Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) għandhiex kontijiet bankarji miftuħin ma’ banek lokali jew banek oħra u f’isem min qegħdin dawn il-kontijiet? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-iskop ta’ dawn il-kontijiet bankarji u jekk id-dħul minn attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi (fund raising events) jiġix iddepożitat fihom jew jekk jgħaddix fil-fond ċentrali tal-gvern?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-MICAS għanda żewġ (2) kontijiet bankarji miftuħin ġol-Bank of Valletta u qegħdin f’isem il-Malta International Contemporary Art Space. L-iskop ta’ dawn il-kontijiet huwa biex jiġu depożitati l-government tranches, dħul iehor mil-ħanut, dħul mit-ticket sales u kiri tal-MICAS u biex jitħallsu l-pagi tal-impjegati u spejjeż oħrajn tal-operat tal-MICAS. Id-dħul min attivitajiet ta’ fund raising jiġu depożitati f’dawn il-kontijiet imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex infurmat bir-rapporti ta’ theddid li diversi parteċipanti fil-Karnival tax-xahar li għadda rċevew minn uffiċjal għoli fl-entità Festivals Malta? Jekk iva, x’azzjoni ser tittieħed fil-konfront ta’dan l-uffiċjal pubbliku?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26466, jista’ l-Ministru jagħti break down tal-ispejjeż li ntefqu fuq il-Mużew il-Ġdid ta' Għawdex s’issa u jindika b’mod ċar kemm minnhom huma minn Fondi Ewropej u kemm huma minn Fondi Lokali? X’inhi ċ-ċifra ta’ Fondi Ewropej li ntilfu minħabba d-dewmien ta’ dan il-proġett? Jista’ jgħid ukoll jekk il-proġett għadux qed igawdi minn Fondi Ewropej u jekk le, sa meta baqa’ jiġi ffinanzjat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26466.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26439, jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex dokument ta’ strateġija (li qiegħda jew li kienet qiegħda topera bih, fil-verżjoni approvata mill-bord tad-diretturi)? Jekk iva, jista’ jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26440 dwar id-dokumenti ta’ strateġija tal-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS), fejn mat-tweġiba ngħataw il-Policy Guidelines u mhux l-istrateġija nnifisha, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument tal-istrateġija ta’ din l-istituzzjoni kif approvata mill-bord tat-tmexxija u li jipprovdi sintesi tad-direzzjoni futura ta’ din l-istituzzjoni u ta’ kif din ser tintlaħaq?
Żewġ eżempji ta’ dokument ta’ strateġija qed jingħataw separatament.
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor Interpellanta li diġa ġew ppreżentati l-linji gwida dwar il-programm artistiku u l-akkwisti, li flimkien jiffurmaw l-istrateġija preżenti tal-MICAS għal dawn l-ewwel sentejn ta' ħidma fil-mistoqsija parlamentari 26440. Kif kien diġa spjegat, MICAS diġa fasslet programm artistiku li jifforma strateġija mirquma dwar l-għażla tal-artisti li se jintwerew sal-2026.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet se jieħu fil-konfront ta’ uffiċjal għoli fl-entità Festivals Malta, wara rapporti ta’ theddid li rċevew diversi persuni li pparteċipaw fil-Karnival tal-2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Festivals Malta ma rċeviet l-ebda rapport ta’ theddid.
Il-Furjana u l-Belt, Valletta — Karnival - Permessi għall-istalls ta' ikel tradizzjonali jew prodotti lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex m'għadhomx jinħarġu permessi għall-istalls ta' ikel tradizzjonali ta’ żmien il-karnival jew bejgħ ta' prodotti lokali, fl-erbat ijiem tal-Karnival fil-Furjana u l-Belt Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Interpellant tapprezza li x-xenarju tal-Belt Valletta inbidel matul is-snin.
Minn Belt li sa ġenerazzjoni ilu kull ma jmur kienet qed tmur lura, illum il-Belt Valletta hija kalamita ta' attivitajiet u attrazzjonijiet u servizzi.
Illum il-Belt Valletta, kuntrarjament għas-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha ġenerazzjoni ilu, toffri diversi ħwienet u outlets li joffru għall-bejgħ diversi prodotti tal-ikel, inkluż ikel u ħelu tradizzjonali marbut mal-Karnival.
Dan il-qawmien kummerċjali fil-belt Valletta ta wkoll opportunità li jittieħdu miżuri biex tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq tal-Belt.
