relevant beneficiary applying for the Screen Malta Financial Incentive scheme set at 0.5% of the final eligible Malta Spend, is to be paid (at Final Submission stage), to the “Opportunity for All: Skills Development Programme”), jista’ l-Ministru jgħid: i. kemm daħħlet fondi (fi flus) il-Kummissjoni tal-Films minn produzzjonijiet tal-films li nġibdu ġewwa pajjiżna għas-sena 2024; ii. kemm minn dawn il-fondi (flus) intefqu jew ġew allokati għall-iskills development programme; iii. liema programmi ta’ taħriġ inħolqu s’issa; iv. kemm ‘studenti’ irċevew dan il-finanzjament għal dawn il-programmi; u v. jipprovdi d-dettalji tal-korsijiet li dawn l-‘istudenti’ attendew kemm f'Malta u kif ukoll barra minn Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Higher Secondary – Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ studenti tal-Higher Secondary fin-Naxxar li applikaw u/jew attwalment għamlu l-eżamijiet tal-livell ta’: a. Intermediate; u b. Advanced, fis-suġġetti kollha li ġew offruti fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kien in-numru ta’ studenti li kellhom A, B, C u D f’dawn l-eżamijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ student reġistrati matul is-sessjonijiet ta’ Mejju u Settembru tas-snin 2022, 2023 u 2024; Sena Total ta’ studenti reġistrati 2022 3,924 2023 2,488 2024 2,720

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24379 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.