Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Kiri ta’ karozzi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24399, 24908, 28131 u 28420 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u D-Drittijiet tat-Tfal inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 26 vettura li huma mikrija.

Kummissjoni tal-Films — Cultural Test - Programmi lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27796, 28070 u 28419 u jgħid kif qed jitħaddem il-‘cultural test’ li jikkwalifika programmi lokali ta’ reality tv għal grants mill-Kummissjoni tal-Films? Jista’ jagħti lista ta’ programmi televiżivi lokali li bbenefikaw minn fondi tal-Kummissjoni tal-Films sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid il-valur ta’ fondi li ngħata kull programm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Fil-każ ta’ kif qed jitħaddem it-test imsemmi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-guidelines ippublikati fuq is-sit www.screenmalta.com fis-sezzjoni tal-cash rebate incentives guidelines, taħt id-dokument relatat mar- ‘Reality and Game Shows’. Fil-każ tal-programmi televiżivi lokali li bbenefikaw minn fondi tal-Kummissjoni tal-Films, u l-valur ta’ fondi mogħtija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ programmi kif mgħoddija lili.

Każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28732 jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ftehim biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma baqax impjegat tat-Teatru Manoel?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-Teatru Manoel ittermina l-kuntratt tal-individwu a bażi tal-Artikolu 36(11) tal-Kap. 452 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Selmun, Il-Mellieħa — Triq il-Fortizza ta’ Campbell - Stone Marker

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istone marker li kienet tinsab fi Triq il-Fortizza ta’ Campbell, f’Selmun, il-Mellieħa, u li huwa maħsub li tmur lura għall-bidu tas-seklu 20, ġietx imneħħija, irkuprata jew irrappurtata waqt jew wara l-ħidma li saret fuq dan is-sit? Jekk hija ppreservata xi mkien, jista’ jgħid fejn tinsab u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument ta’ prova ta’ fejn tinsab? Jekk din hija mitlufa, jista’ jgħid x’ser ikun qed isir biex dan l-artefatt jinstab? Jista’ jgħid ukoll x’passi qed jittieħdu mill-Ministeru biex jiġi żgurat li kull artefatt kulturali u storiku misjub fuq siti pubbliċi ta’ valur storiku, ikun identifikat, ippreservat, dokumentat u kkomunikat b’mod trasparenti mal-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza għadha kemm ġiet infurmata b’rapport rigward l-istone marker f’Selmun, il-Mellieħa u għaldaqstant għad trid tinvestiga l-każ. Infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed tiġbor inventarju nazzjonali ta’ patrimonju immobbli kif ukoll mobbli, hekk kif inhu mitlub bil-ligi skont Artiklu 7(5)(a) tal-Att tal-Patrimonju Kulturali. L-Inventarju Nazzjonali, li qiegħed dejjem jiġi aġġornat, huwa accessibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-entità.

Proġett ta’ restawr tal-akwidotti

Question

Fid-dawl li fil-11 ta’ Mejju 2022, kważi eżattament tliet snin ilu, tħabbar il-proġett ta’ restawr tal-akwidotti mibnija fi żmien l-Ingliżi, inkluż il-pjan biex dawn jiġu mirfuda mill-qiegħ, anke minħabba l-fatt li huma mibnija fuq bażi tat-tafal u peress li skont id-Direttorat tal-Wirt Kulturali, ‘Il-proġett huwa mistenni li jitlesta fl-2025.’, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul dawn l-aħħar tliet snin u meta huwa mistenni li dan il-proġett jitlesta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar tliet snin ġie installat shoring taħt l-arkata prinċipali tal-akwidotti, u tfassal u nħareġ it-tender għall-konsolidazzjoni strutturali u l-konservazzjoni tagħhom. Bħalissa qed isiru laqgħat tekniċi sabiex il-kuntrattur ikun jista’ jibda x-xogħlijiet.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għadux impjegat fuq half pay wara li ġie sospiż mill-kariga tiegħu wara allegazzjonijiet serji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament m’għadux impjegat tat-Teatru Manoel.

