Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Kiri ta’ karozzi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24402 u 24968 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża, u proġetti strateġiċi inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 49 vetturi li huma mikrija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27097 u 27487 u ċjoè: Fid-dawl li f’Awwissu tal-2019 il-Mużew Nazzjonali tal-Arti (MUŻA), kien ingħalaq għall-pubbliku minħabba l-preżenza ta’ moffa rrapurtata fuq il-kwadri tal-kollezzjoni nazzjonali u peress li minn dak in-nhar sa żminijiet reċenti wieħed seta’ jinnota dehumidifiers imferrxin mal-Mużew minbarra ħsarat oħra evidenti fil-binja fejn baqgħet tidher żebgħa mqaxxra sforz l-ilmijiet li daħlu fil-binja, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport intern imħejji minn esperti fil-konservazzjoni u d-dijanjostika ta’ Heritage Malta dwar dan il-każ? Jista’ jgħid ukoll x’azzjoni ttieħdet b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport intern inkluż jekk ittieħdetx azzjoni legali biex tinġarr ir-responsabbiltà għall-ħsara li setgħet saret?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2019, 2023 u 2024 – liema snin ma konniex affettwati mill-pandemija tal-Covid-19 - Heritage Malta tirrapporta li fil-MUZA daħlu total ta' kważi 120,000 viżitatur, b’mijiet ta’ viżitaturi daħlu f’esebizzjonijiet temporanji ta’ artisti lokali u oħrajn li rrikorrew għal dan l-ispazju biex jesebixxu t-talenti tagħhom.
Riċentament, il-galleriji tal-arti fil-MUZA bdew jieħdu xejra differenti wara li sar xogħol ta’ tibdil sinifikanti fil-wirjiet permanenti tal-MUZA, bil-konċentrazzjoni tal-ħidma kienet fuq is-swali tal-ewwel sular. L-għan tal-proġett huwa li tkompli tingħata esperjenza usa’ tal-arti f’Malta.
Heritage Malta hija impenjata li l-wirja permanenti tibda timmatura l-kunċett li fost oħrajn ma tħallix artisti Maltin jintesew. It-tibdil qed isir ukoll biex is-sit ikompli jservi ta’ tagħlim dwar l-istorja tal-arti f’pajjiżna u ta’ dak li jinfluwenzaha. It-tibdil qed ipoġġi f’ordni kronololoġika l-arti minn żmien il-preistorja sas-seklu 21.
Il-MUZA għaddejja minn tranżizzjoni li permezz tagħha ser nagħtu esperjenza usa’ fejn il-viżitatur ser ikun iċ-ċentru tal-ħidma tal-MUZA. Kull darba li jżur dan is-sit, il-viżitatur ser jara l-MUZA tevolvi għax ħloqna spazji ġodda, bl-esperjenza ser tieħu lill-viżitatur f’esperjenza dwar l-istorja artistika ta’ Malta. Permezz ta’ dan il-mużew nemmnu li bl-arti nitkellmu aħjar.
Heritage Malta ser tibqa’ impenjata biex tkompli ssegwi l-aktar xejriet moderni dinjin fil-qasam tal-mużeoloġija.
Fil-prattika dan jissarraf f’li l-focus tas-siti u l-mużewijiet ma jibqax esklussivament fuq il-preżentazzjoni tal-kollezzjoni, iżda jmur fuq il-viżitatur u l-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu.
Il-mużewijiet u s-siti tagħna qed jingħataw din il-bixra ġdida permezz ta’ diversi innovazzjonijiet, fosthom fir-rigward tal-interpretazzjoni, li kulma jmur qed issir inqas akkademika u iktar faċli biex tinftiehem.
It-teknoloġija qed tgħinna ħafna wkoll, u bis-saħħa tagħha l-esperjenza tal-viżitatur kulma jmur qed issir dejjem iżjed interattiva u immersiva.
Fir-rigward ta' kwistjonijiet klimatici, informat li Heritage Malta għandha espert estern li assista b'rapport u suġġerimenti ta' miżuri sabiex jiġu minimizzat kemm jista' jkun fatturi marbuta ma' umidita'. M'għandix diffikulta' li privatament ngħaddi kopja tal-istess lill-Onor. Interpellanta.
Dawn l-azzjonijiet ittieħdu, u r-riżultati huma naturalment pożittivi kif dan is-suċċess qed jurim
Tant hu hekk li bħalissa Heritage Malta tinsab għaddejja bit-tieni fażi ta’ ri-organizzazzjoni tal-wirjiet permanenti fil-MUZA.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27488 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-CEO tad-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm hu s-salarju tiegħu u x'inhuma l-perkaċċi u kemm jammontaw f'termini ta’ flus fis-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-CEO tad-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC).