Kien għalhekk li minn numru ta' snin ilu ttieħdet id-deċiżjoni għaqlija (li ntlaqgħet tajjeb) li ġewwa l-Belt Valletta ma jkun hemm l ebda tip ta' stalls li jservu ikel ġewwa t-toroq tal-Belt, minħabba kif għidt l- fatturi ta' spazju, periklu ta' nirien fil-kuntest tal-folol li jkun hemm u sigurta' in ġenerali.
Is-sitwazzjoni ġewwa l-Floriana hija kemmxejn differenti fejn min diga' kellu l-permess biex jagħmel stalls jista' jerga' jaghmel stalls fil-post preċiż fejn kellu permess ipoġġi dawn l-stalls fis- snin ta' qabel. Dawn l stalls huma ta' terzi u informat li uħud minn dawn ibiegħu ikel tradizzjonali bħal imqaret.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiex imneħħi minn fuq il-bord tal-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) jew irriżenjax minn jeddu? Jekk irriżenja, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra tar-riżenja tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien indikali li jixtieq iservi sakemm il-MICAS jiftaħ il-bibien.
Naturalment ladarba dan it-tragward intlaħaq, huwa wera x-xewqa li jtemm l-inkarigu tiegħu skont kif kien pattwit.
Irrid ngħid li l-individwu de quo għadu jagħti kontribut lis-settur kulturali lokali u nirringrazzjah minn qalbi tal-ġid kbir li għamel u se jkompli jagħmel għal pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu fatturi (invoices) għall-kiri ta' Forti Ricasoli mill-Kummissjoni tal-Films mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal kemm ammontaw? Jista' jgħid ukoll kemm inġabru flus minnhom, u kemm fadal x'jinġabar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din l-informazzjoni hija waħda kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument ta’ strateġija li bih qiegħda topera Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
L-istrateġija ta’ Heritage Malta tiffoka fuq l-viżjoni prinċipali tagħha, dak li tagħqqad il-passat mal-preżent u l-futur, tara li tgħaqqad il-wirt kulturali ta’ Malta mal-qlub tan-nies. Din il-konnessjoni tgħin biex in-nies iħossuhom parti mill-wirt storiku u kulturali li Malta toffri, u b’hekk tħeġġeġ sens ta’ identità u kburija nazzjonali.
L-oġġettivi ewlenin tal-Aġenzija jinkludu li nibnu konnessjoni emozzjonali qawwija mal-komunità Maltija, fejn ninvolvu lis-soċjetà fl-apprezzament u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali. Fl-istess waqt, l-Aġenzija taħdem biex iżżid il-profil internazzjonali tagħha billi tniedi attivitajiet, inizjattivi, u programmi li jispiraw lit-turisti u jippermettu interazzjoni aktar profondi mal-kultura Maltija. Dan jgħin ukoll biex jiġu promossi l-valuri u l-karatteristiċi uniċi tal-wirt ta’ Malta lill-udjenza internazzjonali.
B’dan il-mod, Heritage Malta tħeġġeġ ukoll dħul ekonomiku sabiex tiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tagħha u tal-inizjattivi tagħha. Il-finanzjament miġbur jiġi re-investit f’proġetti ta’ konservazzjoni, edukazzjoni u taħriġ sabiex il-wirt kulturali ta’ Malta jibqa’ protett u apprezzat mill-ġenerazzjonijiet futuri.
It-tmexxija ta’ Heritage Malta tara li l-ħidma tad-dipartimenti kollha tagħha hija allinjata ma’ din il-viżjoni strateġika, li tiffoka fuq dawn l-oġġettivi. L-istrateġija ta’ kull dipartiment fi ħdan l-Aġenzija tvarja skond l-eżigenzi u l-business enviroment li fih tkun qed topera.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument tal-istrateġija (strategy document) li bih qiegħed jopera l-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) li jkopri l-operat, il-viżjoni u għanijiet ċari għal din l-istituzzjoni ġdida għat-tliet snin li ġejjin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-istrateġija tal-MICAS, sa mill-bidu li ġie varat il-kunċett għal dan l-investment kapitali ta' €30 miljun għall-avvanz tal-kultura Maltija, ġie msejjes fuq żewġ dokumenti essenzjali: Il-politika tal-akkwisti u dik tad-Direzzjoni Artistika.