Valletta Green Festival — Tiżjin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul il-Valletta Green Festival kienx hemm tender maħruġ għad-dekorazzjoni ta’ Misraħ San Ġorġ? Jekk iva, jista’ jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk le, kif sar dan id-Direct Order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kien hemm sejħa pubblika għal tender imsemmi hekk kif ġej: ‘ SPD5/2024/013 - Framework Contract for the Supply, Delivery, Setting Up and Dismantling of the 2024 and 2025 Valletta Green Festival Using Ornamental Plants for the Valletta Cultural Agency’. Ninsab infurmat ukoll li d-dettalji u l-kriterji kollha ta’ kif kellu jintagħżel ir-rebbieħ ta’ din is-sejħa kienu kollha speċifikati fit-tender innifsu. L-evalwazzjoni tat-tender fil-fatt kienet ibbażata fuq l-irħas offerta kompatibbli teknikament, amministrattivament u finanzjarjament. L-offerta rebbieħa - skont ir-regoli stabbiliti fit-tender - kienet dik tal-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, li kien ukoll l-uniku Operatur Ekonomiku li wieġeb għas-sejħa tat-tender.

Kummissjoni tal-Films — Cultural Test - Programmi lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27796 u 28070 u jgħid kif qed jitħaddem il-‘cultural test’ li jikkwalifika programmi lokali ta’ reality tv għal grants mill-Kummissjoni tal-Films? Jista’ jagħti lista ta’ programmi televiżivi lokali li bbenefikaw minn fondi tal-Kummissjoni tal-Films sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid il-valur ta’ fondi li ngħata kull programm?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Kiri ta’ karozzi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24399, 24908 u 28131 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24381, 24767 u 28135 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi nxtraw 44 karozza ġdida mill-Ministeru, Dipartimenti, Kunsilli Lokali u Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali. 41 minnhom inxtraw għall-użu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li waħda mill-karozzi li nxtraw għal grad maniġerjali ġiet trasferita mal-Uffiċjal fil-Ministeru li ġie trasferit hu. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24382, 24768 u 28136 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu msemmi nxtraw 9 tal-karozzi ġodda mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. 6 minnhom inxtraw għall-użu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ministeru għall-Finanzi — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24390 u 24905 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu msemmi nxtraw 32 karozzi ġodda mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi. 28 minnhom inxtraw għall-uzu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24391 u 24904 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtraw 11-il karozza ġdida, 4 karozzi ġodda mill-Ministeru, u 7 karozzi ġodda mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, Żgħażagħ. Riċerka u Innovazzjoni. 5 minnhom inxtraw għall-użu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24392 u 24903 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtrat karozza waħda ġdida minn entita li taqa’ taħt il-Ministeru għall- għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali. Inxtat għal uffiċjal fi grad maniġerjali li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huwa intitolat għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ din il-vettura sar skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24393 u 24906 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi l-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ma xtarax karozzi.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24394 u 24900 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtraw disa’ (9) karozzi ġodda mill-Ministeru, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas- Saħħa u l-Anzjanità Attiva. Dawn inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24395 u 24914 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-8 ta’ Jannar 2024, sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, nxtraw 14-Il karozza ġdida mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu. Il-vetturi nxtraw għal uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures, huma intitolati għal karozza. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Għandu jiġi nnutat li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24384 u 24770 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtraw 2 karozzi ġodda mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. Dawn il-vetturi nxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24385 u 24771 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtraw 12-il karozza ġodda mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. 6 minnhom inxtraw għall-użu ġenerali u dipartimenti speċifiċi, u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24386 u 24772 u tgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u tagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Tista' tjippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu msemmi nxtraw 2 karozzi ġodda mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. Dawn inxtraw għall-użu ġenerali. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procurement Regulations.