Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forti Ricasoli — Kiri lill-produtturi tal-films/ serje televiżivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25343 li orġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il darba l-Forti Ricasoli jew partijiet minnu nkera lill-produtturi tal-films/ serje televiżivi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll lil min inkera, għal kemm żmien u l-prezz tal-kirja?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13198.

Forti Ricasoli — Kuntratti ta’ kiri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25344 li orġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarux kuntratti ta’ kiri tal-Forti Ricasoli jew partijiet minnu lill-produtturi tal-films/serje televiżivi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema entità tal-Gvern iffirmat dawn il-kuntratti f’ismu? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25469.

Forti Ricasoli — Kuntratti ta’ kiri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25346 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min hu responsabbli għall-iffirmar ta’ kuntratti ta’ kiri tal-Forti Ricasoli jew partijiet minnu lill-produtturi tal-films/serje televiżivi? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kummissjoni tal-Films tiġborx il-ħlasijiet dovuti u min iżomm dan id-dħul?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25469.

Kummissjoni tal-Films/ Screen Malta — Audited Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25347 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Audited Accounts tal-Kummissjoni tal-Films/Screen Malta għas-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif mgħoddija lili kopja tal-Audited Audited Accounts tal-Kummissjoni tal-Films/Screen Malta għas-snin 2020, 2021, 2022. Ninsab infurmat li l-Audited Accounts għas-snin 2023 u 2024 għadhom qed jiġu ffinaliżati.

Awturi u pubblikaturi ta’ kotba Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk entitajiet bħal Heritage Malta, MICAS u oħrajn humiex qegħdin jagħtu s-sapport tagħhom lill-awturi u pubblikaturi ta’ kotba Maltin fi ħdan il-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-MICAS joffri spazju għal-bejgħ ta' pubblikazzjonijiet Maltin fil-gift shop tiegħu, sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu jitgħallmu iżjed dwar l-arti kontemporanja Maltija, kif ukoll dwar aspetti oħra dwar il-kultura Maltija. MICAS jippromovi b’entuzjazmu l-preżenza ta' pubblikazzjonijiet Maltin ta' kwalità għolja dwar l-arti, l-wirt kulturali u l-istorja kulturali Maltija. Dan issaħħaħ ukoll l-esperjenza ġenerali taż-żjara, u tippermetti lill vizitaturi jieħdu magħhom perspettivi profondi u sinifikanti dwar l- arti u il-kultura Maltija li jesperjenzaw. Ninforma l-Onor. Interpellant wkoll li mill-ħwienet tal-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta jinbiegħu kotba li tkun ippubblikat l-aġenzija stess, kif ukoll xi kotba oħra minn pubblikaturi Maltin. Il-maġġoranza assoluta tal-awturi ta’ dawn il-kotba huma Maltin. L-għażla tal-kotba tvarja u tiddependi mis-suġġett tal-mużew jew tas-sit partikolari. Il-Malta Libraries, kull sena talloka budget biex takkwista kotba fuq suġġetti varji u ta’ kull ġeneru mingħand pubblikaturi u awturi Maltin biex tkompli ssaħħaħ il-kollezzjonijiet offruti mil-libreriji pubbliċi kollha ta’ Malta u Għawdex.

Skema ta' Rifużjoni tat-Taxxa — Benefiċjarji kulturali u ta’ patrimonju - Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-benefiċjarji kulturali u dawk ta’ patrimonju (cultural and heritage beneficiaries) li rċevew fondi mill-iskema ta' Rifużjoni tat-Taxxa u jagħti dettalji dwar l-ammonti rispettivi mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tiċċara ma’ liema skema ta’ fondi ta’ rifużjoni hija marbuta din il-mistoqsija għax it-tliet skemi li jinvolvu t-taxxa ma joffrux rifużjoni imma tnaqqis: 1. Rata ta' Taxxa Mnaqqsa ta’ 7.5% għal Prattikanti Kreattivi 2. Tnaqqis ta' Taxxa fuq Miżati mħallsa għal Korsijiet Kulturali u Kreattivi 3. Tnaqqis tat-taxxa ta’ 150% fuq donazzjonijiet lill-kultura Minbarra minn dan dawn huma inċentivi fiskali u mhux kategorizzati bħala fondi.

Kummissjoni tal-Films/ Screen Malta — Forti Ricasoli - Titolu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni tal-Films/Screen Malta għandhiex titolu fuq Forti Ricasoli? Jista’ jgħid ukoll jekk iffirmatx kuntratti għall-kiri tas-sit jew partijiet minnu lill-produtturi tal-films/ serje televiżivi bejn is-sena 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li d-diskussjonijiet interni għadhom għaddejjin.

Forti Ricasoli — Kuntratti ta’ kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-iffirmar ta’ kuntratti ta’ kiri tal-Forti Ricasoli jew partijiet minnu lill-produtturi tal-films/serje televiżivi? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kummissjoni tal-Films tiġborx il-ħlasijiet dovuti u min iżomm dan id-dħul?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kummissjoni tal-Films/ Screen Malta — Audited Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Audited Accounts tal-Kummissjoni tal-Films/Screen Malta għas-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24403 u tgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24404 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24405 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24406 u tgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Forti Ricasoli — Kiri lill-produtturi tal-films/ serje televiżivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Forti Ricasoli jew partijiet minnu nkera lill-produtturi tal-films/ serje televiżivi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll lil min inkera, għal kemm żmien u l-prezz tal-kirja?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Forti Ricasoli — Kuntratti ta’ kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux kuntratti ta’ kiri tal-Forti Ricasoli jew partijiet minnu lill-produtturi tal-films/serje televiżivi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema entità tal-Gvern iffirmat dawn il-kuntratti f’ismu? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24398 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24396 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24395 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24397 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24401 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.