Dawn iż-żewġ jiġbru fihom il-missjoni tal-MICAS, li hi li tagħti spinta lill-ekoloġija kulturali ta’ Malta u li tħalli impatt fuq dik tar-reġjun Ewro-Mediterranju li tgħix fih. Biex jintlaħqu l-ħafna ambizzjonijiet tal-programm ta’ esibizzjonijiet tal-MICAS, li huwa mfassal biex jistabbilixxi u jżomm il-pożizzjoni tiegħu fuq stadju globali, il-programm jeħtieġ li jkun immexxi b’mod strateġiku biex ikun marbut mill-qrib max-xena tal-arti kontemporanja li dejjem qed tinbidel.
Il-programm, iggwidat mid-direttur artistiku, għalhekk għandu jippreżenta skeda diversa ta’ esibizzjonijiet ambizzjużi li huma intellettwali imma fl-istess ħin aċċessibbli għall-udjenzi tagħna. Esibizzjonijiet individwali ta’ artisti stabbiliti - kemm Maltin kif ukoll internazzjonali - se jkunu bbilanċjati ma’ esibizzjonijiet ta’ gruppi magħżula b’reqqa u b’opportunitajiet biex jintwerew ix-xogħlijiet ta’ artisti emerġenti.
Il-programm, waqt li jippreżenta esibizzjonijiet ta’ klassi mondjali, se jirrifletti u jiċċelebra wkoll il-karatteristiċi uniċi tiegħu – l-indipendenza, il-lokazzjoni, l-istorja kulturali, il-konessjonijiet u l-arkitettura globali – li dawn jagħmlu lill-MICAS uniku.
Rigward l-akkwisti, it-twaqqif ta’ kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi mhux objettiv fundamentali għall-MICAS. Madankollu, meta titqies l-arja estensiva tiegħu u l-pjanijiet għal Ġnien tal-Iskultura, fil-bidu tal-iżvilupp tal-istituzzjoni ġie maqbul li għandha tinġabar kollezzjoni ta’ skultura kontemporanja biex eventwalment tiġi installata madwar il-kampus biex il-viżitaturi jkunu jistgħu jesplorawha u jgawduha. Il-bord tal-MICAS qabel jidħol f’kuntratt għall-akkwist ta’ xogħol, jikkonsulta mal-membri tal-Kumitat tal-Kreattività, li min-naħa tiegħu jidħol fi djalogu ma’ professjonisti tal-arti internazzjonali. Qabel isir l-akkwist, ir-rakkomandazzjonijiet kollha jitpoġġew quddiem il-bord għal approvazzjoni finali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ dokumenti msemmija.
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlametari 25880 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoé: Fid-dawl li fl-2020 Heritage Malta ddikjarat li l-Mużew il-Ġdid ta' Għawdex kellu jiftaħ fl-2022, jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tal-proġett u n-nefqa totali tiegħu s’issa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li l-proġett imsemmi jinstab fl-istadju ta’ Finishes, M&E’s u preparamenti għall-Fit Out. Fl-ewwel kwart tas-sena 2026 is-sit se jkun għad-dispożizzjoni tal-aġenzija inkarigata mill-Wirt Kulturali sabiex jibda l-proċess ta’ migrazzjoni tal-arti fatti għas-sit il-ġdid. Il-Mużew ta’ Għawdex ser ikun miftuħ għall-pubbliku fl-istess sena. In-nefqa sal-ewwel kwart tas-sena 2025 hi ta’ kważi €4.3 miljun.
Redevelopment ta’ Mattia Preti House — Heritage Impact Assessment
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk intalabx u jekk il-Heritage Impact Assessment ġiex konkluż fuq il-proposta għall-iżvilupp (PA/06384/22) li tikkonċerna r-redevelopment ta’ Mattia Preti House qabel mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tat il-pożizzjoni uffiċjali tagħha dwar l-iżvilupp propost f'Lulju 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninbsab infurmat li s-Sovrintendenza ma talbitx Heritage Impact Assessment ġdid wara li l-proġett ġie ridott fl-iskala tiegħu minħabba li l-impatti tal-proposta l-ġdida setgħu jiġu prevvisti u analizzati minn aspett tal-patrimonju. L-analiżi tal-proposta minn aspett ta' patrimonju kienet ibbażata in parti fuq sett ta' photomontages ġodda li minnhom is-Sovrintendenza setgħet tanalizza l-Impatt Viżwali, kif ukoll konsultazzjoni u diskussjoni mal-Kumitat Tekniku għal Wirt Dinji. Kien hemm ukoll sottomissjonijiet dettaljati rigward il-metodoloġija tar-restawr, tal-konsolidament tal-binja kif ukoll Works Method Statement. Saru ukoll numru ta' site inspections minn naħa tas-Sovrintendenza.