Ministeru għall-Finanzi – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24407 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24409 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 17-il vettura mikrija.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Kiri ta’ karozzi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24410 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Kiri ta’ karozzi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24411 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ġaladarba s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kienet a konoxxenza tal-importanza tas-sit f’Tal-Latnija fil-Mellieħa għal dawn l-aħħar xhur u snin, jista’ l-Ministru jgħid għaliex għażlet li tinkludi dan is-sit fl-inventarju nazzjonali tal-patrimonju storiku issa u mhux qabel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali stenniet li r-riżultati tal-investigazzjonijiet ta’ dawn l-aħħar ħames snin ikunu ippubblikati sabiex ma tiġbidx l-attenzjoni fuq is-sit u tikkomprometti tali studji. Ninsab ukoll informat li kien hemm “press embargo” impost fuq pubblikazzjoni ta’ kull tip ta’ informazzjoni relatata ma’ dan is-sit.
Kummissjoni tal-Films — Cultural Test - Programmi lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jitħaddem il-‘cultural test’ li jikkwalifika programmi lokali ta’ reality tv għal grants mill-Kummissjoni tal-Films? Jista’ jagħti lista ta’ programmi televiżivi lokali li bbenefikaw minn fondi tal-Kummissjoni tal-Films sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid il-valur ta’ fondi li ngħata kull programm?
Jista’ l-Ministru jippreżenta rendikont tan-numru ta’ impjegati ġodda li bdew jaħdmu mal-MICAS, Spazju Kreattiv, Orkestra Filarmonika ta’ Malta u mal-Arts Council fi ħdan il-Valletta Cultural Agency, bejn Jannar 2022 u Diċembru 2024? Jista’ jgħid jekk dawn il-ħaddiema ġewx impjegati b’kuntratt fiss (permanenti) jew temporanju, jekk ġewx seconded minn entitajiet oħra jew jekk ġewx impjegati taħt xi forma oħra ta’ kuntratt jew arranġament? Għal dawk il-ħaddiema li ġew issekondati minn dipartimenti jew aġenziji tal-Gvern jista’ jgħid ukoll jekk ġewx impjegati b’kuntratt fiss (permanenti) jew temporanju, jekk ġewx seconded minn entitajiet oħra jew jekk ġewx impjegati taħt xi forma oħra ta’ kuntratt jew arranġament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif suppost taf l-entitajiet msemmija fil-mistoqsija parlamentari 27797 huma separati u ma jaqgħux fi ħdan il-Valletta Cultural Agency.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Impact Assessment Report dwar il-Maltabeinnale.art li ġie kkummissjonat minn Heritage Malta fl-2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-rapport imsemmi huwa wieħed intern li jikkonċerna l-organizzazzjoni tal-maltabiennale.art. Madankollu qed nagħti s-sejbiet ewlenin li ħarġu minn dar-rapport kif mgħoddija lili mill-Heritage Malta:
74% tal-artisti li ħadu sehem fil-Malta Biennale 2024 kienu sodisfatti bl-esperjenza li tahom il-biennale, 75% jaqblu li l-Malta Biennale ġġenera diskussjoni ġenerali fuq temi kurrenti, 70% jgħidu li l-Malta Biennale għen biex kabbar il-kreattivita tagħhom, 72% jirrakkomandaw il-Malta Biennale lil artisti u kuraturi ohra u 75% lesti jerġgħu jieħdu sehem.
Minn dawk li żaru s-siti storiċi kemm ta’ Heritage Malta u kemm dawk fejn kienu qed jittellgħu il-wirjiet tal-Malta Biennale 87% jindikaw li kienu sodisfatti bl-esperjenza.
68% tal-poplu Malti u Għawdxi kienu jafu bil-Malta Biennale, 78% qalu li l-arti kontemporanja fil-mużewijiet u siti storiċi ittejjeb l-esperjenza fis-sit inniffsu u 80% jgħidu li l-Malta Biennale huwa opportunita’ kbira biex timbotta ‘l quddiem kemm lill-artisti Maltin u kemm ix-xena artistika lokali.
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27097 u ċjoè: Fid-dawl li f’Awwissu tal-2019 il-Mużew Nazzjonali tal-Arti (MUŻA), kien ingħalaq għall-pubbliku minħabba l-preżenza ta’ moffa rrapurtata fuq il-kwadri tal-kollezzjoni nazzjonali u peress li minn dak in-nhar sa żminijiet reċenti wieħed seta’ jinnota dehumidifiers imferrxin mal-Mużew minbarra ħsarat oħra evidenti fil-binja fejn baqgħet tidher żebgħa mqaxxra sforz l-ilmijiet li daħlu fil-binja, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport intern imħejji minn esperti fil-konservazzjoni u d-dijanjostika ta’ Heritage Malta dwar dan il-każ? Jista’ jgħid ukoll x’azzjoni ttieħdet b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport intern inkluż jekk ittieħdetx azzjoni legali biex tinġarr ir-responsabbiltà għall-ħsara li setgħet saret?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27098 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-CEO tad-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm hu s-salarju tiegħu u x'inhuma l-perkaċċi u kemm jammontaw f'termini ta’ flus fis-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27099 u ċjoè: Fid-dawl li fl-aħħar ta’ Marzu 2025 kien hemm il-ħatra ta’ medjaturi fi ħdan il-Qorti tal-Familja fejn dawn diġà qed jaħdmu bħala medjaturi fl-istess qorti, u peress li t-talba għall-medjaturi fil-Qorti tal-Familja qed dejjem tiżdied aktar ma jgħaddi ż-żmien, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jimpjega medjaturi fuq bażi full-time, issa li hu stess nieda riforma fil-Qorti tal-Familja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm ħidma għaddejja abbażi tal-feedback li daħal fil-Konsultazzjoni Pubblika u kull deċiżjoni titħabbar fil-mument opportun.