Settur tal-Wirt Nazzjonali — Nuqqas ta' drittijiet fuq copyrights u data
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm nuqqas ta' drittijiet fuq copyrights u data fi ħdan is-settur tal-Wirt Nazzjonali, li jinvolvu arkivji, xogħlijiet artistiċi, artifatti u oġġetti storiċi oħra? Jista’ jgħid ukoll lil liema pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea Malta ċediet din id-data?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta, anke fid-dawl ta' dak li jrid l-Ordni Permanenti 27(5), tispeċifika aħjar il-mistoqsija tagħha.
Fid-dawl li Heritage Malta m’għandhiex restawraturi tal-għamara, jista’ l-Ministru jgħid x'qed isir biex jikseb dan is-servizz speċjalizzat? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex jew jekk hemmx il-ħsieb li jħajru u anke jħarrġu il-ġenerazzjoni li ġejja bħala konservaturi u restawraturi tal-għamara?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25080, ix-xogħol ta’ restawr fuq l-għamara jitwettaq permezz ta’ terzi persuni kwalifikati, jew direttament jew bħala parti minn kuntratt ta’ xogħol fi proġett ikbar.
Heritage Malta tkompli tagħmel sforzi biex tingaġġa professjonisti kwalifikati, iżda n-nuqqas ta’ esperti f’dan s-settur jibqa’ sfida. Fid-dawl ta’ dan, Heritage Malta daħlet f’kollaborazzjoni mal-MCAST biex terġa’ tniedi korsijiet speċjalizzati f’dan il-qasam, fejn se tikkontribwixxi bl-esperjenza u l-kompetenza tagħha biex tgħin fit-taħriġ ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ restawraturi.
Fid-dawl li fl-2020 Heritage Malta ddikjarat li l-Mużew il-Ġdid ta' Għawdex kellu jiftaħ fl-2022, jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tal-proġett u n-nefqa totali tiegħu s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellanta tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Fid-dawl li l-wegħda elettorali biex l-Arkivji Nazzjonali jinstablu post ieħor għadha ma twettqitx, u li wara diskussjonijiet interni għadha ma nstabitx soluzzjoni, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jirrisolvi dan fi żmien stipulat u jindika post adegwat għall-Arkivji Nazzjonali?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25548 u peress li issa l-Kummissjoni tal-Films taqa' taħt il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser jindaga jekk sarx l-iskannjar 3D taċ-ċittadini u tal-ħaddiema li ħadmu fuq il-films Gladiator 2, Napoleon u Last Voyager fost oħrajn, bil-ħsieb li jipproteġi lilhom u lill-industrija lokali tal-films minn dan fil-futur?
Fid-dawl li ħafna persuni jużaw il-Librerija Nazzjonali tal-Belt, Valletta fejn l-uniku aċċess għaliha huwa bit-taraġ, jista’ l-Minsitru jindika f’liema xahar jew sena ser jiġi installat il-lift li ilu jissemma għal dawn l-aħħar tnax-il sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-lift tal-Bibljoteka huwa kważi lest. Huwa mistenni li fi ftit ġimgħat oħra, il-lift ser ikun jista' jintuża mill-ewwel sular tal-Bibjoteka. Dan sakemm titlesta it-tieni fażi tal-proġett fejn ser ikun hemm ukoll step-free entrance min-naħa ta' Triq it-Teatru l-Antik.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iskannjar 3D matul l-iffilmjar tal-films Gladiator 2, Napolean u Last Voyage of Dementor f’pajjiżna? Fid-dawl li r-riproduzzjoni, wirja, trasmissjoni, xandir u sfruttament tal-immaġni tagħhom jistgħu jwasslu għall-implikazzjonijiet serji ta’ sfruttament tal-ħaddiema f’din l-industrija, jista’ jgħid ukoll:
a. x’ser jiġri mid-data taċ-ċittadini li qegħdin jiġu skennjati?
b. x’ser isir fuq il-ħaddiema minħabba dan l-iskenjar u jekk xogħolhom hux ser jiġi sfruttat?
Response (BONNICI, OWEN)
L-ebda entità li taqa' fir-responsabbilità politika tiegħi ma wettqet dak indikat mill-Onor. Interpellanta.