Fid-dawl li ftit tal-ġranet ilu l-Gvern ħabbar l-isem tal-persuna li ser tkun id-direttur artistiku tat-tieni edizzjoni tal-Maltabiennale.art, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kumitat tal-għażla nominat mill-aġenzija nazzjonali biex jintgħażel id-direttur artistiku ta’ din l-edizzjoni? Jekk iva, min kienu l-persuni nominati għal dan il-kumitat u jekk dawn ġewx approvati mill-bord tad-diretturi tal-aġenzija jew le? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. l-ittri tal-ħatra tal-membri ta’ dan il-kumitat, inkluż dik taċ-chairperson kif ukoll ir-remunerazzjoni mogħtija, jekk dan kien il-każ;
b. il-minuti tal-laqgħa jew laqgħat li ġew imsejħa biex jintgħażel id-direttur artistiku; u
ċ. il-kuntratt inkluż il-ħlas miftiehem mad-direttur artistiku magħżul flimkien mal-approvazzjoni tal-bord tad-diretturi għal din il-ħatra, jekk dan hu l-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ħatra tad-direttur artistiku tal-maltabiennale.art 2026 Rosa Martinez, li hija kurattriċi rinomata internazzjonalment intagħżlet wara sejħa internazzjonali. Hija ġiet magħżula minn fost iktar minn 30 applikant mit-team eżekuttiv tal-biennale kif approvat mill-Bord tad-Diretturi ta' Heritage Malta. It-team eżekuttiv huwa magħmul minn Mario Cutajar, Noel Zammit, Kenneth Gambin, Russell Muscat, Albert Marshall u Mary Ann Cauchi bl-involviment konsultattiv ta' Toni Attard u Sarah-Lee Zammit.
Ninsab infurmat li l-ebda membru tat-team eżekuttiv ma jitħallas għax-xogħol li jitwettaq għall-biennale.
Ninforma lill-Onor Interpellanta li mhux etiku li minuti jew kuntratti jiġu ppubblikati għar-raġunijiet li ġew spjegati f'din il-Kamra kemm-il darba qabel.
Fid-dawl li f’Awwissu tal-2019 il-Mużew Nazzjonali tal-Arti (MUŻA), kien ingħalaq għall-pubbliku minħabba l-preżenza ta’ moffa rrapurtata fuq il-kwadri tal-kollezzjoni nazzjonali u peress li minn dak in-nhar sa żminijiet reċenti wieħed seta’ jinnota dehumidifiers imferrxin mal-Mużew minbarra ħsarat oħra evidenti fil-binja fejn baqgħet tidher żebgħa mqaxxra sforz l-ilmijiet li daħlu fil-binja, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport intern imħejji minn esperti fil-konservazzjoni u d-dijanjostika ta’ Heritage Malta dwar dan il-każ? Jista’ jgħid ukoll x’azzjoni ttieħdet b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport intern inkluż jekk ittieħdetx azzjoni legali biex tinġarr ir-responsabbiltà għall-ħsara li setgħet saret?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-CEO tad-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm hu s-salarju tiegħu u x'inhuma l-perkaċċi u kemm jammontaw f'termini ta’ flus fis-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Fid-dawl li fl-aħħar ta’ Marzu 2025 kien hemm il-ħatra ta’ medjaturi fi ħdan il-Qorti tal-Familja fejn dawn diġà qed jaħdmu bħala medjaturi fl-istess qorti, u peress li t-talba għall-medjaturi fil-Qorti tal-Familja qed dejjem tiżdied aktar ma jgħaddi ż-żmien, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jimpjega medjaturi fuq bażi full-time, issa li hu stess nieda riforma fil-Qorti tal-Familja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ġaladarba l-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) qiegħda tiġġenera fondi minn attivitajiet li ttella’ minn żmien għal żmien li wħud minnhom huma speċifikament maħsuba biex jiġġeneraw il-fondi (fund raising events), jista’ l-Ministru jipprovdi l-audited accounts tal-MICAS ta’ dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-MICAS għas-snin 2021, 2022 u 2023. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li sas-sena 2020 il-finanzi tal-MICAS kienu jieħdu ħsiebhom l-Arts Council Malta u qatt ma kien hemm separate audited accounts. Kif jiġu konklużi l-audited accounts tas-sena 2024 ikun hemm l-informazzjoni finanzjarja marbuta ma' dik is-sena wkoll.